Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

TRAUMA to TRIUMPH – JUM IL-MOVIMENT KERŶGMA

January 8, 2019 @ 15:30 - 20:00

It-tim tal-Moviment Kerŷgma din is-sena ser ikun qed jiċċelebra l-31 sena mit-twaqqif tiegħu nhar is-Sibt 8 ta’ Diċembru 2018.  Il-Moviment għalhekk ħaseb biex iħejji ġurnata speċjali sabiex flimkien il-membri tiegħu jkomplu jikbru u jissaħħu fil-fidi tagħhom, u fil-ħidma tagħhom f’dan il-Moviment biex ikomplu jwasslu l-bxara t-tajba.

Permezz ta’ inizzjattiva ta’ Life Network Malta għall-okkażżjoni ta’ Life March li ser issir fid-9 ta’ Diċembru ġewwa l-Belt Valletta fit-3.30pm, ser jinġiebu Malta koppja barranija, li għażlu li jagħtu t-testimonjanza tagħhom  favur il-ħajja.  Minkejja li sabu ruħhom f’sitwazzjoni fejn il-mara ġiet stuprata huma għażlu li jagħtu l-ħajja u jgħożżu t-tarbija li kienet frott ta’ dan l-istupru.  Life Network Malta offriet li tagħti opportunità li din l-esperjenza tas-Sa. Christie tinstema wkoll fil-Moviment Kerŷgma nhar it-8 ta’ Diċembru  bħala parti mil-attivitajiet tagħhom għal Jum il-Konsagrazzjoni tal-Moviment.  L-attività tibda fit-3.30pm u ser ikun hemm taħdita oħra minn Fr. Tonio Mallia Milanes OP għal dan iż-żmien ta’ l-Avvent.  Fis-6.30pm tiġi ċċelebrata quddiesa fil-knisja ta’ San Duminku Rabat u wara jkun hemm bibita għal kulħadd.

 

Dan huwa l-programm kollu:

15.30        Taħdita fuq l-Avvent minn Fr. Tonio Mallia Milanes OP

16.15        Coffee Break

16.30        Testimonjanza minn Mr. & Mrs. Christie

17.30        Adorazzjoni

18.00        Coffee Break

18.30        Quddiesa

19.30        Bibita fiċ-Ċentru Kulturali Kerŷgma

 

Kulħadd huwa mistieden u għalhekk min jixtieq jattendi huwa mitlub iċempel jew jibgħat SMS fuq in-numru 99110888 sabiex jirriserva post.  Din hija opportunità li żgur mhux ta’ min jitlifha.

Details

Date:
January 8, 2019
Time:
15:30 - 20:00
Website:
facebook.com/movimentkerygma

Organizer

Moviment Kerŷgma
Phone:
99110888
Website:
www.facebook.com/movimentkerygma

Venue

Ċentru Kulturali Kerŷgma
Ċentru Kulturali Kerŷgma
Rabat, Malta
+ Google Map
Phone:
21459942
Website:
www.kerygma.org.mt