{"id":2615,"date":"2014-01-31T22:48:53","date_gmt":"2014-01-31T21:48:53","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=2615"},"modified":"2014-02-02T11:27:17","modified_gmt":"2014-02-02T10:27:17","slug":"bernard-borg-jirbah-il-premju-zaghzugh-tas-sena-2013","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/bernard-borg-jirbah-il-premju-zaghzugh-tas-sena-2013\/","title":{"rendered":"Bernard Borg jirba\u0127 il-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena 2013"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena 2013 organizzat mill-Moviment Ker\u0177gma din is-sena intreba\u0127 mi\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Bernard Borg.\u00a0 Ir-rebbie\u0127 tal-premju, li huwa sponsorjat minn APS Bank, \u0121ie m\u0127abbar mid-Direttur \u0120enerali tal-Moviment Ker\u0177gma, Fr. Charles Fenech OP.\u00a0 Rikonoxximent Spe\u010bjali ng\u0127ata wkoll lil Christopher Barbara minn Santa Lucija g\u0127ax xog\u0127ol volontarju li jag\u0127mel biex itejjeb il-\u0127ajja tan-nies bid-dijabete.<\/p>\n<p><iframe loading=\"lazy\" src=\"\/\/www.youtube.com\/embed\/qrOlivWuwcY\" height=\"390\" width=\"640\" allowfullscreen=\"\" frameborder=\"0\"><\/iframe><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-pre\u017centazzjoni tat-trofew saret mill-E\u010b\u010bellen\u017ca Tieg\u0127u Dr George Abela, President ta\u2019 Malta fi tmien ta\u2019 quddiesa li saret fil-Knisja ta\u2019 San Duminku r-Rabat il-\u0120img\u0127a, 31 ta\u2019 Jannar 2014.\u00a0 Pre\u017centi wkoll g\u0127al din i\u010b-\u010berimonja kien hemm in-Nutar Joseph Abela, \u010aermen<i> <\/i>tal-Bord tal-G\u0127a\u017cla, il-Prof. Emanuel P. Delia, \u010aermen tal-APS Bank u Mrs Tania Borg, Presidenta tal-Moviment Ker\u0177gma apparti mistednin o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Bernard Borg huwa student universitarju ta\u2019 25 sena minn Birkirkara.\u00a0 Bernard ilu snin involut fil-qasam taL-volontarjat u g\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar 7 snin kien f\u2019kuntatt u \u0127idma kontinwa mas-sorijiet ta\u2019 Madre Teresa f\u2019Malta.\u00a0 Infatti, huwa g\u0127ex diversi esperjenzi mas-sorijiet.\u00a0 Din is-sena, Bernard iddiskuta mar-\u201cRegional\u201d u s-\u201cSuperjura\u201d tas-sorijiet ta\u2019 Madre Teresa biex jitwaqqaf Grupp ta\u2019 Co-Workers f\u2019Malta.\u00a0 Co-workers huwa grupp li waqfet Madre Teresa stess fejn isejja\u0127 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 biex jid\u0127lu f\u2019impenn ta\u2019 \u0127ajja mill-qrib tas-sorijiet.\u00a0 Di\u0121\u00e0 hemm numru sabi\u0127 ta&#8217; \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li ng\u0127aqdu ma&#8217; dan il-grupp u b\u2019din l-inizjattiva ta\u2019 Bernard i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 vountiera Maltin jistg\u0127u jgawdu mill-qrib l-esperjenza spiritwali mas-sorijiet ta\u2019 Madre Teresa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Bernard \u0127a inizzjattiva o\u0127ra u re\u0121a ta l-\u0127ajja lil grupp li kien ta&#8217; kull xahar ittella&#8217; serata ta&#8217; divertiment g\u0127all-familji u anzjani li mag\u0127hom ja\u0127dmu s-sorijiet ta\u2019 Madre Teresa.\u00a0 Permezz ta\u2019 dawn l-attivitajiet so\u010bjali nies fil-komunit\u00e0 qed ikollhom \u0127in ta\u2019 divertiment ma\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 voluntiera u b\u2019hekk tin\u0127oloq atmosfera ta\u2019 \u0127biberija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Esperjenza o\u0127ra ta\u2019 Bernard hija Viva s-Sajf tat-Tfal fejn g\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar 5 snin flimkien ma&#8217; grupp ta\u2019 voluntiera o\u0127ra organizzaw g\u0127al \u0127ames \u0121img\u0127at Skola Sajf g\u0127at-tfal li ja\u0127dmu mag\u0127hom s-sorijiet ta\u2019 Madre Teresa.\u00a0 Matul dawn il-\u0127ames \u0121img\u0127at il-voluntiera jg\u0127ixu f\u2019dar tas-sorijiet, fejn jippreparw l-attivitajiet g\u0127at-tfal, jinbnew b\u0127ala komunit\u00e0; u jikbru fl-ispiritwalit\u00e0 tas-sorijiet b\u2019\u0127in ta\u2019 talb, quddiesa u adorazzjoni kuljum.