{"id":2684,"date":"2014-02-22T21:54:15","date_gmt":"2014-02-22T20:54:15","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=2684"},"modified":"2014-02-22T21:58:33","modified_gmt":"2014-02-22T20:58:33","slug":"hobbu-l-ghedewwa-taghkom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/hobbu-l-ghedewwa-taghkom\/","title":{"rendered":"\u0126obbu \u2018l-G\u0127edewwa tag\u0127kom &#8211; Prayer Caf\u00e9: 21 ta\u2019 Frar 2014"},"content":{"rendered":"<p>Fr. Charles tenna mal-ewwel \u00a0li dan il-van\u0121elu jkompli ma\u2019 dak tal-\u0126add li g\u0127adda wara s-silta tad-diskors tal-muntanji. issa nsibu il-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej li huwa van\u0121elu iehor li jitlob\u00a0 \u0127afna perseveranza li nifhmuh u ng\u0127ixuh u \u00a0jitlob ukoll \u0127afna fidi.\u00a0 G\u0127aliex \u0120esu\u2019 mhux qed jitlob il-fa\u010bli u l-fidi\u00a0 kultant tmur kontra\u00a0 n-natura tal-bniedem.<\/p>\n<p><span style=\"text-decoration: underline;\">\u0126arsa lejn il-li\u0121i Lhudija biex tg\u0127inna nifhmu l-Van\u0121elu.<\/span><\/p>\n<p>Fl-istorja \u0121eopolitika tal-Lhud tixhed dan il-van\u0121elu u naraw li g\u0127adhom hekk sal-lum .<\/p>\n<p>\u2018G\u0127ajn b\u2019g\u0127ajn u sinna b\u2019sinna\u2019 &#8211; il-li\u0121i tat- tpattija,\u00a0 fejn min jir\u010bievi l-\u0127sara g\u0127andu d-dritt le\u0121ali tal-vendetta minkejja li\u0121ijiet internazzjonali.\u00a0 Fil-\u0121lied bejn il-Lhud u l-Palestinjani wie\u0127ed jinnota li qishom qatt ma\u2019 jag\u0127mlu pass \u2019il quddiem u dan min\u0127abba l-li\u0121ijiet tar-reli\u0121jon tag\u0127hom.\u00a0 Il-Li\u0121i Lhudija tg\u0127id hekk <strong>\u2018\u0126obb lill-proxxmu tieg\u0127ek u obg\u0127od lill-g\u0127adu tieg\u0127ek\u2019<\/strong> u din il-mentalita g\u0127adha qawwija sal-lum.\u00a0 Infatti Fr .Charles sostna dan billi semma \u0121rajja li se\u0127\u0127et madwar 20 sena ilu\u00a0 fejn fl-Istitut Bibliku tad-Dumnikani f\u2019Jerusalem, <em>L<\/em>&#8216;<em>Ecole <\/em><em>B<\/em><em>iblique<\/em><em>, <\/em>kien hemm partri li waqt li kien qed isuq tajjar tifel.\u00a0 It-tifel ittie\u0127ed l-Isptar u wara ftit miet.\u00a0 Il-Li\u0121i tal-Lhud kienet tag\u0127ti lil missier jew l-omm ta\u2019 dan it-tifel li joqtol il-patri. \u00a0Imbag\u0127ad intla\u0127aq ftehim b\u2019\u010bifra g\u0127olja ta\u2019 flus biex ipattu g\u0127ad-danni li kien sar.\u00a0 Pero\u2019 xorta,\u00a0 minkejja li \u0127allsu l-flus, din il-familja, legalment ma \u0127elsithomx &lt;li dak il-missier seta\u2019 jin\u0127eles milli jqum bil-lejl u jg\u0127id Fr X qatilli t-tifel mela jien sa noqtlu. &gt;<\/p>\n<p>Huwa dan li qed jg\u0127id \u0120esu\u2019 fejn il-li\u0121i ipperfezjonaha billi qalibha ta\u2019 ta\u0127t fuq.<\/p>\n<p align=\"center\"><strong>\u2018\u0126obbu lill-eg\u0127dewwa tag\u0127kom u itolbu g\u0127al dawk li jipperseqwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom.\u2019<\/strong>\u00a0 \u0120esu\u2019 qed jenfazizza messa\u0121\u0121.<\/p>\n<p>I\u017cda hawnhekk Fr. Charles staqsa, \u2018Allura \u0120esu\u2019 jridna b\u0127a\u0127en?\u2019\u00a0 Wie\u0127ed ma jridx jinsa li \u0120esu\u2019 stess i\u0121\u0121ieled g\u0127all-\u0121ustizzja,\u00a0 ji\u0121ifieri \u0120esu\u2019 ma jridnix b\u0127ahen.\u00a0 Meta tista\u2019 tpatti \u2018l-g\u0127adu tieg\u0127ek bl-im\u0127abba ag\u0127mlu \u0127alli tkun minn fuq int.\u00a0 E\u017cempju li \u0121ab Fr. Charles huwa, toqg\u0127odx tistenna li jibag\u0127tulek Kartolina tal-Milied biex imbag\u0127ad tibg\u0127at wa\u0127da int. Le ibg\u0127at int l-ewwel \u0127alli tkun dejjem int minn fuq.\u00a0 \u2018G\u0127ax jekk intom t\u0127obbu lil min i\u0127obbkom, xi \u0127las jist\u0127oqqilkom?\u00a0 Mhux il-publikani wkoll jag\u0127mluh dan.\u2019\u00a0 Jekk xi \u0127add fil-familja l-anqas biss jiftakar g\u0127eluq sninek,\u00a0 meta tasallek l-okkazzjoni tg\u0127idx , issa inpattihielu,.\u00a0 Tkun fer\u0127an meta inti tag\u0127mel l-azzjoni.\u00a0 Dan huwa il-punt li qed jg\u0127id \u0120esu\u2019. \u2018..u itolbu g\u0127al dawk li jippersegwitawkom..\u2019 MHUX FA\u010aLI imma hija importanti li ng\u0127ixu l-van\u0121elu.\u00a0 \u0126a naqg\u0127u, \u0127a ni\u017colqu,\u00a0 imma \u00a0dejjem g\u0127andna \u00a0nqumu u nimxu \u2018l quddiem.<\/p>\n<p>Din hija l-\u0121lieda mag\u0127na nfusna.\u00a0 Fr Charles beda u spi\u010b\u010ba billi qal mhux van\u0121elu fa\u010bli imma mhux impossibli li ng\u0127ixuh.<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a kompliet b\u2019aktar tag\u0127rif, mistoqsijiet u twe\u0121ibiet minn Fr. Charles.\u00a0 U b\u2019dan intemm dan il-blog post tieg\u0127i billi in\u0127e\u0121\u0121i\u0121kom li ti\u0121u u tisimg\u0127u intom dan u \u0127afna aktar.\u00a0 Mhux fa\u010bli imma mhux impossibli!<\/p>\n<p style=\"text-align: right;\"><em>\u00a0<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: right;\"><em>BlogPost minn Joanna Ciantar<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fr. Charles tenna mal-ewwel \u00a0li dan il-van\u0121elu jkompli ma\u2019 dak tal-\u0126add li g\u0127adda wara s-silta tad-diskors tal-muntanji. issa nsibu il-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej li huwa van\u0121elu iehor li jitlob\u00a0 \u0127afna <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2688,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[34],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2684"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2684"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2684\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2690,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2684\/revisions\/2690"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2688"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2684"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2684"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2684"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}