{"id":1736,"date":"2013-09-17T22:56:17","date_gmt":"2013-09-17T20:56:17","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=1736"},"modified":"2013-09-17T23:18:21","modified_gmt":"2013-09-17T21:18:21","slug":"il-missierna-talba-ghal-hajjitna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-missierna-talba-ghal-hajjitna\/","title":{"rendered":"Il-MISSIERNA \u2013 TALBA G\u0126AL \u0126AJJITNA"},"content":{"rendered":"<h4 style=\"text-align: justify;\" align=\"center\"><strong>Dan huwa studju dwar il-&#8220;Missierna&#8221;, it-tema tal-Moviment g\u0127al din is-sena.<\/strong><\/h4>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p align=\"center\"><b>[pullquoteright]Mela itolbu hekk: &#8216;Missierna, li inti \u00a0fis-smewwiet, jitqaddes ismek, ti\u0121i saltnatek,\u00a0ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. \u0126ob\u017cna ta&#8217; kuljum ag\u0127tina llum. A\u0127frilna dnubietna, b\u0127alma na\u0127fru lil min hu \u0127ati g\u0127alina. U la dda\u0127\u0127alniex fit-ti\u0121rib, i\u017cda e\u0127lisna mid-deni.&#8217; <\/b>San <a href=\"http:\/\/www.biblegateway.com\/bible?passage=Matthew%206%3A9%E2%80%9313;&amp;version=ESV;\">Mattew\u00a06: 9\u201313<\/a><b> <\/b><b>[\/pullquoteright]<\/b><b><\/b><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 jg\u0127id lid-dixxipli tieg\u0127u kif g\u0127andhom jitolbu.\u00a0 Hu jg\u0127allimhom dik li a\u0127na llum insej\u0127ulha t-Talba tal-Missierna.\u00a0 Talba li nistg\u0127u ng\u0127idu drajna nitolbuha ta\u2019 spiss \u2013 f\u2019kull Quddiesa, kull meta nitolbu r-ru\u017carju u \u0127afna drabi o\u0127ra.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">It-talba hija maqsuma f\u2019seba\u2019 partijiet (il-ver\u017cjoni ta\u2019 San Luqa hija iqsar).\u00a0 Seba\u2019 huwa numru favorit ta\u2019 San Mattew.\u00a0 Huwa jaqsam il-lista tat-tnissil ta\u2019 \u0120es\u00f9, f\u2019tlett listi ta\u2019 sebg\u0127a (Kap. 1); probabbli kien hem seba\u2019 beatitudnijiet fit-test ori\u0121inali (Kap. 5); hemm seba\u2019 parabboli fuq is-Saltna t\u2019Alla (Kap. 13) u l-ma\u0127fra trid ting\u0127ata mhux seba\u2019 darbiet, imma sebg\u0127a u sebg\u0127in darba (Kap. 18); hemm seba\u2019 \u010banfiriet meta\u00a0 kkundanna l-Fari\u017cej (Kap. 23) u l-Van\u0121elu nniffsu huwa maqsmum f\u2019sebg\u0127a taqsimiet prin\u010bipali (it-tfulija, il-\u0127ames ta\u0127ditiet, il-passjoni).<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">It-talba tal-Missierna m\u2019g\u0127andiex ti\u0121i kkunsidrata biss b\u0127ala formola li ti\u0121i sempli\u010biment ripetuta bil-kliem.\u00a0 Imma hija numru ta\u2019 fra\u017cijiet li fihom a\u0127na naffermaw ir-relazzjoni tag\u0127na m\u2019Alla, man-nies ta\u2019 madwarna u mad-dinja.\u00a0 Hija stqarrija ta\u2019 fidi u hija wkoll &#8211; kif ser naraw \u2013 ta\u2019 sfida kbira u g\u0127alhekk, hija kemmxejn talba perikolu\u017ca.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">\u0126a nag\u0127tu \u0127arsa \u0127afifa lejn is-seba\u2019 partijiet tat-talba:<\/h6>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><em><strong>1.\u00a0 Missierna: <\/strong><\/em><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">L-isfida u l-periklu jibdew mal-ewwel kelma.\u00a0 A\u0127na nindirizzaw lil Alla b\u0127ala l-Missier, is-sors tal-\u0127ajja u ta\u2019 kull m\u2019g\u0127andna; m\u2019g\u0127andna xejn li huwa purament tag\u0127na.\u00a0 Imma Alla mhuwiex biss \u2018Missier\u2019;\u00a0 huwa Missierna.\u00a0 U g\u0127alhekk din tinkludi kull persuna li tg\u0127ix jew li qatt g\u0127exet fuq din id-dinja;\u00a0 l-ebda persuna ma tista\u2019 tkun esku\u017ca.