{"id":2134,"date":"2013-11-16T15:31:12","date_gmt":"2013-11-16T14:31:12","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/uncategorized-mt\/prayer-cafe-7-33-hadd-c-2"},"modified":"2013-11-16T18:12:03","modified_gmt":"2013-11-16T17:12:03","slug":"prayer-cafe-7-33-hadd-c","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-7-33-hadd-c\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e9 #7 (33 \u0126add \u010a)"},"content":{"rendered":"<p><strong>33 \u0126add ta\u2019 matul is-sena.<\/strong><\/p>\n<p><strong>Il-\u0120img\u0127a 15 ta\u2019 Novembru 2013<\/strong><\/p>\n<p>B\u0127al kull nhar ta\u2019 \u0120img\u0127a, Fr Charles Fenech feta\u0127 il-laqg\u0127a tal-prayer cafe\u2019 quddiem attendenza numeru\u017ca li wie\u0127ed ma jistax ma jinnotax li qed ti\u017cdied kull \u0121img\u0127a.\u00a0 Wara li nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej (Lq21,5-19), Fr. Charles g\u0127amel ir-riflessjoni tieg\u0127u fuq erba\u2019 punti prin\u010bipali.<\/p>\n<p align=\"center\"><strong><i>&#8230;\u201dg\u0127ad ji\u0121u \u0127afna f\u2019ismi u jg\u0127idu,<\/i><\/strong><\/p>\n<p align=\"center\"><strong><i>\u2018Jien hu\u2019 u, \u2018I\u017c-\u017cmien wasal\u2019.<\/i><\/strong><\/p>\n<p align=\"center\"><strong><i>Tmorrux warajhom!\u201d<\/i><i>\u00a0<\/i><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irridu niddistingwu bejn \u00a0a\u0127na <strong>fil-knisja u<\/strong> \u00a0a\u0127na <strong>tal-knisja <\/strong>pero\u2019 irridu nifhmu x\u2019inhi l-knisja u ma ni\u017cvijawx mit-tag\u0127lim ta\u2019 \u0120esu\u2019.\u00a0 \u0120esu\u2019 stess kien di\u0121a qed jipprofetizza li \u0127a jkun hemm minn jdawwarlu kliemu u ju\u017ca kliemu g\u0127all-iskopijiet tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>1. \u0120esu\u2019 jitkellem fuq it-tmiem tad-dinja.<\/strong>\u00a0 Dawn huma l-\u0127dud lejn l-a\u0127\u0127ar tas-sena litur\u0121ika; \u00a0il-\u0126add li \u0121ej u l-\u0126add ta\u2019 wara \u2013 l-24 ta\u2019\u00a0 Novembru ( festa ta\u2019 Kristu Re\u2019) li huwa l-a\u0127\u0127ar \u0126add tas-sena litur\u0121ika, imbag\u0127ad g\u0127andna ukoll fl-ewwel \u0127dud fil-bidu tal-avvent; fejn insibu li l-van\u0121eli jitkellmu fuq il-\u0127ajja ta\u017c-\u017cmien li \u0121ej.\u00a0 Van\u0121eli eskaloto\u0121i\u010bi fejn jitfg\u0127una lejn il-futur biex nag\u0127rfu li a\u0127na ma nistg\u0127ux niggranfaw mal-affarijiet ta\u2019 din id-dinja. \u00a0Lejn l-a\u0127\u0127ar tas-sena litur\u0121ika jrridu ni\u017cvojtaw kollox imma mhux bil-bi\u017ca\u2019.\u00a0 \u00a0G\u0127alhekk irridu nkunu ippreparati.\u00a0 \u0120esu\u2019 qalilna li \u0127a nkunu persegwitati, sa jkissruna, imma Hu qalilna biex ma nib\u017cg\u0127u xejn x\u2019sa ng\u0127idu u nag\u0127mlu. \u00a0L-Ispirtu sa jkun qed ja\u0127dem mag\u0127na u jilluminana u m\u2019a\u0127niex sa nintilfu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u2018Imma xag\u0127ra wa\u0127da minn raskom ma tintilifx.\u2019<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na irridu nindunaw li a\u0127na immirati lejn l-eternita\u2019.