\u00a0 Din is-sena, Bernard kien personalment responsabbli g\u0127al din l-attivit\u00e0 fejn flimkien ma&#8217; \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 o\u0127ra organizzaw numru ta\u2019 attivitajiet ta&#8217; fundraising, pjanar ta&#8217; trasport, lo\u0121isti\u010bi tal-iskola, ikel g\u0127at-tfal u \u0127afna affarijiet o\u0127ra ta&#8217; preparamenti li te\u0127tie\u0121 attivit\u00e0 b\u0127al din.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019dan l-istess sajf, Bernard mar ukoll l-Ethiopia fejn g\u0127al 5 \u0121img\u0127at \u0127adem mas-sorijiet ta\u2019 Madre Teresa u organizzazzjonijiet o\u0127ra u b\u2019hekk kompla jibni l-esperjenzi li g\u0127ex Malta mal-istess sorijiet.\u00a0 Waqt li kien fl-Ethiopia huwa kien jg\u0127in fil-Home of the Dying u f\u2019attivitajiet mat-tfal orfni, jqassam ikel lil foqra, fi sptar tas-sorijiet, fi skola Sajf tat-tfal, u xog\u0127ol ta\u2019 manutenzjoni kemm fl-isptar kif ukoll fl-iskola.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din is-sena g\u0127amel ukoll diversi esperjenzi f\u2019\u0127idma kontinwa g\u0127al \u0127addie\u0127or.\u00a0 Daqs sena ilu ng\u0127aqad mall-grupp S.T.A.N.D. (Striving Towards Ability Not Disability).\u00a0 Dan il-grupp jag\u0127ti lil \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 b\u2019di\u017cabilit\u00e0 opportunit\u00e0 ta\u2019 esperjenza so\u010bjali u spiritwali fil-komunit\u00e0.\u00a0 Bernard \u0127adem b&#8217;\u0127afna inizjattiva u ener\u0121ija u integra mill-ewwel mal-membri ta\u2019 dan il-grupp, kemm persuni b\u2019di\u017cabilt\u00e0, \u0121enituri kif ukoll helpers.\u00a0 Hu \u0121ie nnominat u elett mill-membri tal-grupp biex ikun parti mill-e\u017cekuttiv fejn r-rwol tieg\u0127u hu ta&#8217; <i>fundraising activities organiser<\/i>.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Bernard qed jistudja Social Work fl-Universit\u00e0 u kien jag\u0127mel parti mill-organizzazzjoni universitarja Studenti \u0126arsien So\u010bjali li qeg\u0127da fi \u0127dan l-istess kors tieg\u0127u.\u00a0 Fil-pre\u017cent Bernard huwa wkoll f\u2019esperjenza fil-Marsa Open Centre.\u00a0 Bernard jie\u0127u \u0127afna inizjattiva u l-\u0127idma ntensa tieg\u0127u hija fis-skiet u tkun dejjem g\u0127all-\u0121id ta\u2019 \u0127addiehor.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 nominati g\u0127al dan il-Premju kienu: Antonella Bajada mill-Munxar, Christopher Barbara minn Sta. Lucia, Bernard Borg minn Birkirkara, Rebecca Cini minn \u0126al-Balzan, Louis Cutajar mill-Fgura, Amanda Galea minn St Venera, Matthew Gellel mill-Birgu, Ryan Magro mill-Qrendi, Joseph Mizzi mill-Gharb, Elisa Saliba Saliba mill-Floriana u Saralina Savo mill-Pieta&#8217;.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan it-trofew jing\u0127ata kull sena f\u2019\u0121ie\u0127 il-mejjet Dr Rudolph Saliba li kien l-ewwel president tal-Moviment Ker\u0177gma.\u00a0 Il-President Abela, fera\u0127 lil dan i\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 u lin-nominati l-o\u0127ra u emfa\u017ci\u017c\u017ca kif dan ix-xog\u0127ol voluntarju mhux biss ma gerfxilhomx l-istudji u x-xog\u0127ol tag\u0127hom i\u017cda fil-fatt kabbrilhom il-karattru tag\u0127hom.\u00a0 Huwa qal li numru minnhom u\u017caw il-\u0127in u l-\u0127ilijiet tag\u0127hom mhux biss biex jg\u0127inu lil familji u \u0127bieb tag\u0127hom lokalment i\u017cda wessg\u0127u \u010b-\u010birku tal-g\u0127ijnuna tag\u0127hom l-hinn minn pajji\u017cna ming\u0127ajr ebda pre\u0121udizzji.\u00a0 Dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 komplew juru kemm il-poplu Malti hu poplu \u0121eneru\u017c.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qabel i\u010b-\u010berimonja tal-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena ing\u0127ata wkoll \u010aertifikat ta&#8217; Mertu mill-President ta&#8217; Malta lil Gianluca Bezzina g\u0127al xhieda li ta lis-so\u010bjet\u00e0 u lid-dinja ta&#8217; \u017cg\u0127o\u017cija nisranija mibnija fuq valuri.