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">Meta qed nindirizzaw lil Alla b\u0127ala \u2018Missierna\u2019, a\u0127na qed nag\u0127rfu li kull persuna, inklu\u017c jien, hija iben\/bint ta\u2019 Alla u g\u0127alhekk a\u0127na lkoll nag\u0127mlu parti minn familja wa\u0127da kbira, fejn a\u0127na lkoll a\u0127wa ta\u2019 xulxin.\u00a0 \u0126add ma jista\u2019 jkun irrifjutat, u m\u2019hemmx post g\u0127al mibg\u0127eda, pre\u0121udizzju jew disprezz ta\u2019 razza, nazzjonalit\u00e0, kulur tal-\u0121ilda, sess, orjentazzjoni sesswali, klassi so\u010bjali jew reli\u0121jon.\u00a0 Jekk jien miniex lest li na\u010b\u010betta kull persuna b\u0127ala \u0127ija jew o\u0127ti, allura g\u0127andi problema biex nibda mqar l-ewwel bi\u010b\u010ba ta\u2019 din it-talba.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><\/h6>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><em><strong>2.\u00a0 Jitqaddes ismek: <\/strong><\/em><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">\u017bgur li l-isem t\u2019Alla huwa qaddis \u2013 irrispettivament ta\u2019 x\u2019ng\u0127idu jew na\u0127sbu.\u00a0 A\u0127na nitolbu din it-talba g\u0127al \u0121id tag\u0127na iktar milli g\u0127al Alla nniffsu.\u00a0 Hawnhekk qed nitolbu biex l-isem t\u2019Alla jkun irrispettat min-nies kullimkien.\u00a0 Imma nafu li dan mhux minnu:\u00a0 hawn nies li jiddisprezzaw ismU u o\u0127rajn lanqas biss jafuH.\u00a0 A\u0127na nitolbu biex id-dinja kollha ssir taf bl-isem t\u2019Alla u g\u0127alhekk jag\u0127rfu lil Alla b\u0127ala Alla tag\u0127hom, il-\u0127allieq, dak li qed i\u017commna \u0127ajjin u t-tmiem tal-\u0127ajja fuq din l-art.\u00a0 Din il-fra\u017ci hija fil-fatt forma o\u0127ra tal-fra\u017ci li jmiss.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><\/h6>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><em><strong>3. Ti\u0121i Saltnatek:<\/strong><\/em><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">F\u2019din il-parti qed nitolbu li kull persuna fid-dinja jkollha r-rieda li tkun parti mis-Saltna u l-im\u0127abba t\u2019Alla.\u00a0 Dan jista\u2019 jse\u0127\u0127 billi na\u0127dmu flimkien biex nag\u0127mlu minn din id-dinja l-post li Alla jrid li tkun \u2013 post ta\u2019 verit\u00e0 u m\u0127abba, ta\u2019 \u0121ustizzja u pa\u010bi, post fejn wie\u0127ed jaqsam il-\u0121id mal-o\u0127rajn u jkun ta\u2019 g\u0127ajnuna g\u0127all-\u0127addie\u0127or.\u00a0 Sa \u010bertu punt, il-Mulej huwa Alla rrispettivament mir-relazzjoni tag\u0127na mieg\u0127U.\u00a0 Imma hija x-xewqa tieg\u0127u li l-bnedmin ja\u010b\u010bettaw min-na\u0127a tag\u0127hom l-im\u0127abba t\u2019Alla u jpo\u0121\u0121uha fi\u010b-\u010bentru tal-\u0127ajja tag\u0127hom.\u00a0 U din hija l-\u0127idma tal-Knisja, ta\u2019 kull nisrani u ta\u2019 kull persuna, li tg\u0127in lill-o\u0127rajn jag\u0127rfu s-Saltna t\u2019Alla u ja\u010b\u010bettawha b\u0127ala \u010b-\u010bavetta tal-fer\u0127 tal-pre\u017cent u tal-futur.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><\/h6>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><em><strong>4.\u00a0 Ikun li trid Int, fis-sema hekkda fl-art: <\/strong><\/em><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">Din il-fra\u017ci hija sempli\u010biment mod ie\u0127or ta\u2019 kif nitolbu dak li g\u0127adna kemm tennejna fi\u017c-\u017cew\u0121 fra\u017cijiet ta\u2019 qabel.\u00a0 G\u0127ax ir-rieda t\u2019Alla hija li l-bnedmin kollha jag\u0127rfu l-qdusija ta\u2019 ismu u ja\u010b\u010bettaw bil-qalb li jkunu parti mis-Saltna t\u2019Alla fuq din l-art.