{"id":2041,"date":"2013-11-02T14:54:04","date_gmt":"2013-11-02T13:54:04","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/uncategorized-mt\/prayer-cafe-5-31-hadd-c-2"},"modified":"2013-11-02T14:56:46","modified_gmt":"2013-11-02T13:56:46","slug":"prayer-cafe-5-31-hadd-c","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-5-31-hadd-c\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e9 #5 (31 \u0126add \u010a)"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>31 \u0126add ta\u2019 matul is-sena.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Il-\u0120img\u0127a 1 ta\u2019 Novembru 2013<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawn huma mumenti biex nirriflettu ftit fuq il-\u0127ajja tag\u0127na fejn nie\u0127du ftit edukazzjoni biex nimxu \u2019l quddiem fil-\u0127ajja nisranija tag\u0127na. U b\u2019dan id-diskors, Fr. Charles beda l-laqg\u0127a tal-Prayer Caf\u00e9 g\u0127ax-xahar ta\u2019 Novembru 2013.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kompla jg\u0127id li dan ix-xahar mhux ix-xahar tal-mejtin imma tal-\u0127ajjin.\u00a0 Hu jara li dawn il-festi huma maqsumin fi tlieta: il-festa tal-qaddisin, il-festa tal-mejtin u l-festa tag\u0127na.\u00a0 G\u0127ax a\u0127na, ukoll imsej\u0127in g\u0127all-qdusija li tfisser tama.\u00a0 A\u0127na qed nimmiraw g\u0127al \u0127ajja o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na l-bnedmin\u00a0 ma tantx nitkellmu fuq il-mewt.\u00a0 Imbag\u0127ad ji\u0121i \u017cmien li nilbsu l-iswed u nibku.\u00a0 Pero\u2019 fl-istess \u0127in, f\u2019dan i\u017c-\u017cmien, tmur f\u2019\u0127anut u ssib saqajn maqtug\u0127in, skeletri,\u00a0 irjus e\u010b\u010b. <strong>\u00a0Din il-festa tal-Halloween\u00a0 ikkundannata b\u2019mod \u010bar mill-knisja.<\/strong><b> \u00a0<\/b>A\u0127na ni\u010b\u010belebraw il-\u0127ajja, a\u0127na wlied id-dawl g\u0127alhekk g\u0127andna il-blandun fil-knisja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127andna dmir niftakru fil-mejtin.\u00a0 Fr. Charles qasam mag\u0127na \u0127sieb \u017cg\u0127ir. Waqt funeral \u0127afna jilbsu l-iswed u jkunu mbikkma.\u00a0 Min jaf il-mejjet hux di\u0121\u00e0 fer\u0127an dak il-\u0127in mal-Mulej?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><i><span style=\"text-decoration: underline;\">Il-Van\u0121elu<\/span><\/i><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawn il-laqg\u0127at jg\u0127inuna \u0127afna qal Fr. Charles, pero\u2019 a\u0127na rridu nag\u0127mlu l-H.W. id-dar.\u00a0 Dan il-van\u0121elu huwa ritratt tag\u0127na lkoll.\u00a0 In-nies, f\u2019dan il-van\u0121elu kienu qed jag\u0127tu t-taxxa mhux lill-gvern, b\u0127alma nag\u0127mlu a\u0127na, imma lill-Imperu Ruman, \u0127akkiem barrani.\u00a0 G\u0127alhekk il-folla lil \u017bakkew kienet tarah ikrah, g\u0127ax kien korrot.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imma \u017bakkew xtaq jara lil \u0120esu\u2019 minn aspett ta\u2019 kur\u017cita\u2019.\u00a0 Hawnhekk nidhru a\u0127na.\u00a0 Immorru l-quddies u naraw \u0120esu\u2019 x\u2019sa joffri.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u017bakkew mar ji\u0121ri biex jara lil \u0120esu u mhux bil-lajma.\u00a0 Kellu \u0127e\u0121\u0121a u g\u0127amel minn kollox biex jarah.\u00a0 Hawnhekk bdiet die\u0127la l-fidi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na ma nistg\u0127ux nibqg\u0127u nitolbu meta jkollna aptit.\u00a0 L-atleti ma jimxux bl-aptit, ma jittrenjawx biss meta jkollhom aptit.\u00a0 A\u0127na xi kultant fil-\u0127ajja tag\u0127na ma jkollniex aptit nitolbu.\u00a0 Il-\u0127e\u0121\u0121a ma tkunx hemm g\u0127ax il-problemi j\u0127awduna.\u00a0 Ma jkollnix mo\u0127\u0127na kwiet.\u00a0 Ma jimpurtax, qal Fr. Charles, il-Mulej jaf. U hu tana parir sempli\u010bi imma prattiku \u0127afna: issu\u0121\u0121erixxa \u00a0li tajjeb li n\u017commu <i>prayer book<\/i> tag\u0127na u meta in\u0127ossuna bla \u0127e\u0121\u0121a u bla aptit biex nitolbu, naqbdu dan il-prayer book u nibdew naqraw minnu.\u00a0 Iva b\u0127all-pappagal imma \u0120esu\u2019 jaf.\u00a0 Importanti hu li ma nieqfux nitolbu meta ma jkollniex aptit.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu\u2019 jag\u0127ti ordni mal-ewwel lil \u017bakkew u u\u017ca ismu.\u00a0 G\u0127ax \u0120esu\u2019 jafna b\u2019isimna.\u00a0 \u017bakkew kollu fer\u0127an laqg\u0127u g\u0127andu, g\u0127ax issa l-kur\u017cita\u2019 telqet. I\u017cda n-nies flok fer\u0127u, i\u0121\u0121udikaw.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u017bakkew tilef \u0121idu kollu imma reba\u0127 lil \u0120esu\u2019.\u00a0 G\u0127ax meta l-im\u0127abba ta\u2019 \u0120esu\u2019 tid\u0127ol \u0121o fik m\u2019hemmx limiti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127alhekk importanti li tag\u0127ti spa\u017cju lil Alla f\u2019\u0127ajtek b\u0127al \u017bakkew.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>31 \u0126add ta\u2019 matul is-sena. Il-\u0120img\u0127a 1 ta\u2019 Novembru 2013 Dawn huma mumenti biex nirriflettu ftit fuq il-\u0127ajja tag\u0127na fejn nie\u0127du ftit edukazzjoni biex nimxu \u2019l quddiem fil-\u0127ajja nisranija tag\u0127na. <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2035,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2041"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2041"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2041\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2043,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2041\/revisions\/2043"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2035"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2041"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2041"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2041"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}