{"id":1952,"date":"2013-10-10T11:41:06","date_gmt":"2013-10-10T09:41:06","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=1952"},"modified":"2013-10-10T12:12:23","modified_gmt":"2013-10-10T10:12:23","slug":"inkunu-katekisti-u-mhux-naghmluha-ta-katekisti-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/inkunu-katekisti-u-mhux-naghmluha-ta-katekisti-2\/","title":{"rendered":"Inkunu Katekisti u mhux nag\u0127mluha ta\u2019 Katekisti!"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Silta mill-mission statement tal-Moviment Ker\u0177gma\u00a0 tg\u0127id li a\u0127na l-membri g\u0127andna ng\u0127ixu b\u2019impenn fit-tixrid ta\u2019 l-A\u0127bar it-Tajba, li trid tkun \u010bentrata fuq \u0120es\u00f9 Kristu. Fit-talba tal-moviment ukoll nghidu \u201csabiex b\u2019g\u0127emilna u \u0127idmietna inwasslu l bxara t-tajba fl-ambjent ta\u2019 madwarna\u201d<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>G\u0127alhekk d-diskors li g\u0127amel il- Papa Fran\u0121isku lill-katekisti fis-27 ta\u2019 Settembru 2013 huwa ispirazzjoni g\u0127alina b\u0127ala moviment.\u00a0 Dawn huma xi siltiet tad-diskors li wie\u0127ed tajjeb li jirrifletti fuqhom.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u201cIl-kateke\u017ci hi pilastru g\u0127all-edukazzjoni fil-fidi. Anki jekk xi drabi jista\u2019 jkun diffi\u010bli, g\u0127ax ta\u0127dmu \u0127afna, t\u0127abirku tant u ma jidhrux ir-ri\u017cultati mixtieqa, hi \u0127a\u0121a sabi\u0127a nedukaw fil-fidi! Forsi hu l-aqwa wirt li nistg\u0127u ng\u0127addu: il-fidi! Nedukaw fil-fidi, biex din tikber. Li ng\u0127inu lit-tfal, lill-adolexxenti, li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127, lill-adulti biex isiru jafu u j\u0127obbu dejjem i\u017cjed lill-Mulej hi wa\u0127da mill-isba\u0127 avventuri edukattivi, g\u0127ax inkunu qed nibnu l-Knisja!<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u201cInkunu\u201d katekisti! Mhux nag\u0127mluha ta\u2019 katekisti: dan ma jiswiex! Jien nag\u0127milha ta\u2019 katekista g\u0127ax nie\u0127u gost ng\u0127allem\u2026 Imma jekk int m\u2019intix katekista, ma jiswa xejn! M\u2019intix sa tag\u0127ti frott! Li tkun katekista hi vokazzjoni: \u201ctkun katekista\u201d, din hi l-vokazzjoni, u mhux tag\u0127milha ta\u2019 katekista. Attenti, m\u2019g\u0127idtx \u201ctag\u0127mluha ta\u2019\u201d katekisti, imma \u201ctkunu\u201d katekisti, g\u0127ax dan jinvolvi l-\u0127ajja kollha kemm hi. Inwasslu lill-o\u0127rajn biex jiltaqg\u0127u ma\u2019 \u0120es\u00f9 permezz tal-kliem u permezz ta\u2019 \u0127ajjitna, bix-xhieda li nag\u0127tu.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Li tkun katekista jfisser tag\u0127ti xhieda tal-fidi; tkun koerenti fil-\u0127ajja tieg\u0127ek. U din m\u2019hix \u0127a\u0121a \u0127afifa. \u00a0A\u0127na ng\u0127inu, a\u0127na niggwidaw lill-o\u0127rajn lejn laqg\u0127a ma\u2019 \u0120es\u00f9 permezz ta\u2019 kliemna u ta\u2019 \u0127ajjitna, bix-xhieda li nag\u0127tu.