{"id":2015,"date":"2013-10-26T17:41:15","date_gmt":"2013-10-26T15:41:15","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/uncategorized-mt\/prayer-cafe-3-30-hadd-c-2"},"modified":"2013-10-26T17:42:05","modified_gmt":"2013-10-26T15:42:05","slug":"prayer-cafe-3-30-hadd-c","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-3-30-hadd-c\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e9 #4 (30 \u0126add \u010a)"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>30 \u0126add ta\u2019 Matul is-Sena.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Lq 18:9-14<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127at Prayer Caf\u00e9, tkomplew il-biera\u0127 fi\u010b-\u010bentru tal-Ker\u0177gma, fejn Fr. Charles Fenech tkellem fuq il-Van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss.\u00a0 Dawn huma ftit punti me\u0127udin mid-diskors tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss min jaf kemm-il darba smajnih, m\u2019hemm xejn spe\u010bjali fih jekk ne\u0127duh b\u2019mod artifi\u010bjali. Il-Bibbja hi xi \u0127a\u0121a li trid taqraha bil-mod, g\u0127ax meta taqraha bil-mod l-Ispirtu t\u2019Alla jdawwlek u jkollok \u010bans tomg\u0127od il-Kelma t\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><span style=\"text-decoration: underline;\">Min kienu il-Fari\u017cej u l-Pubblikan? <\/span><\/strong>Ma kienux jit\u0127amlu bejniethom. Il-Fari\u017cew kienu l-g\u0127alliema li jsegwu l-li\u0121ijiet sal-anqas dettalji i\u017cda mbag\u0127ad kienu jag\u0127mlu dak li jfettilhom u g\u0127alhekk \u0120esu kien jikkritikhom daqshekk. Fir-reli\u0121jon \u0120udajka hemm &#8216;l fuq minn 613 li\u0121i u dawn barra li jridu jitg\u0127allmuhom jridu jwettquhom. \u0126afna mill-li\u0121ijiet huma marbutin mal-i\u0121jene u mat-taxxi; filwaqt li l-Pubblikani kienu nies li ji\u0121bru t-taxxi g\u0127all-\u0127akkiema Rumani barra li jie\u0127du xi \u0127a\u0121a \u017cejda g\u0127al buthom. G\u0127alhekk \u0127add ma kien i\u0127ares lejhom sabi\u0127. It-taxxa minn dejjem kienet xi \u0127a\u0121a \u0121usta i\u017cda li \u0127add ma jie\u0127u gost biha!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ir-relazzjoni u r-rejazzjoni ta\u2019 dawn i\u017c-\u017cew\u0121 persuni jag\u0127tuna \u017cew\u0121 modi ta\u2019 kif nersqu lejn Alla fit-talb. Forsi a\u0127na meta nisimg\u0127u lill-Fari\u017cew ng\u0127idu x\u2019g\u0127aruka\u017ca dan kemm jifta\u0127ar bih innifsu: kliem il-Farizew kien &#8220;<em>O Alla, ni\u017c\u017cik \u0127ajr li miniex b\u0127all-bqija tal-bnedmin, \u0127alliela, in\u0121usti, \u017cienja, jew ukoll b\u0127al dan il-publikan&#8230;\u201d Lq 18:11<\/em> hawn g\u0127amel screening ta\u2019 dak li g\u0127amel hu u ma talab xejn, u maqdar lill-publikan li kien qieg\u0127ed fit-tempju mieg\u0127u. Ne\u017caminaw ftit kif inhu t-talb tag\u0127na u kif suppost hu, kompla Fr. Charles. \u00a0A\u0127na l-Mediterranji g\u0127andna t-tendenza li ma ja\u0127rabilna xejn &#8211; minflok noqg\u0127odu attenti g\u0127at-talb tal-quddiesa aktar mo\u0127\u0127na fuq min g\u0127addej. M\u2019a\u0127niex kapa\u010bi nikkon\u010bentraw fuq il-Mulej. Hawn Fr. Charles qasam esperjenza li ltaqa\u2019 mag\u0127ha: da\u0127al wie\u0127ed il-knisja li kien ilu ma jersaq &#8216;l hemm u dawk li huma mid\u0127la tal-knisja flok laqg\u0127uh qalu \u201dAra x\u2019qala&#8217; l-ba\u0127ar, dan x\u2019\u0121ie jag\u0127mel?\u201d (b\u2019mod li jisma&#8217; dan ir-ra\u0121el.) Imbag\u0127ad fil-quddiesa talbu g\u0127all-midinbin! Hija fa\u010bli li ni\u0121\u0121enarilizzaw u ni\u0121\u0121udikaw kemm fil-knisja, kif ukoll barra mill-knisja. Mentri t-talb ifisser dak li g\u0127amel l-Pubblikan.<em> \u201cO Alla, \u0127enn g\u0127alija g\u0127ax jien midneb.\u201dLq 18:13.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fr. Charles \u017cied jg\u0127id li dawn l-a\u0127\u0127ar \u0126dud il-Van\u0121elu kien ikkon\u010bentrat fuq it-talb. \u0120esu qed jg\u0127idilna kif g\u0127andu jkun it-talb. L-im\u0121iddma jitolbu g\u0127al miraklu u jse\u0127\u0127. A\u0127na kemm nirringrazzjaw lill-Mulej ta\u2019 dak li jag\u0127tina? Fil-parabbola tal-armla nsibu l-Im\u0127allef li wara li qalg\u0127atlu qalbu l-armla, taha dak li riedet biex je\u0127les minnha. Alla ma ja\u0127dimx hekk mag\u0127na. Kemm tassew qeg\u0127din nag\u0127tu spazju lil Alla f\u2019\u0127ajjitna? \u00a0Din hi importanti \u2013 g\u0127ax minn hemm tibda tinduna kemm l-Mulej jag\u0127tina sinjali biex jag\u0127tina kura\u0121\u0121 u hawn Fr Charles ta e\u017cempju