{"id":2163,"date":"2013-11-23T08:36:39","date_gmt":"2013-11-23T07:36:39","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=2163"},"modified":"2013-11-23T09:34:33","modified_gmt":"2013-11-23T08:34:33","slug":"prayer-cafe-8-kristu-sultan-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-8-kristu-sultan-2\/","title":{"rendered":"Prayer Caf\u00e9 #8 (Kristu Sultan)"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>l-A\u0127\u0127ar \u0126add ta\u2019 matul is-sena.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Il-\u0120img\u0127a 22 ta\u2019 Novembru 2013<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din il-\u0121img\u0127a fl-assenza ta\u2019 Fr Charles Fenech, Prayer Caf\u00e9 tmexxa mill-membri tal-Ker\u0177gma. Li \u0121ejjin huma xi \u0127sibijiet li nqassmu waqt il-laqg\u0127a wara li nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Illum il-van\u0121elu jirrakkonta parti mill-\u0121rajja ta\u2019 meta \u0120esu\u2019 kien imsallab mal-\u0127allelin. <strong>\u201cSalva o\u0127rajn; \u0127a jsalva lilu nnifsu jekk inhuwa l-Messija ta\u2019 Alla, il-midluk tieg\u0127u!\u201d<\/strong> qalu l-kapijiet. <strong>\u201cSalva lilek innifsek u lilna.\u201d<\/strong> Qal wie\u0127ed mill-\u0127alliel imsallab mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-setg\u0127a tieg\u0127u li jag\u0127ti s-salvazzjoni ma \u0127addimhiex favur tieg\u0127u nnifsu i\u017cda \u0127addimha g\u0127all-o\u0127rajn, u tahom l-aqwa salvazzjoni <strong>\u201cTassew, ng\u0127idlek, illum tkun mieg\u0127i fil-\u0120enna.\u201d<\/strong> Lil dawk li kkundannawh, wriehom kemm kien setg\u0127an billi ma mexiex mag\u0127hom bl-istess kejl: mhux biss ma kkundannahomx, imma \u0127afrilhom u sku\u017chom,<strong>\u201dMissier, a\u0127frilhom, g\u0127ax ma jafux x\u2019inhuma jag\u0127mlu.\u201d <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jiena \u010berta li ebda wie\u0127ed minna qatt, jew g\u0127ad qatt ma\u00a0jasal biex iwaqqa&#8217; lil \u0120esu\u2019 g\u0127a\u010b-\u010bajt b\u0127alma g\u0127amlu s-suldati u l-\u0127alliel il-\u0127a\u017cin. Imma ejjew na\u0127sbu ftit. Qatt ma sibna ru\u0127na nirrabjaw ma \u0120esu\u2019 g\u0127ax l-affarijiet ma jirrizultawx e\u017catt b\u0127alma nixtiequhom a\u0127na? Veru r-rabja tag\u0127na m&#8217;g\u0127andiex x\u2019taqsam mal-mod kif is-suldati \u0121abu ru\u0127hom ma&#8217; \u0120esu\u2019, imma xorta wa\u0127da ma nkunux qed nag\u0127tu lill Alla dik il-fidu\u010bja li jixraqlu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u201cTassew, ng\u0127idlek, illum tkun mieg\u0127i fil-\u0120enna.\u201d <\/strong>Din hija r-risposta li \u0120esu\u2019 ta lill-\u0127alliel it-tajjeb. Bl-istess mod se jittratta mag\u0127na jekk a\u0127na nag\u0127tu lil Alla l-\u0121ie\u0127 li jixraqlu u nemmnu li Alla dejjem hu vi\u010bin tag\u0127na anki f\u2019dawk l-okkazzjonijiet meta na\u0127sbu li hu il-bog\u0127od minna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kemm nies jipproponulna fatti, \u0121rajjiet, weg\u0127di, imma meta tifli sew tinduna li f\u2019dak li qed jing\u0127ad m\u2019hemmx il-\u0121id tieg\u0127i imma l-\u0121id personali tieg\u0127u mo\u0127bi wara l-weg\u0127da ta\u2019 pja\u010bir jew ie\u0127or.