{"id":2657,"date":"2014-02-15T10:40:07","date_gmt":"2014-02-15T09:40:07","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=2657"},"modified":"2014-02-15T10:50:25","modified_gmt":"2014-02-15T09:50:25","slug":"inkunu-nsara-li-nahdmu-prayer-cafe-14-ta-frar-2014","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/inkunu-nsara-li-nahdmu-prayer-cafe-14-ta-frar-2014\/","title":{"rendered":"Inkunu Nsara li na\u0127dmu &#8211; Prayer Caf\u00e9:  14 ta\u2019 Frar 2014"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: center;\"><strong>PRAYER CAF\u00c9 <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: center;\"><strong>14 02 2014<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u2018Dan il-van\u0121elu hu wa\u0127da mis-siltiet li t\u0127allik bla nifs\u2019, beda Fr Charles Fenech \u00a0il- laqg\u0127a PRAYER CAFE . \u00a0Forsi xi w\u0127ud wara li\u00a0 jaqraw din is-silta jg\u0127idu li \u0120esu qieg\u0127ed isib ix-xag\u0127ra fl-g\u0127a\u0121ina . A\u0127na wkoll nistg\u0127u nsibu lilna nfusna ng\u0127idu b\u0127ad-dixxipli stess \u201cMela min se jsalva?\u201d jew forsi hemm min jg\u0127id \u201cMela \u0120esu \u0127asibna tax-xemg\u0127a?\u201d \u00a0I\u017cda meta wie\u0127ed jqalleb il-Bibbja jsib li din is-silta tinstab ezatt wara il-famu\u017c passa\u0121\u0121 tad-Diskors tal-Muntanja, fejn \u0120esu jg\u0127idilna \u201cInti hieni jekk tag\u0127mel &#8230;&#8230;\u201d Hawn \u0120esu tana l-a\u0127bar it-tajba li Alla jrid jag\u0127tina l-hena tal-qalb. L-a\u0127bar it-tajba ti\u0121i qabel il-kmandamenti.\u00a0 Fis-silta tal-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add jurina li \u0120esu ried ine\u017c\u017ca kompletament l-ipokrezija tal-Kittieba u tal-Farizej ;dawn mhux biss kienu mexxejja reli\u0121ju\u017ci i\u017cda\u00a0 kienu wkoll mexxejja politi\u010bi u so\u010bjali tal-Lhud. Dawn barra li jsegwu l-kmandamenti kellhom \u2018l fuq minn 625 -il-li\u0121i li kienu jitg\u0127allmu bl-amment u kienu wkoll isegwuhom bir-retta. Wa\u0127da minn dawn il-li\u0121ijiet kienet li bil-kitba tad-divorzju ra\u0121el setg\u0127a jke\u010b\u010bi lil mara \u2018l barra jekk ma ssajjarx tajjeb. Imma \u0120esu qalilhom \u201cImma jien ng\u0127idilkom li kull min jibg\u0127at \u2018il martu, &#8230;iwaqqag\u0127ha fl-adulterju..\u201d(Mt 5:32) Mela \u0120esu ma \u0121iex biex iwaqqa l-Li\u0121i \u201cimma biex inwassalhom g\u0127all-perfezzjoni.\u201d(Mt 5:17)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-mixja tal-fidi tag\u0127na rridu ng\u0127arfu nqumu wara l-waqg\u0127at tag\u0127na, irridu nin\u017cabbru, kompla Fr Charles Fenech.\u00a0 Importanti li naraw l-\u0127ajja bin-nu\u010b\u010bali ta\u2019 \u0120esu u bih naraw stampa differenti minn dik li \u00a0trid turina d-dinja. Din hi l-problema tag\u0127na llum \u2013 llum g\u0127adu kif g\u0127adda vot fil-parlament Bel\u0121jan li t-tfal ta\u2019 kull eta f\u2019kas ta\u2019 mard g\u0127andhom <i>id-dritt<\/i> li jitolbu l-ewtanasja! Dan jurina li veru missejna l-qieg\u0127. Alla biss huwa l-awtur tal-\u0127ajja. Irridu ng\u0127arfu nimxu kontra l-kurrent.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Frazi li tolqot lil Fr Charles f\u2019dan il-van\u0121elu hi \u201cjekk tkun qieg\u0127ed ittella\u2019 l-offerta tieg\u0127ek fuq l-altar u hemm tiftakar li \u0127uk g\u0127andu xi \u0127a\u0121a kontra tieg\u0127ek, itlaq l-offerta &#8230;u mur irran\u0121a ma \u0127uk, u mbag\u0127ad ejja tella\u2019 l-offerta tieg\u0127ek.\u201d Mela a\u0127na obbligati li g\u0127alkemm it-tort ikun ta\u2019 \u0127addie\u0127or xorta rridu nipprovaw nirran\u0121aw is-sitwazzjoni. Irridu nie\u0127du azzjoni. Ma nistg\u0127ux nu\u017caw ir-reli\u0121jon qisha lasstiku. B\u0127al fil-kaz tar-Referendum tad-divorzju f\u2019Malta, kien hemm min irra\u0121una li g\u0127alkemm ma jaqbilx mieg\u0127u ivvota \u2018iva\u2019 forsi jkollhom b\u017connu uliedhom fil-futur!