{"id":2711,"date":"2014-03-01T18:05:11","date_gmt":"2014-03-01T17:05:11","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=2711"},"modified":"2014-03-01T18:09:13","modified_gmt":"2014-03-01T17:09:13","slug":"inpoggu-lill-alla-fl-ewwel-post-prayer-cafe-28-ta-frar-2014","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/inpoggu-lill-alla-fl-ewwel-post-prayer-cafe-28-ta-frar-2014\/","title":{"rendered":"Inpo\u0121\u0121u lill-Alla fl-ewwel Post? \u2013 Prayer Caf\u00e9: 28 ta\u2019 Frar 2014"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 It-tema tal-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej ja\u0127raq b\u0127al tal-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra, beda l-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e9, Fr Charles Fenech, nhar il-\u0121img\u0127a 28 ta\u2019 Frar. \u0120esu ma joqg\u0127odx idur mal-lew\u017ca b\u0127alna jew b\u0127al politi\u010bi. Fil-\u0127ajja tan-nisrani jid\u0127lu \u0127afna \u0127wejje\u0121: flus, ikel, ilbies, familja, xog\u0127ol u o\u0127rajn. Dawn huma kollha valuri i\u017cda \u0120esu jg\u0127idilna li dawn m\u2019g\u0127andna qatt nag\u0127tuhom l-ewwel post f\u2019\u0127ajjitna. \u0126afna nkwiet jibda meta npo\u0121\u0121u affarijiet o\u0127ra qabel Alla. Ma rridux nag\u0127mlu b\u0127al Lhud meta bnew g\u0127o\u0121ol tad-deheb biex jadurawh wara li kien ilu tant jg\u0127inhom il-Mulej fil-vja\u0121\u0121 tag\u0127hom. \u0126afna drabi a\u0127na wkoll nag\u0127mlu allat folo\u017c f\u2019\u0127ajjitna. Dan il-van\u0121elu, kompla Fr Charles Fenech,irridu nifmuh sew u ma noqog\u0127dux nilag\u0127bu bil-kliem \u2013 huwa van\u0121elu li meta se tpo\u0121\u0121ih fil-\u0127ajja tieg\u0127ek se jag\u0127mel tibdiliet kbar. B\u2019hekk importanti li t\u0127allih jinfidlek in-nervituri ta\u2019 \u0121ismek.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 X\u2019irid jg\u0127id \u0120esu bil-kliem: \u201cTinkwetawx ru\u0127kom g\u0127al \u0127ajjitkom, x\u2019se tilbsu. Jaqaw il-\u0127ajja mhijiex aqwa mill-ikel, u l-\u0121isem aqwa mill-ilbies?\u201d (Mt 6:25) Hawn \u0120esu qieg\u0127ed jg\u0127idilna li l-ewwel post f\u2019\u0127ajjitna rridu nag\u0127tuh dejjem lil Alla u allura x\u2019se nieklu u x\u2019se nilbsu jag\u0127mel sens f\u2019\u0127ajjitna mhux meta ninkwetaw\u00a0 imma \u2019l mod kif nag\u0127mluh. \u0120esu mhux jg\u0127idlilna ta\u0127slux jew issajrux i\u017cda jrid li ma npo\u0121\u0121u xejn qabel Alla u jrid li napprezzaw u ng\u0127ixu \u0127ajjitna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 Kieku jkollna nag\u0127mlu rewind ta\u2019 \u0127ajjitna, staqsa Fr Charles Fenech, matul din il-\u0121img\u0127a, x\u2019kienu l-problemi u l-pre-okkupazzjonijiet tag\u0127na ? Po\u0121\u0121ejna lil Alla fl-ewwel post? Kemm tkellimna m\u2019Alla? Kemm bkejna mieg\u0127u? Importanti li naqsmu kemm il-fer\u0127 u kif ukoll in-niket tag\u0127na m\u2019Alla. Alla jrid jid\u0127ol f\u2019kollox.<\/p>\n<p><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"wp-image-2717 alignright\" style=\"margin-top: 10px; margin-bottom: 10px;\" alt=\"Qatt innutajna d-dettal f\u2019sempli\u010bi fjura? Qatt innotajna l-kuluri dettaljati f\u2019xi frotta? \" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/IMG_0368.jpg\" width=\"475\" height=\"296\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/IMG_0368.jpg 500w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/IMG_0368-300x187.jpg 300w\" sizes=\"(max-width: 475px) 100vw, 475px\" \/><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><b>[pullquoteright]Qatt innutajna d-dettal f\u2019sempli\u010bi fjura? Qatt innotajna l-kuluri dettaljati f\u2019xi frotta?