<\/p>\n\n\t\t<style type=\"text\/css\">\n\t\t\t#gallery-2 {\n\t\t\t\tmargin: auto;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 .gallery-item {\n\t\t\t\tfloat: left;\n\t\t\t\tmargin-top: 10px;\n\t\t\t\ttext-align: center;\n\t\t\t\twidth: 50%;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 img {\n\t\t\t\tborder: 2px solid #cfcfcf;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 .gallery-caption {\n\t\t\t\tmargin-left: 0;\n\t\t\t}\n\t\t\t\/* see gallery_shortcode() in wp-includes\/media.php *\/\n\t\t<\/style>\n\t\t<div id='gallery-2' class='gallery galleryid-2615 gallery-columns-2 gallery-size-thumbnail'><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5584a-6x4.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5584a-6x4-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-2612\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5584a-6x4-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5584a-6x4-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-2612'>\n\t\t\t\tPremju \u017bg\u0127a\u017cug\u0127 tas-Sena 2013: 31\/01\/2014: Bernard Borg awardedthe Youth of the Year 2013\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5570a-6x4.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5570a-6x4-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-2611\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5570a-6x4-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5570a-6x4-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-2611'>\n\t\t\t\tPremju \u017bg\u0127a\u017cug\u0127 tas-Sena 2013  &#8211; 31\/01\/2014: Bernard Borg receiving the trophy from the President  of Malta.\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><br style=\"clear: both\" \/><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon portrait'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5596a-6x4.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5596a-6x4-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-2610\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5596a-6x4-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5596a-6x4-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-2610'>\n\t\t\t\tPremju \u017bg\u0127a\u017cug\u0127 tas-Sena 2013 &#8211;   31\/01\/2014: Bernard Borg awarded the Youth of the Year 2013\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5591a-6x4.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5591a-6x4-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-2609\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5591a-6x4-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/01\/DSC_5591a-6x4-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-2609'>\n\t\t\t\tPremju \u017bg\u0127a\u017cug\u0127 tas-Sena 2013:  31\/01\/2014: All nominees together with the Presidentand Fr Charles Fenech OP\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><br style=\"clear: both\" \/>\n\t\t<\/div>\n\n<p>Ritratti: Robert Soler<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena 2013 organizzat mill-Moviment Ker\u0177gma din is-sena intreba\u0127 mi\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127 Bernard Borg.\u00a0 Ir-rebbie\u0127 tal-premju, li huwa sponsorjat minn APS Bank, \u0121ie m\u0127abbar mid-Direttur \u0120enerali tal-Moviment Ker\u0177gma, Fr. Charles Fenech <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2611,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"gallery","meta":{"footnotes":""},"categories":[36,40],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2615"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2615"}],"version-history":[{"count":7,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2615\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2626,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2615\/revisions\/2626"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2611"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2615"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2615"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2615"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}