\u00a0<b>\u00a0<\/b><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>2. Il-litur\u0121ija tal-lum ukoll titkellem dwar il-jum<\/strong>. F\u2019partijiet o\u0127ra fil-Bibbja nsibu Jum il-Mulej, Jum Ja\u0127we\u0127 jew Jum i\u017c-\u017cjara.\u00a0 Dan huwa l-jum li fih sa niltaqg\u0127u wi\u010b\u010b imb\u2019wi\u010b\u010b m\u2019Alla. \u00a0Il-bniedem g\u0127andu \u0127abta li kif joqrob lejn l-a\u0127\u0127ar jum jew jisma\u2019 bl-a\u0127\u0127ar jum, forsi g\u0127ax sema\u2019 bil-mewt ta\u2019 xi \u0127add e\u010b\u010b, donnu tin\u0127oloq bi\u017ca\u2019 \u0121o fina.\u00a0 Is-sens tal-bi\u017ca\u2019 li tiddomina l-\u0127ajja tag\u0127na fuq din l-art rridu nne\u0127\u0127uha.\u00a0 A\u0127na wlied id-dawl, a\u0127na nipprietkaw id-dawl u t-tama. \u00a0Dan huwa passa\u0121\u0121.\u00a0 Inkunu konxji ta\u2019 dan il-passa\u0121\u0121 mhux bil-bi\u017ca\u2019 imma billi nippreparaw ru\u0127na sew.\u00a0 Il-fatt li nkunu konxji, inkunu qed in\u0127ejju ru\u0127na a\u0127jar g\u0127all-eternita\u2019.\u00a0 In\u017commu f\u2019mo\u0127\u0127na li a\u0127na immarkati g\u0127all-eternita\u2019.\u00a0 Ix-xahar ta\u2019 Novembru, huwa ix-xahar tal-\u0127ajjin u mhux tal-mejtin.\u00a0 Dan ix-xahar jibda bil-festa tal-\u0127ajja; bil-festa tal-qaddisin kollha. \u00a0G\u0127andna obbligu li nitolbu g\u0127al min g\u0127adda g\u0127all-eternita\u2019 ukoll.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">In\u0127arsu \u2018l quddiem b\u2019fer\u0127 u ottimizmu li a\u0127na m\u2019a\u0127niex g\u0127al hawn.\u00a0 Ma n\u0127arsux bid-dwejjaq g\u0127all-fatt li ng\u0127idu m\u2019a\u0127niex g\u0127al hawn.\u00a0 Dawn il-\u0126dud \u0120esu\u2019 sa jg\u0127idilna:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Itfah g\u0127ajnejk sew.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ara l-g\u0127a\u017cliet li qed tag\u0127mel.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qed tag\u0127ti xhieda Tieg\u0127i sew?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ma\u2019 xhiex qed tibni l-futur tieg\u0127ek?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-investiment tieg\u0127ek ma\u2019 xhiex qed tag\u0127mlu?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0127in tieg\u0127ek?\u00a0 L-iktar \u0127a\u0121a g\u0127a\u017ciza aktar mill-flus, qed tag\u0127ti \u0127in g\u0127aliha?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>3.<\/strong>\u00a0G\u0127al darb\u2019o\u0127ra, Fr Charles jirrepeti kemm hu mportanti li <strong>nag\u0127tu \u0127in lil Alla.<\/strong>\u00a0 U Alla imbag\u0127ad jag\u0127tik aktar \u0127in milli g\u0127andek b\u017conn.\u00a0 L-24 sieg\u0127a hekk sa jibg\u0127u &#8211; mhux \u0127a ji\u017cdiedu imma Alla\u00a0 jag\u0127tik aktar \u0127in; fil-mod ta\u2019 \u00a0kif ta\u0127dem, fil-mod ta\u2019 kif t\u0127ares, fil-mod ta\u2019 kif tirra\u0121una, fil-mod ta\u2019 kif t\u0127ares lejn problema u <i>tittekiljaha &#8230;..<\/i>\u00a0 kollox sa jkun differenti.\u00a0 Kultant problema tista\u2019 t\u0127arbatlek \u0121urnata jew \u00a0inkella ta\u0127li \u0127in fuq xi \u0127a\u0121a li tkun stajt g\u0127amiltha fi ftit minuti. <strong>Il-fatt li inti toffri \u0127in lill-Mulej jevitalek dawn l-affarijiet.\u00a0<\/strong> Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>4:\u00a0Xhieda.