\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Imbaghad il-Papa kellimhom fuq tlett punti u fil-qasir qalilhom hekk:\u00a0<\/strong><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\" wp-image-1942 alignleft\" style=\"margin: 10px;\" alt=\"Source - Ag\u00eancia Brasil \/ Author - T\u00e2nia R\u00eago\/ABr\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/10\/Pope_Francis_at_Varginha.jpg\" width=\"288\" height=\"205\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/10\/Pope_Francis_at_Varginha.jpg 800w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/10\/Pope_Francis_at_Varginha-300x213.jpg 300w\" sizes=\"(max-width: 288px) 100vw, 288px\" \/><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em><strong>1.<\/strong> L-ewwel \u0127a\u0121a, g\u0127al dixxiplu, hi li jibqa\u2019 ma\u2019 l-Img\u0127allem, jisimg\u0127u, jitg\u0127allem minnU. U dan jg\u0127odd dejjem, din hi mixja li tibqa\u2019 g\u0127addejja tul \u0127ajjitna kollha. Niftakar kemm drabi fid-djo\u010besi, fid-djo\u010besi l-o\u0127ra li kelli qabel, kont nara l-katekisti, fi tmiem il-kors fis-seminarju katekistiku, \u0127er\u0121in jg\u0127idu: \u201cIssa nista\u2019 nissejja\u0127 katekista!\u201d. Dak ma jiswa xejn, m\u2019g\u0127andek xejn, g\u0127adek g\u0127amilt biss triq \u017cg\u0127ira! Dan li jg\u0127odd g\u0127al dejjem! M\u2019hux titlu, imma atte\u0121\u0121jament: li tkun mieg\u0127U; u jibqa\u2019 jg\u0127odd tul \u0127ajtek kollha! Meta tmur g\u0127and il-Mulej, t\u0127ares lejn it-Tabernaklu u x\u2019tag\u0127mlu? . Jien ng\u0127id, na\u0127seb, nimmedita u nisma\u2019. Imma int lill-Mulej t\u0127allih i\u0127ares lejk? In\u0127allu lill-Mulej i\u0127ares lejna. Hu j\u0127ares lejna u dan hu mod kif nitolbu. F\u2019wa\u0127da mill-\u0127ar\u0121iet tieg\u0127i, hawn f\u2019Ruma, waqt Quddiesa, resaq lejja sinjur, g\u0127adu pjuttost \u017cg\u0127ir, u qalli: \u201cDun, g\u0127andi pja\u010bir li sirt nafek, imma jien ma nemmen f\u2019xejn! M\u2019g\u0127andix id-don tal-fidi!\u201d. Fehem li hu don. \u201cM\u2019g\u0127andix id-don tal-fidi! X\u2019tg\u0127idli?\u201d. \u201cTaqtax qalbek. Hu j\u0127obbok. \u0126alliH i\u0127ares lejk! Xejn i\u017cjed\u201d. U dan ng\u0127idu wkoll lilkom: \u0127alluh lill-Mulej i\u0127ares lejkom! In\u0127allih i\u0127e\u0121\u0121i\u0121li qalbi bin-nar tieg\u0127u? Jekk fil-qalb tag\u0127na m\u2019hemmx is-s\u0127ana ta\u2019 Alla, ta\u2019 m\u0127abbtu, tal-\u0127lewwa tieg\u0127u, kif nistg\u0127u a\u0127na, imsejkna midinba, in\u0127e\u0121\u0121u l-qlub ta\u2019 l-o\u0127rajn?<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>\u00a0<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em><strong>2. \u00a0<\/strong>It-tieni \u0127a\u0121a hi din. Nitilqu mill-\u0121did minn Kristu jfisser nimitawh f\u2019li no\u0127or\u0121u minna nfusna u mmorru niltaqg\u0127u mal-persuna l-o\u0127ra. Din hi esperjenza sabi\u0127a, hi xi ftit paradossali. G\u0127aliex? G\u0127aliex fi\u010b-\u010bentru tal-\u0127ajja tag\u0127na nqieg\u0127du lil Kristu, u a\u0127na nwarrbu mi\u010b-\u010bentru! Iktar ma ting\u0127aqad ma\u2019 \u0120es\u00f9 u Hu jsir i\u010b-\u010bentru ta\u2019 \u0127ajtek, Hu iktar jo\u0127or\u0121ok minnek innifsek, \u2018jidde\u010bentrak\u2019 u jift\u0127ek g\u0127all-o\u0127rajn. Dan hu d-dinami\u017cmu veru ta\u2019 l-im\u0127abba, dan hu l-moviment ta\u2019 Alla nnifsu! Alla hu \u010b-\u010bentru, imma hu dejjem don li jing\u0127ata, relazzjoni, \u0127ajja li tikkomunika lilha nfisha\u2026 Hekk ukoll insiru a\u0127na jekk nibqg\u0127u mag\u0127quda ma\u2019 Kristu, Hu jda\u0127\u0127alna f\u2019dan id-dinami\u017cmu ta\u2019 l-im\u0127abba.