{"id":2110,"date":"2013-11-09T14:44:12","date_gmt":"2013-11-09T13:44:12","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=2110"},"modified":"2013-11-09T15:30:36","modified_gmt":"2013-11-09T14:30:36","slug":"prayer-cafe-6-32-hadd-c","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-6-32-hadd-c\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e9 #6 (32 \u0126add \u010a)"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<span style=\"color: #000000;\">32 \u0126add ta\u2019 matul is-sena &#8211; <\/span><span style=\"color: #000000;\">Il-\u0120img\u0127a 8 ta\u2019 Novembru 2013<\/span><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #000000;\">Il-laqg\u0127a infet\u0127et bil-kanzunetta\u00a0 \u2018Christ is enough for me\u2019.\u00a0 Il-messa\u0121\u0121 tag\u0127ha huwa \u010bar.\u00a0 <\/span><\/p>\n<p><iframe loading=\"lazy\" src=\"\/\/www.youtube.com\/embed\/0fZ-tBR7LJ0\" height=\"390\" width=\"640\" allowfullscreen=\"\" frameborder=\"0\"><\/iframe><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #000000;\">Wara Fr. Charles qal kelmtejn qabel inqara l-van\u0121elu.\u00a0 Dan kien jg\u0127id hekk.\u00a0\u00a0 <\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #000000;\">Fidi:\u00a0 <strong>\u0126add u xejn m\u2019g\u0127andu jdawwarni<\/strong>.\u00a0 Nissa\u0127\u0127u f\u2019din il-qawwa li kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna g\u0127andu meta nemmnu. Importanti \u0127afna li l-fidi tag\u0127na tista\u2019 tikber meta NISIMG\u0126U l-Kelma t\u2019Alla.\u00a0 Imma l-fidi tag\u0127na tissa\u0127\u0127a\u0127 meta a\u0127na NXANDRUHA, meta int ma tist\u0127ix tg\u0127id li int NISRANI.\u00a0 Hu x\u2019inhu x-xog\u0127ol tieg\u0127ek ta\u2019 kuljum fil-qadi ta\u2019 dmirijietek.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #000000;\">Hekk kif imbag\u0127ad inqara l-van\u0121elu, Fr. Charles\u00a0 kompla mill-\u0121did. \u00a0Dan il-van\u0121elu kien <em>test <\/em>kif ukoll nasba tas-saddu\u010bej g\u0127al \u0120es<span style=\"font-family: Calibri;\">\u00f9<\/span>. Dawn kienu nies li ma kienux jemmnu fil-qawmien mill-imwiet.\u00a0 \u0120es<span style=\"font-family: Calibri;\">\u00f9<\/span> jg\u0127idilna l-fehmiet tieg\u0127i mhux fehmietkom u t-triqat tieg\u0127i mhux triqatkom.\u00a0\u00a0 \u0120es\u00f9 qed jg\u0127idilna f\u2019dan it-<i>test<\/i>, b\u2019mod indirettament,\u00a0 li a\u0127na mwa\u0127\u0127lin mal-art.\u00a0 \u0120es\u00f9 jridna\u00a0 ng\u0127ixu g\u0127as-sema. Ma jfissirx li ng\u0127ixu fil-qamar, jew li ng\u0127ixu distratti.\u00a0 \u0120es\u00f9 jridna ng\u0127ixu verament b\u0127ala bnedmin imma na\u0127sbu b\u0127alu.\u00a0 U din hija l-<em>QAB\u017bA fil-KWALITA\u2019\u00a0 <\/em>fil-\u0127ajja tag\u0127na int min int.\u00a0\u00a0 <strong>Irridu nafdaw fiH<\/strong>.\u00a0 Irridu na\u0127sbu b\u0127al \u0120es\u00f9, ng\u0127ixu b\u0127alu minkejja d-diffikultajiet fil-\u0127ajja tag\u0127na ta\u2019 kuljum li jistg\u0127u jkunu mard, dwejjaq, solitudni e\u010b\u010b.\u00a0 \u0120es\u00f9 qatt u qatt m\u2019hu sa j\u0127allina wa\u0127idkom.\u00a0 \u0120es\u00f9 qed jg\u0127idlek &#8211; kura\u0121\u0121 qum fuq saqajk.\u00a0 Postok fis-sema, imma g\u0127alissa trid timxi fl-art.\u00a0 <\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #000000;\">Din it-tradizzjoni \u0120udajka tal-Lhud g\u0127adha te\u017cisti sal-lum &#8211; li l-a\u0127wa ji\u017c\u017cew\u0121u l-mara ta\u2019 \u0127uhom meta \u0127uhom jmut.