\u00a0 Dan nistg\u0127u nag\u0127mluh billi nissie\u0127bu fil-missjoni u l-\u0127idma ta\u2019 \u0120esu, li n\u0121ibu l-\u0127ajja, fejqan u g\u0127aqda fid-dinja.\u00a0 Li tag\u0127mel ir-rieda t\u2019Alla mhix sempli\u010biment li twarrab dak li nixtiequ a\u0127na u na\u010b\u010battaw ir-rieda t\u2019Alla anke meta hija kompletament kontra r-rieda tag\u0127na.\u00a0 Imma inkunu qed inwettqu tassew ir-rieda t\u2019Alla meta nag\u0127rfu li dak li jrid Hu huwa dejjem dak li hu l-a\u0127jar g\u0127alina.\u00a0 G\u0127alhekk, inkunu qed nag\u0127mlu r-rieda tieg\u0127u meta a\u0127na nkunu nixtiequ dak li jixtieq Hu, u g\u0127alhekk, ir-rieda tag\u0127na tkun f\u2019armonija perfetta mar-rieda tieg\u0127U.\u00a0 Imbag\u0127ad inkunu qed nag\u0127mlu dak li jrid Hu u dak li rridu a\u0127na.\u00a0 Hawnhekk qed nitolbu li nil\u0127qu dak il-livell ta\u2019 unit\u00e0.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><\/h6>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><em><strong>5.\u00a0 \u0126ob\u017cna ta\u2019 kuljum, ag\u0127tina llum:<\/strong><\/em><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">Din hija talba perikolu\u017ca o\u0127ra g\u0127alina \u2013 g\u0127alkemm ma tidhirx hekk mad-daqqa t\u2019g\u0127ajn.\u00a0 L-ewwelnett, qed nitolbu biss g\u0127al dak li ne\u0127tie\u0121u issa.\u00a0 Fid-diskors tal-muntanja, \u0120esu jg\u0127idilna biex ma ninkwetawx fuq ser i\u0121ib mieg\u0127u il-jum t\u2019g\u0127ada.\u00a0 G\u0127alhekk qed nistaqsu g\u0127al dak li ne\u0127tie\u0121u llum; g\u0127ada huwa jum ie\u0127or.\u00a0 A\u0127na ng\u0127ixu \u0121urnata b\u2019\u0121urnata.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">Imma hija perikolu\u017ca g\u0127ax titkellem fil-plural \u2013 ag\u0127ti lilna llum.\u00a0 Min a\u0127na? Jiena u l-familja immedjata tieg\u0127i? Il-parro\u010b\u010ba tieg\u0127i?\u00a0 Il-\u0121irien jew ir-ra\u0127al tieg\u0127i? Il-pajji\u017c tieg\u0127i? Din il-fra\u017ci ti\u0121bor fiha lil kul\u0127add \u2013 b\u0127all-ewwel fra\u017ci.\u00a0 G\u0127alhekk, jien qed nitlob li kull persuna jkollha l-\u0127ob\u017c biex tiekol illum.\u00a0 I\u017cda a\u0127na nafu li hemm miljuni ta\u2019 persuni (u\u0127ud minnhom f\u2019pajji\u017ci sinjuri) li filfatt m\u2019g\u0127andhomx x\u2019jieklu, jew ibag\u0127tu minn nuqqas ta\u2019 ikel u dieti fqar. Allura meta nitolbu li kul\u0127add ikollu l-\u0127ob\u017c ta\u2019 kuljum, qed nistennew li Alla jibg\u0127at il-manna mis-sema? Jew m\u2019a\u0127niex niftakru li hija r-responsabbilt\u00e0 tag\u0127na li nitimg\u0127u lil \u0127utna?\u00a0 Jekk hawn persuni li huma bil-\u0121u\u0127, dan mhux \u0121ej minn Alla;\u00a0 \u0127afna drabi huma l-bnedmin stess li huma responsabbli (\u0127lief meta jkun hemm di\u017castri naturali).<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">Din il-fra\u017ci tista\u2019 tinkludi wkoll il-\u0126ob\u017c tal-Ewkaristija.\u00a0 Fil-qsim tal-\u0126ob\u017c, a\u0127na nkunu qed ng\u0127idu sagramentalment li a\u0127na qed naqsmu u rridu naqsmu mal-bnedmin \u0127utna l-\u0121id u l-grazzji, spe\u010bjalment ma\u2019 dawk fil-bonn.\u00a0 Inkella l-Ewkaristija issir forma ta\u2019 sagrile\u0121\u0121.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><\/h6>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><em><strong>6.\u00a0 A\u0127frilna dnubietna, b\u0127alma na\u0127fru lil min hu \u0127ati g\u0127alina:<\/strong><\/em><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">U din mhix talba o\u0127ra perikolu\u017ca li qed nag\u0127mlu? Qed nitolbu lil Alla biex il-ma\u0127fra tieg\u0127u lejna tkun kundizzjonali, skont kemm a\u0127na lesti li na\u0127fru lil dawk li we\u0121\u0121g\u0127una b\u2019xi mod.