KUN INT L-ISTILLA
Il-MILIED IT-TAJJEB LILEK U l-FAMILJA KOLLHA
KUN INT L-ISTILLA
F’dan il-Milied, kun INT l-istilla;
ħallih lil Ġesu jixgħel ġewwa qalbek!
Kif tista’ tkun l-istilla tal-Milied li tixgħel kuljum?
… kull meta tinxteħet f’dirgħajn Ommna Marija;
… kull darba li tipprova timita lil San Ġużepp;
… kull darba li nġib il-paċi madwari;
… kull darba li nibqa’ ċkejken f’qalbi;
… kull darba li nibqa’ ngħid is-sewwa anki meta jkun diffiċli;
… kull darba li noffri jdejja biex ngħin lil xi ħadd;
… kull darba li ngħix il-Fidi, anki f’ċirkustanzi iebsa tal-ħajja;
… kull darba li naħfer lil min naqasni;
… kull darba li nnissel it-Tama f’qalbi;
… kull darba li nagħti xi ħaġa lill-proxxmu tiegħi;
… kull darba li numilja ruħi;
… kull darba li naċċetta s-sagrifiċċju;
… kull darba li naċċetta lil Ġesu fil-ħidma tiegħi;
… kull darba li nsir ħaġa waħda ma’ Ġesu permezz tal-Ewkaristija.
L-attur popolari Kattoliku Bob Hope darba stqarr:
‘L-ideja tiegħi ta’ Milied, antikwata jew moderna, hi vera sempliċi:
TĦOBB LILL-OĦRAJN !
Jekk taħseb ftit fuqha … Għaliex għandna noqogħdu nistennew il-Milied biex nagħmlu dan?’ Iva mela! Kun inti l-ISTILLA li turi fejn hu ĠESU.