\u00a0 Jisforzawhom biex ji\u017c\u017cew\u0121u u \u0120es\u00f9 qed jirrakkonta dan il-fatt biex propju jurina li a\u0127na ma nistg\u0127ux nibqg\u0127u biss na\u0127sbu fuq il-livell uman.\u00a0 Kif?\u00a0 Meta a\u0127na r\u010bevejna s-sagrament tal-mag\u0127mudija, u kull sagrament ie\u0127or, \u0120es\u00f9 qed jg\u0127ollina tar\u0121a biex a\u0127na nibdew na\u0127sbu b\u0127alma ja\u0127seb Hu.\u00a0 Hawnhekk tibda l-maturita\u2019 tal-fidi tag\u0127na &#8211; il-maturita\u2019 tal-fidi nisranija &#8211; meta nibdew na\u0127sbu b\u0127al \u0120es\u00f9.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #000000;\">Fr. Charles semma x\u2019jg\u0127id il-Papa Fran\u0121isku: Hu jg\u0127id li biex a\u0127na nitnaddfu u\u00a0 b\u2019hekk in\u0127ossuna vi\u010bin \u0120es\u00f9 hemm b\u017conn li nqerru.\u00a0 NQERRU u nqerru SEW u TA\u2019 SPISS.\u00a0 Mhux g\u0127all-okkazzjoni biss.\u00a0 Hemm b\u017conn li nqerru biex nikbru.\u00a0 Il-qrar huwa fejqan.\u00a0 U din li qed jg\u0127idlina \u0120es\u00f9, biex ma nibqg\u0127ux na\u0127sbuha b\u0127ala bnedmin.\u00a0 \u0120es\u00f9 qed jg\u0127idilna li fis-sema ser inkunu qed ng\u0127ixu fi stat ie\u0127or; differenti minn tag\u0127na fuq l-art, il-\u0121isem tag\u0127na jindifen u nqumu f\u2019\u0121isem spiritwali \u201cdaqs li kieku an\u0121li\u201d (Lq 20:36) .\u00a0 Dan hu l-qawmien mill-mewt.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #000000;\">Il-kultura pre\u017centi tag\u0127na tg\u0127idilna \u201cg\u0127ix il-pre\u017cent g\u0127ax g\u0127ada ma tafx x\u2019sa ssib.\u00a0 Gawdi llum g\u0127ax g\u0127ada ma tafx x\u2019\u0121ej.\u201d Din hija kultura li totalment teqred ir-ru\u0127 tal-bniedem.\u00a0\u00a0 Kultura li tisfidu\u010bjak g\u0127all-futur.\u00a0 Kultura li llum tag\u0127tik kollox, inklu\u017c il-li\u0121ijiet;\u00a0 li tag\u0127mel il-bniedem komdu g\u0127al ftit minuti ming\u0127ajr ma t\u0127allik t\u0127ares lejn il-futur tieg\u0127ek, li jfisser l-eternita\u2019 &#8211; dik li ma tintem qatt.\u00a0 Din hi l-bidla li rridu nag\u0127mlu a\u0127na f\u2019\u0127ajjitna.\u00a0 A\u0127na rridu n\u0127arsu \u2019l quddiem b\u2019fidu\u010bja kbira u li kull \u0127a\u0121a li nag\u0127mlu f\u2019din l-art \u0127a t\u0127alli riperkussjoni fis-sema.\u00a0 Alla sa j\u0127allsek bl-eternita\u2019.\u00a0 Alla mhux kattiv. Alla hu g\u0127ani fil-\u0127niena.\u00a0 Il-kalkoli tal-Mulej jag\u0127milhom hu mhux a\u0127na.\u00a0 Irridu n\u0127allu \u0127in u spazju lil Alla.\u00a0 \u0120es\u00f9 ser isaqsina: \u201cInt g\u0127extni f\u2019\u0127ajtek?\u00a0 \u017bammejtni \u0127aj? Xandartni?\u201d \u00a0Meta kontiwament nitolbu lil \u0120es\u00f9, \u0127ajjitna tinbidel.<\/span><b>\u00a0[pullquoteright]Meta kontiwament nitolbu lil \u0120es\u00f9, \u0127ajjitna tinbidel[\/pullquoteright]<\/b><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #000000;\">L-istatwi mhux qeg\u0127din hemm g\u0127alxejn imma biex jg\u0127inuna.\u00a0 G\u0127andna wkoll l-Ewkaristija li hija \u0127ajja u tid\u0127ol fina.\u00a0 Alla tag\u0127na mhux Alla tal-mejtin imma tal-\u0127ajjin.\u00a0 G\u0127andna dmir spiritwali li nitolbu g\u0127al mejtin imma Alla hu tal-\u0127ajjin.\u00a0 Ma nib\u017cg\u0127ux nag\u0127tu spa\u017cju lil Alla f\u2019\u0127ajjitna g\u0127ax Alla tag\u0127na huwa Alla tad-dawl, huwa Alla \u0127aj.