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>Il-qalb tal-katekista tg\u0127ix dejjem dan il-moviment tal-qalb li t\u0127abbat \u2019il \u0121ewwa u \u2019l barra: g\u0127aqda ma\u2019 \u0120es\u00f9 u laqg\u0127a mal-persuna l-o\u0127ra. Huma t-tnejn flimkien: jien ning\u0127aqad ma\u2019 \u0120es\u00f9 u no\u0127ro\u0121 biex niltaqa\u2019 ma\u2019 l-o\u0127rajn. Jekk jonqos wie\u0127ed minn dawn i\u017c-\u017cew\u0121 movimenti l-qalb ma tibqax t\u0127abbat, ma tistax tg\u0127ix. Hi tir\u010bievi b\u0127ala don il-kerygma, u mbag\u0127ad min-na\u0127a tag\u0127ha toffriha b\u0127ala don. Din il-kelma \u010bkejkna: don. Il-katekista jaf li r\u010bieva don, id-don tal-fidi, u jag\u0127tih b\u2019don lill-o\u0127rajn. U dan hu sabi\u0127. U ma j\u017commx g\u0127alih xi persenta\u0121\u0121! Kull ma jir\u010bievi, jag\u0127tih! Din m\u2019hix xi bi\u010b\u010ba negozju! \u00a0Dan hu kollu kemm hu don: don milqug\u0127 u don mog\u0127ti. U l-katekista qieg\u0127ed hemm, f\u2019nofs it-triq ta\u2019 dan id-don. Dan hu hekk mill-istess natura tal-kerygma: hi don li jo\u0127loq missjoni, li dejjem jimbuttana \u2019l barra minna nfusna. <\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u00a0<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em><strong>3.<\/strong> It tielet \u0127a\u0121a \u00a0hi dejjem f\u2019din il-linja: nitilqu mill-\u0121did minn Kristu jfisser ma nib\u017cg\u0127ux immorru flimkien mieg\u0127U fil-periferiji. Hawn ti\u0121ini f\u2019mo\u0127\u0127i l-istorja ta\u2019 \u0120ona, figura tassew interessanti, spe\u010bjalment fi\u017c-\u017cminijiet tag\u0127na ta\u2019 bidliet u ta\u2019 in\u010bertezza. \u0120ona hu bniedem twajjeb, b\u2019\u0127ajja trankwilla u ordnata; dan iwasslu biex f\u2019mo\u0127\u0127u jibni skemi \u010bari \u0127afna u biex ji\u0121\u0121udika kollox u lil kul\u0127add skond dawn l-iskemi, b\u2019mod ri\u0121idu. Kollox g\u0127andu \u010bar, din hi l-verit\u00e0. Hu ri\u0121idu! G\u0127alhekk meta l-Mulej isejja\u0127lu u jordnalu jmur jippriedka f\u2019Ninw\u00e9, il-belt kbira pagana, \u0120ona ma j\u0127ossx li g\u0127andu jag\u0127mel dan. Imur hemm! Ninw\u00e9 qieg\u0127da \u2019l barra mill-iskemi tieg\u0127u, qieg\u0127da fil-periferija tad-dinja tieg\u0127u. U allura ja\u0127rab, imur Spanja, ja\u0127rab \u2019il bog\u0127od. Il-Ktieb ta\u2019 \u0120ona! Huwa qasir, imma hi parabbola li tg\u0127allimna \u0127afna, spe\u010bjalment lilna li qeg\u0127din fil-Knisja.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>X\u2019jg\u0127allimna? Jg\u0127allimna ma nib\u017cg\u0127ux no\u0127or\u0121u mill-iskemi mentali tag\u0127na biex nimxu wara Alla, g\u0127ax Alla dejjem imur xi mkien ie\u0127or. Imma tridu tafu \u0127a\u0121a? Alla ma jib\u017cax! Hu dejjem imur lil hemm mill-iskemi tag\u0127na! Alla ma jib\u017cax mill-periferiji. Imma jekk intom tmorru fil-periferiji, hemm issibuh. Alla jibqa\u2019 dejjem fidil, hu kreattiv \u00a0Biex nibqg\u0127u ma\u2019 Alla je\u0127tie\u0121 inkunu nafu no\u0127or\u0121u, ma nib\u017cg\u0127ux no\u0127or\u0121u. Jekk katekista j\u0127alli l-bi\u017ca\u2019 jirb\u0127u, hu be\u017c\u017cieg\u0127; jekk katekista joqg\u0127od trankwill, jispi\u010b\u010ba qisu statwa f\u2019mu\u017cew: u minn dawn g\u0127andna \u0127afna! G\u0127andna bi\u017c\u017cejjed! Jekk jog\u0127\u0121obkom, ma rridux statwi ta\u2019 mu\u017cew! Jekk katekista hu ri\u0121idu, jitqadded u jsir sterili.