kif hu stess qabel programm fuq Radju Marija qal lill-Mulej li dakinhar kienet f\u2019idejH (f\u2019idejn il-Mulej) , u propju \u00a0dakinhar i\u010b\u010bempel wa\u0127da mill-kontinent l-ie\u0127or \u2013 mill-Awstralja tag\u0127ti xhieda li hi kompliet ixxerred dak li tg\u0127allmet dwar il-Kelma t\u2019Alla f\u2019Malta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fr. Charles sa\u0127aq li huwa importanti li n\u0127allu \u0127in g\u0127at-talb. Kultant sfortunatament ikunu l-\u0121enituri stess li jg\u0127idu lit-tfal li l-ewwel g\u0127andha ti\u0121i l-iskola mhux it-talb, mhux il-quddies! I\u017cda meta tag\u0127ti l-ewwel post f\u2019\u0127ajtek lil Alla kollox jibda jie\u0127u postu. Xorta se jibqg\u0127u l-problemi tal-\u0127ajja i\u017cda l-mod kif t\u0127ares lejn il-problemi jinbidel. Meta ma n\u0127allux f\u2019idejn Alla nibdew ninstabtu mal-\u0127ajt. Hemm b\u017conn inda\u0127\u0127luh aktar fil-familji tag\u0127na. N\u0127allu lill-Mulej imexxi l-familji tag\u0127na. G\u0127andna n\u0127allu f\u2019idejn il-Mulej. It-talba tag\u0127na g\u0127andha tkun b\u0127al ta\u2019 Marija \u201c\u0126a jkun minni skont\u00a0<strong>kelmtek<\/strong>\u201d mhux skont kelmti. \u00a0N\u0127allu &#8216;ill-MULEJ jkun il-Mulej tas-SORPRI\u017bI.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fr. Charles Fenech semma wkoll li kellu konferenza l-Vatikan fuq il-Fidi u l-Isports u wara l-Angelus, id-delegati ltaqg\u0127u b\u2019mod personali mal-Papa Fran\u0121isku. Fr. Charles ppre\u017centalu kopja tax-\u2018Xandar il-Kelma\u2019 li b\u2019kumbinazzjoni fil-fa\u010b\u010bata nzerta kellu wi\u010b\u010b il-Papa bil-kliem tieg\u0127u stess \u2018Sorpri\u017ci minn Alla.\u201d U l-Papa qallu \u201c U iktar nippriedkom dawn il-kliem g\u0127ax veru minnhom. F\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar sitt xhur kelli \u0127afna sorpri\u017ci minn Alla\u201d fosthom semma meta l-Papa \u0127are\u0121 bl-ideja ta\u2019 talb u sawm min\u0127abba l-gwerra tas-Syria. Minkejja li g\u0127andu fidi kbira f\u2019Alla kienet sorpriza kbira minn Alla li l-gwerra ma se\u0127\u0127itx.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Sorpri\u017ci ta\u2019 Alla hi realta&#8217; kbira meta a\u0127na nid\u0127lu f\u2019kuntatt ma&#8217; Alla permezz tat-talb. It-talb mhux xi \u0127a\u0121a tax-xju\u0127 jew tal-pensjonanti. IT-TALB ifisser tippre\u017centa ru\u0127ek kif int quddiem Alla. \u2013 bid-dnubiet tieg\u0127ek. Kif insibu fil-Ktieb ta\u2019 Bin Sirak (fl-ewwel qari ta\u2019 nhar il-\u0126add) <em>\u201cIl-Mulej hu Alla tas-sewwa, ma j\u0127ares lejn wi\u010b\u010b \u0127add.\u201d Bin Sirak 35:12 <\/em>.Il-Mulej ma jridx re\u010bti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">AVVI\u017bI :<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Dawk it-tfal minn Year 4 &#8216;l fuq li jixtiequ jsiru parti minn Christour Children\u2019s Choir jistg\u0127u ji\u0121u g\u0127all-audition San Duminku nhar ta\u2019 Tlieta fis-7.00pm. Min jixtieq jie\u0127u sehem fil-Christmas Concert jg\u0127a\u0121\u0121el g\u0127ax ir-rehearsals \u0121a bdew. Dan il-choir huwa mmexxi minn g\u0127alliema professjonali tal-mu\u017cika: Debbie Scerri, Mary Rose Buhagiar u Mary Sammut. Dan hu mod ie\u0127or kif nevan\u0121elizzaw.<\/li>\n<li>Nhar il-\u0126amis 31 t\u2019Ottubru se jkun hemm Quddiesa u Adorazzjoni biex nevan\u0121elizzaw organizata mill-Ker\u0177gma. In\u0127ajjru lil \u0127addie\u0127or biex ji\u0121i.<\/li>\n<\/ul>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>30 \u0126add ta\u2019 Matul is-Sena. Lq 18:9-14 Il-laqg\u0127at Prayer Caf\u00e9, tkomplew il-biera\u0127 fi\u010b-\u010bentru tal-Ker\u0177gma, fejn Fr. Charles Fenech tkellem fuq il-Van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss.\u00a0 Dawn huma ftit punti me\u0127udin mid-diskors <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2007,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[23],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2015"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2015"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2015\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2018,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2015\/revisions\/2018"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2007"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2015"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2015"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2015"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}