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><span style=\"text-decoration: underline;\">Riflessjoni tal-g\u0127eluq<\/span><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tribujiet u nazzjonijiet o\u0127ra, per e\u017cempju, l-E\u0121izzjani tal-qedem, kienu j\u0127allu affarijiet u o\u0121\u0121etti prezzjuzi o\u0127ra ma&#8217; dik il-persuna li jkunu difnu. Dan sabiex l-istess persuna mejta tkun tista&#8217;\u00a0 tag\u0127mel u\u017cu minnhom fil-\u0127ajja ta&#8217; wara din tad-dinja. Donnhom kienu ja\u0127sbu li l-\u0127ajja wara l-mewt ser tibqa&#8217; tkompli bla tibdil.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">U\u0127ud mis-Sadu\u010bej, dawk li ji\u010b\u0127du l-qawmien mill-imwiet, labg\u0127buha li huma wkoll kienu jemmnu li l-\u0127ajja wara l-mewt ser tibqa&#8217; tkompli bla tibdil, u staqsew lil \u0120es\u00f9 ta&#8217; min tkun l-mara li \u017c\u017cew\u0121et lis-seba&#8217; a\u0127wa. Dan g\u0127amluh biex jippruvaw jaqbdu lil \u0120es\u00f9 f&#8217;nassa g\u0127ax is-Sadu\u010bej ma kienux jemmnu li wara l-mewt hemm \u0127ajja o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0126afna mill-bnedmin ukoll g\u0127andhom (jew a\u0127jar ng\u0127id &#8216;g\u0127andna&#8217;) it-tendenza li ng\u0127ixu qiesu li wara mewtna jispi\u010b\u010ba kollox. I\u017cda r-rejalta hija li \u0121isimna biss imut. A\u0127na nibqg\u0127u \u0127ajjin, n\u0127allu lil \u0121isimna u ng\u0127addu minn esperjenza ta&#8217; \u0127ajja differenti minn dik li konna nafu. Ma jkollniex\u00a0 b\u017conn aktar ta&#8217; dawk l-affarijiet li qabel kellna b\u017conn. Anke s-sess ta&#8217; ragel jew mara, li b\u0127alissa g\u0127andna, jispi\u010b\u010ba. A\u0127na nsiru bhall-An\u0121li \u2013 Spirti flimkien ma&#8217; Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><b>[pullquoteright]&#8221;B&#8217;ri\u0127 jew riefnu minn hawn irridu nsiefru!&#8221; Qawl Malti[\/pullquoteright] <\/b>Noqg\u0127odu attenti, mela, biex dak li Alla jipprovdilna, nu\u017cawh b&#8217;mod tajjeb u \u0121ust g\u0127alina w g\u0127al o\u0127rajn. Ftakru li meta, kif jg\u0127id qawl Malti, \u201cb&#8217;ri\u0127 jew riefnu minn hawn irridu nsiefru\u201d, mag\u0127na m\u2019a\u0127na ser nie\u0127du xejn. Jg\u0127oddu biss l-azzjonijiet li nkunu g\u0127amilna tul il-\u0127ajja li nkunu g\u0127ixna hawn fid-dinja.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u00a032 \u0126add ta\u2019 matul is-sena &#8211; Il-\u0120img\u0127a 8 ta\u2019 Novembru 2013 Il-laqg\u0127a infet\u0127et bil-kanzunetta\u00a0 \u2018Christ is enough for me\u2019.\u00a0 Il-messa\u0121\u0121 tag\u0127ha huwa \u010bar.\u00a0 Wara Fr. Charles qal kelmtejn qabel inqara <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2067,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2110"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2110"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2110\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2116,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2110\/revisions\/2116"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2067"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2110"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2110"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2110"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}