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irridu nkunu kapa\u010bi nikkontrollaw lilna nfusna. Irridu nkunu nsara li na\u0127dmu mhux nsara li nisimg\u0127u biss. Hi x\u2019inhi l-eta u l-pozizzjoni tag\u0127na fis-so\u010bjeta irridu ng\u0127arfu nit\u0127e\u0121\u0121u fil-\u0127idma g\u0127al Mulej.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a tkompliet b\u2019diskussjoni minn dawk prezenti. Xi punti li \u0127ar\u0121u waqt id-diskussjoni kienu: \u201cJekk qalbna timtela bi vjolenza, minnha vjolenza to\u0127ro\u0121, jekk timtela b\u2019nuqqas ta\u2019 safa, nuqqas ta\u2019 safa tarmi. G\u0127alhekk \u00a0\u0120esu jg\u0127idilna biex n\u0127arsu g\u0127ajnejna u idejna&#8230; llum Gesu jikxfilna l-maskla. Maskla li \u0127afna drabi turi l-mod immatur li bih ng\u0127ixu r-reli\u0121jon tag\u0127na. Mod ta&#8217; reli\u0121jon li fih a\u0127na biss spettaturi&#8230;.g\u0127alhekk \u0120esu \u0121ie biex jenfasizza g\u0127ajxien s\u0127i\u0127 tal-kmandamenti&#8230;.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-\u0127ajja tag\u0127na qeg\u0127din na\u0121ixxu? Lesti li naffrontaw il-problemi tal-\u0127ajja? JEW se nibqg\u0127u qisna rix, nimxu mal-kurrent, bla fibra, bla rieda soda, g\u0127ax hekk hi l-moda, bla ma nafu kif nieqfu fuq saqajna u nie\u0127du de\u010bi\u017cjonijiet tajba?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Avvizi:<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/ai1ec_event\/hu-lill-gesu-fid-dghajsa-tieghek-ezercizzi-tar-randan-2014?instance_id=2358\">E\u017bER\u010aIZZI<\/a><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0Se jsiru e\u017cer\u010bizzi\u00a0 bejn it-Tnejn 10 ta\u2019 Marzu sal-\u0120img\u0127a 14 ta\u2019 Marzu fi\u010b-\u010bentru Kulturali Kerygma. Dik tal-\u0120img\u0127a 14 ta\u2019 Marzu issir \u0121ewwa s-Seminarju. Jibdew fis-7.00pm sharp u billi se jkunu tra\u017cmessi live fuq Radju Marija kul\u0127add irid ikun bilqeg\u0127da f\u2019postu sas-6.50pm meta jing\u0127alaq il-bieb u \u0127add i\u017cjed ma jkun jista\u2019 jid\u0127ol.\u00a0<strong><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/ai1ec_event\/hu-lill-gesu-fid-dghajsa-tieghek-ezercizzi-tar-randan-2014?instance_id=2358\">G\u0127al Aktar Informazzjoni Ag\u0127fas Hawn!<\/a><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Weekend\u00a0<strong><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/ai1ec_event\/irtir-randan-2014?instance_id=2179\">IRTIR G\u0126ALL FAMILJA<\/a><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Esperjenza \u0120esu li ser issir bejn il-\u0120img\u0127a 14\u00a0 u l-\u0126add 16 ta\u2019 Marzu 2014 fis-Seminarju Tal-Virtu r-Rabat.\u00a0<strong><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/ai1ec_event\/irtir-randan-2014?instance_id=2179\">G\u0127al Aktar Informazzjoni Ag\u0127fas Hawn!<\/a><\/strong><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>PRAYER CAF\u00c9 14 02 2014 \u2018Dan il-van\u0121elu hu wa\u0127da mis-siltiet li t\u0127allik bla nifs\u2019, beda Fr Charles Fenech \u00a0il- laqg\u0127a PRAYER CAFE . \u00a0Forsi xi w\u0127ud wara li\u00a0 jaqraw din <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2555,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[34],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2657"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2657"}],"version-history":[{"count":8,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2657\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2676,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2657\/revisions\/2676"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2555"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2657"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2657"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2657"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}