\u00a0 Din titlob kura\u0121\u0121 kbir.\u00a0 U l-ma\u0127fra mhix biss tlissin ta\u2019 ftit kliem.\u00a0 Fl-Iskrittura, il-ma\u0127fra tinkludi r-rikon\u010biljazzjoni bejn il-\u0127ati u l-vittma.\u00a0 Filfatt nistg\u0127u ng\u0127idu wkoll li n-nisrani veru qatt ma hu offi\u017c u qatt ma jista\u2019 jkun offi\u017c.\u00a0 In-nisrani veru g\u0127andu sens ta\u2019 sigurt\u00e0 u stima personali soda bi\u017c\u017cejjed, tant li \u0127add ma jista\u2019 je\u0127odhielu.\u00a0 Meta persuna b\u0127al din tkun il-mira ta\u2019 xi attakk \u2013 verbali jew fi\u017ciku \u2013 l-ewwel rejazzjoni tkun li j\u0127ares lejn l-aggressur b\u2019simpatija.\u00a0 Dan g\u0127aliex huwa l-aggressur li g\u0127andu problema u mhux il-vittma.\u00a0 \u0126afna minna fadlilna \u0127afna biex naslu sa dan il-livell ta\u2019 pa\u010bi interna.\u00a0 \u201cJekk dak li qed tg\u0127id fuqi huwa minnu, jiena na\u010b\u010bettah;\u00a0 jekk mhux veru, hija gidba.\u00a0 G\u0127aliex g\u0127andi nie\u0127u g\u0127alija?\u201d<\/h6>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><em><strong>7.\u00a0 La dda\u0127\u0127alniex fit-ti\u0121rib, i\u017cda e\u0127lisna minn kull deni:<\/strong><\/em><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar ta\u2019 din it-talba, a\u0127na nag\u0127rfu d-djufija u d-dipendenza tag\u0127na fuq l-g\u0127ajnuna t\u2019Alla.\u00a0 Nitolbu biex ma nsibux lilna nfusna f\u2019sitwazzjonijiet fejn ni\u017cbaljaw.\u00a0 Nitolbu biex inkunu m\u0127arsa mill-qawwa tal-\u0127a\u017cen li bih a\u0127na mdawwrin.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">Xi kitbiet jikkonkludu bil-kliem \u201cG\u0127ax tieg\u0127ek hija s-Saltna, l-qawwa u l-glorja g\u0127al dejjem.\u00a0 Ammen\u201d, li hija u\u017cata minn \u0127afna denominazzjonijiet Kristjani u issa hija nklu\u017ca fit-talba Ewkarista Kattolika, wara t-talba tal-Missierna, imma hija mifruda minnha b\u2019talba g\u0127all-pa\u010bi.\u00a0 Huwa ma\u0127sub li din il-konklu\u017cjoni \u0121iet introdotta min\u0127abba ra\u0121unijiet litur\u0121i\u010bi.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar, apparti li nitolbu din it-talba b\u0127alma nag\u0127mlu s-soltu, tajjeb li kultant ng\u0127iduha bil-mod, bi\u010b\u010ba bi\u010b\u010ba biex nifhmu tassew dak li nkunu qed ng\u0127idu.\u00a0 Inkella nistg\u0127u ng\u0127idu biss fra\u017ci minnha li tfisser \u0127afna g\u0127alina, u nirrepetuha sakemm issir tassew parti minna.<\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><\/h6>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan huwa studju dwar il-&#8220;Missierna&#8221;, it-tema tal-Moviment g\u0127al din is-sena. &nbsp; [pullquoteright]Mela itolbu hekk: &#8216;Missierna, li inti \u00a0fis-smewwiet, jitqaddes ismek, ti\u0121i saltnatek,\u00a0ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. \u0126ob\u017cna <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1718,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[23],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1736"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=1736"}],"version-history":[{"count":7,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1736\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":1743,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1736\/revisions\/1743"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1718"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=1736"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=1736"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=1736"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}