\u00a0<\/strong> \u0120esu\u2019 qal:<\/p>\n<p style=\"text-align: center;\" align=\"center\">\u2018Imma qabel dan kollu, jix\u0127tu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jag\u0127tukom f\u2019idejn is-sinagogi u jitfg\u0127ukom fil-\u0127abs, u je\u0127dukom quddiem slaten u gvernaturi min\u0127abba f\u2019ismi.\u00a0 Dan ikun jiswielkom biex tistg\u0127u tag\u0127tu xhieda.\u2019<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu hawnhekk qed jg\u0127idilna biex ma no\u0127olqux paniku.\u00a0 Jekk ikun hemm min jipprova jirridekulak g\u0127ax raddejt is-salib jew g\u0127edt xi kelma kif suppost kellek tg\u0127idha, ag\u0127mel kura\u0121\u0121.\u00a0 Dan jiswielkom biex tag\u0127tu xhieda.\u00a0 A\u0127na x-xhieda nag\u0127tuha mill-knisja \u2018l barra.\u00a0 A\u0127na g\u0127andna qawwa b\u0127ala insara g\u0127alhekk nu\u017cawha!\u00a0 Toqog\u0127dux ta\u0127sbu minn qabel kif \u0127a tiddefendu ru\u0127kom g\u0127ax \u0120esu stess qal:<\/p>\n<p style=\"text-align: center;\" align=\"center\">\u2018jien nag\u0127tikom diskors u g\u0127erf li kull min ikun kontra tag\u0127kom ma jkunx jista\u2019 jiqaflu jew imerih.\u2019<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tib\u017cg\u0127ux tikkonfrontawhom.\u00a0 Uru l-fidi tag\u0127kom mhux tag\u0127lqulhom il-bieb u twa\u0127\u0127lu l-<i>istiker<\/i> \u00a0mal-bieb.\u00a0 Pero\u2019 tridu tkunu ittrenjati.\u00a0 B\u0127al dak li sa jmur g\u0127all-maratona u jittrenja sew minn qabel.\u00a0 Fr Charles po\u0121\u0121ielna ftit mistoqsijiet quddiema biex inkunu nistg\u0127u nirriflettu fuq il-\u0127ajja tag\u0127na u na\u0127dmu g\u0127all-eternita\u2019.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Spiritwalment, a\u0127na qed nittrenjaw?\u00a0 Il-Bibbja? Huwa l-aktar ktieb \u0121did fid-dar tag\u0127na?\u00a0 Attenti g\u0127ax meta tift\u0127uh bis-serjeta\u2019 ma ter\u0121ax tag\u0127lqu.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a kompliet b\u2019aktar tag\u0127rif minn Fr Charles u diskussjonijiet minn nies esperti u <i>follow ups<\/i> tag\u0127hom minn \u0127afna nies li kienu pre\u017centi.\u00a0 Wie\u0127ed irid ji\u0121i biex jittrenja sew l-kelma t\u2019Alla.\u00a0 Mela narawkam g\u0127all-Prayer Cafe\u2019 ta\u2019 kull nhar ta\u2019 \u0120img\u0127a.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>33 \u0126add ta\u2019 matul is-sena. Il-\u0120img\u0127a 15 ta\u2019 Novembru 2013 B\u0127al kull nhar ta\u2019 \u0120img\u0127a, Fr Charles Fenech feta\u0127 il-laqg\u0127a tal-prayer cafe\u2019 quddiem attendenza numeru\u017ca li wie\u0127ed ma jistax ma <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2120,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2134"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2134"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2134\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2136,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2134\/revisions\/2136"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2120"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2134"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2134"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2134"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}