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>Meta a\u0127na l-Insara nibqg\u0127u mag\u0127luqa fil-grupp tag\u0127na, fil-moviment tag\u0127na, fil-parro\u010b\u010ba tag\u0127na, fl-ambjent tag\u0127na, nibqg\u0127u mag\u0127luqa u ji\u0121rilna dak kollu li ji\u0121rilu kull ma jibqa\u2019 mag\u0127luq; meta kamra tkun mag\u0127luqa tibda tinxtamm ir-ri\u0127a ta\u2019 l-umdit\u00e0. U jekk persuna tkun mag\u0127luqa f\u2019dik il-kamra, timrad! Meta Nisrani jing\u0127alaq fil-grupp tieg\u0127u, fil-parro\u010b\u010ba tieg\u0127u, fil-moviment tieg\u0127u, hu mag\u0127luq, jimrad. <\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>\u0120es\u00f9 m\u2019hux jg\u0127idilna: Morru, irran\u0121aw intom. Le, ma jg\u0127idx hekk! \u0120es\u00f9 jg\u0127id: Morru, jiena mag\u0127kom! Dan hu s-sabi\u0127 li g\u0127andna u li jimliena bil-qawwa: jekk a\u0127na mmorru, jekk no\u0127or\u0121u biex bl-im\u0127abba nwasslu l-Van\u0121elu tieg\u0127u, bi spirtu Appostoliku veru. \u00a0\u0120es\u00f9 jistenniena fil-qalb ta\u2019 dak \u00a0\u0127una, fil-\u0121isem mi\u0121ru\u0127 tieg\u0127u, fil-\u0127ajja mkasbra tieg\u0127u, fir-ru\u0127 tieg\u0127u bla fidi.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>Nibqg\u0127u ma\u2019 Kristu \u2013 nibqg\u0127u fi Kristu \u2013 infittxu li nkunu dejjem i\u017cjed \u0127a\u0121a wa\u0127da mieg\u0127U; nimxu warajh, nixbhuh fil-moviment tieg\u0127u ta\u2019 m\u0127abba, meta jmur jiltaqa\u2019 mal-bniedem; u no\u0127or\u0121u, nift\u0127u l-bibien, insibu l-kura\u0121\u0121 li nfittxu toroq \u0121odda g\u0127at-t\u0127abbir tal-Van\u0121elu.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: right;\"><strong>\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Papa Fran\u0121isku &#8211; Diskors lill-katekisti (27 ta\u2019 Settembru 2013)<\/strong><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Silta mill-mission statement tal-Moviment Ker\u0177gma\u00a0 tg\u0127id li a\u0127na l-membri g\u0127andna ng\u0127ixu b\u2019impenn fit-tixrid ta\u2019 l-A\u0127bar it-Tajba, li trid tkun \u010bentrata fuq \u0120es\u00f9 Kristu. Fit-talba tal-moviment ukoll nghidu \u201csabiex b\u2019g\u0127emilna u <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":1954,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"quote","meta":{"footnotes":""},"categories":[32],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1952"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=1952"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1952\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":1953,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/1952\/revisions\/1953"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/1954"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=1952"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=1952"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=1952"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}