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, l-ideja li ma te\u017cisti l-ebda verita\u2019, i\u0121\u0121elg\u0127na nfasslu verita\u2019 g\u0127alina, ming\u0127ajr ma nikkunsultaw lil dak li ddeskriva lilu innifsu b\u0127ala l-Verita\u2019, nibdew na\u0127sbu li a\u0127na bi\u017c\u017cejjed g\u0127alina nfusna, li m\u2019g\u0127andix b\u017conn ta\u2019 Alla, li kif ng\u0127idu a\u0127na hu s-sewwa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">U g\u0127alhekk illum \u0120esu\u2019 qed jistedinna biex ma naqtg\u0127ux qalbna fi tfittxija tag\u0127na g\u0127all-verita\u2019. Meta nsibuha ma nib\u017cg\u0127ux nxandruha, ma nib\u017cg\u0127ux ng\u0127ixuha anke jekk dan jiswielna diffikultajiet u forsi kultant \u017ceblie\u0127. \u0120esu\u2019 illum ifakkarna wkoll fl-atte\u0121jament li g\u0127andu j\u0127addan min jinsab fil-verita\u2019\u00a0; atte\u0121ament qatt arroganti, qatt vjolenti.. Kienu \u0127afna dawk li fl-istorja \u0121\u0121ieldu g\u0127all-verita\u2019 ming\u0127ajr ma qatlu lil \u0127add, ming\u0127ajr ma baxxew lil min ja\u0127sibha differenti minnhom, ming\u0127ajr ma g\u0127amlu kru\u010bjati. Min jg\u0127ix fil-verita\u2019, jxandarha bla bi\u017ca, imma ming\u0127ajr g\u0127ajjat u storbju g\u0127ax jaf li x-xhieda tieg\u0127u tg\u0127ajjat we\u0127idha. Pittura sabi\u0127a ma tg\u0127ajjatx, imma bi sbu\u0127ija tag\u0127ha twaqqfek u tordnalek t\u0127ares lejha, tirb\u0127ek ming\u0127ajr vjolenza. Hekk ukoll il-bniedem veru, jirba\u0127 bix-xhieda tieg\u0127u. U lil min din ix-xhieda ma tg\u0127o\u0121bux jag\u0127mel minn kollox biex isikktu, i\u0127amm\u0121u&#8230; imma fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar it-tajjeb jirba\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din kienet l-esperjenza ta\u2019 \u0120esu\u2019. G\u0127ax kien il-Verita\u2019, b\u0127al \u0127aruf me\u0127ud g\u0127all-qatla spi\u010b\u010ba ma\u2019 salib. Imma la s-salib u anqas il-qabar ma siktu\u0127. Reba\u0127 il-mewt u illum qed ni\u010b\u010belebrawh b\u0127ala s-Sultan tal-\u0127olqien kollu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Naqsam ukoll parti minn omelija tal-Papa Fran\u0121isku dwar kif g\u0127andha tkun il-fidi. Hu kien qal: \u201cJiena nisrani \u201cbl-iskossi\u201d [illum mod u g\u0127ada mod ie\u0127or], jew jiena nisrani dejjem?\u00a0 Il-kultura tal-provi\u017corju, ta\u2019 dak li huwa relattiv tid\u0127ol ukoll fil-g\u0127ixien tal-fidi.\u00a0 Alla jitlob minna li nkunu fidili mieg\u0127u, kuljum, fl-azzjonijiet ta\u2019 kuljum u j\u017cid li ukoll meta xi drabi ma nkunux fidili lejH, Huwa dejjem jibqa\u2019 fidil f\u2019kelmtu u bil-\u0127niena tieg\u0127u ma jg\u0127ejja qatt inewwlilna idejh biex jg\u0127inna, biex jinkura\u0121\u0121ina \u0127alli ner\u0121g\u0127u naqbdu t-triq, ner\u0121g\u0127u lura g\u0127andu u nkellmuH fuq in-nuqqas ta\u2019 \u0127ila tag\u0127na sabiex jag\u0127tina l-qawwa tieg\u0127u.\u00a0 U din hija t-triq definittiva: dejjem mal-Mulej, fid-dg\u0127ufijiet tag\u0127na wkoll, ukoll fi dnubietna.\u00a0 Ma mmorru qatt fuq it-triq tal-provi\u017corju.\u00a0 Dan joqtolna.\u00a0 Il-fidi hija fedelta\u2019 g\u0127al dejjem, b\u0127al dik ta\u2019 Marija.\u201d<\/p>\n<p><b>\u00a0<\/b><\/p>\n<p><strong>Saret ukoll riflessjoni fuq Kristu b\u0127ala r-re tar-rejiet:<\/strong><\/p>\n<ul>\n<li>Kemm qed in\u0127alluh lil Kristu jsaltan fil-\u0127ajja tag\u0127na?<\/li>\n<li>Kemm inqisuh b\u0127ala Sultan?<\/li>\n<li>Lis-sultan irridu naqduh, irridu nonorawh, irridu nobduh.<\/li>\n<li>Kristu huwa r-re tar-rejiet, saltnatu m&#8217;g\u0127andhiex tmiem.<\/li>\n<li>Kristu hu Sultan li obda, li \u0127afer, li \u0127abb sal-a\u0127\u0127ar nifs fuq is-salib. \u0120esu s-Sultan, il-Mulej Alla mag\u0127mul bniedem, jilbes fardal, g\u0127arkupptejh, ja\u0127sel ri\u0121lejn il-bniedem.<\/li>\n<li>Kemm a\u0127na lesti nimxu wara sultan hekk kbir minkejja l-umiljazzjoni, it-tbatija, il-mi\u017cerja li taf t\u0127abbatna mag\u0127hom il-\u0127ajja?<\/li>\n<li>Meta KRISTU jkun qed isaltan verament f\u2019\u0127ajjitna hemmhekk inkunu lesti li nag\u0127dru, na\u0127fru u nissaportu.<\/li>\n<\/ul>\n<p>&nbsp;<\/p>\n\n\t\t<style type=\"text\/css\">\n\t\t\t#gallery-2 {\n\t\t\t\tmargin: auto;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 .gallery-item {\n\t\t\t\tfloat: left;\n\t\t\t\tmargin-top: 10px;\n\t\t\t\ttext-align: center;\n\t\t\t\twidth: 33%;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 img {\n\t\t\t\tborder: 2px solid #cfcfcf;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 .gallery-caption {\n\t\t\t\tmargin-left: 0;\n\t\t\t}\n\t\t\t\/* see gallery_shortcode() in wp-includes\/media.php *\/\n\t\t<\/style>\n\t\t<div id='gallery-2' class='gallery galleryid-2163 gallery-columns-3 gallery-size-thumbnail'><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/IMG_2218.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/IMG_2218-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-2166\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/IMG_2218-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/IMG_2218-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-2166'>\n\t\t\t\tPrayer Caf\u00e9 &#8211; 23rd November 2013\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/PC.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/PC-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-2168\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/PC-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/PC-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-2168'>\n\t\t\t\tPrayer Caf\u00e9 &#8211; 23rd November 2013\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/IMG_2224.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/IMG_2224-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-2167\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/IMG_2224-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/11\/IMG_2224-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-2167'>\n\t\t\t\tPrayer Caf\u00e9 &#8211; 23rd November 2013\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><br style=\"clear: both\" \/>\n\t\t<\/div>\n\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>l-A\u0127\u0127ar \u0126add ta\u2019 matul is-sena. Il-\u0120img\u0127a 22 ta\u2019 Novembru 2013 Din il-\u0121img\u0127a fl-assenza ta\u2019 Fr Charles Fenech, Prayer Caf\u00e9 tmexxa mill-membri tal-Ker\u0177gma. Li \u0121ejjin huma xi \u0127sibijiet li nqassmu waqt <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2159,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2163"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2163"}],"version-history":[{"count":6,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2163\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2179,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2163\/revisions\/2179"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2159"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2163"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2163"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2163"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}