<\/b><\/strong><strong><i><strong>[\/pullquoteright]<\/strong><\/i><\/strong><\/p>\n<p><span style=\"text-align: justify; line-height: 1.5em;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 \u0120esu fis-sempli\u010bita tal-priedki tieg\u0127u jurina kemm irridu noqog\u0127du attenti g\u0127ad-dettalji tal-\u0127ajja ta\u2019 kuljum. A\u0127na u nag\u0127mlu xi mixja fil-kampanja qatt innutajna d-dettal f\u2019sempli\u010bi fjura? Qatt innotajna l-kuluri dettaljati f\u2019xi frotta? Napprezaw is-sbu\u0127ija tal-\u0127olqien ta\u2019 madwarna? Jew dejjem g\u0127addejin b\u2019pass img\u0127a\u0121\u0121el u qatt ma nsibu \u0127in nid\u0127lu f\u2019relazzjoni m\u2019Alla. Nsibu mument\u00a0 li verament ni\u017cvojtaw lil mo\u0127\u0127na minn kull \u0127sieb mqar g\u0127al ftit mumenti u na\u0127sbu f\u2019xi vers li laqatna mill-Iskrittura?\u00a0 Meta n\u0127allu lil Mulej jid\u0127ol f\u2019\u0127ajjitna ninnotaw li jinbidel kollox. Mill-\u0127ajja tal-qaddisin \u00a0\u00a0naraw kif f\u2019sitwazzjonijiet diffi\u010bli irnexxilhom jag\u0127mlu affarijiet inkreddibli. B\u0127al Mother Theresa , din il-mara daqshekk \u010bkejkna rnexxilha tieqaf lil \u0121ganti b\u0127al Mikhail Gorbachev u Gaddafi. Dawn it-tnejn riedu li hi tie\u0127u s-sorijiet tag\u0127ha f\u2019pajji\u017chom biex iwettqu xog\u0127ol filantropiku hemm, i\u017cda ma ridux li jid\u0127lu qassisin. Din is-soru bla tlaqliq ta\u2019 xejn qaltilhom li fejn imorru s-sorijiet tag\u0127ha jmur qassis mag\u0127hom! Jekk riedu l-g\u0127ajnuna tag\u0127ha riedu ja\u010b\u010bettaw \u00a0il-kundizzjonijiet tag\u0127ha. Kliemha u fehmitha kienu sodi m\u2019hemmx kompromessi. U la fdat f\u2019Alla twettqu mirakli kbar biha.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 Meta npo\u0121\u0121u lil Alla verament fl-ewwel post \u00a0f\u2019\u0127ajjitna nindunaw bis-sorprizi u l-mirakli li Alla j\u0121ieg\u0127elna nag\u0127mlu. Anke fil-familji tag\u0127na stess. Hawn Fr Charles fakkarna kemm hi qawwija l-barka tal-\u0121enituri fuq uliedhom. Dawn huma d-dettalji li jridna nindunaw bihom il-Mulej.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 Ix-xitan se jibqa\u2019 hemm u rridu na\u010b\u010bettaw li \u0127ajjitna hi \u0121lieda kontinwa \u2013 imma ma ninsewx li barra l-qawwa tal-\u0127a\u017cen hemm il-qawwa t\u2019Alla. Anke meta niltaqg\u0127u ma problemi li jinblokkawna, g\u0127andna dejjem nafdaw kollox f\u2019idejn Alla. U mhux insabbtu saqqajna biex tg\u0127addi tag\u0127na. Kemm nitolbu tassew fuq xi pro\u0121ett li jkun se jkollna kemm spiritwali u kemm materjali? Kemm nitolbu lill-Mulej fuqhom?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 Din hi l-bidla li rridu na\u0127dmu fuqha dan ir-Randan. Tog\u0127qodx tg\u0127id g\u0127aliex laqtitni din il-marda. G\u0127aliex jien? G\u0127aliex ma nistax nie\u0127u nifs? Ibqa\u2019 tkellem mal-Mulej. It-timeframe t\u2019Alla mhuwiex tag\u0127na pero hu jismag\u0127na tassew. Hu jkellimna bil-fatti ta\u2019 kuljum. Alla mhuwiex se jitlaqna. Hu jix\u0127et xita ta\u2019 grazzji mhux sa\u0127ta fuqna. Jekk in\u0127allu din il-pa\u010bi tid\u0127ol fina \u2013 jekk in\u0127allu \u0127in g\u0127al Mulej \u2013 jekk in\u0127allu \u0127in g\u0127al quddies, g\u0127al adorazzjoni, g\u0127at-talb.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 <strong>Ejjew mela lkoll nu\u017caw dawn il-mezzi li hawn madwarna biex nersqu aktar lejn il-Mulej.<\/strong> Spi\u010b\u010ba l-ispjega tieg\u0127u Fr Charles Fenech.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0 Il-laqg\u0127a mbag\u0127ad tkompliet b\u2019diskussjoni, dawn huma xi mistoqsijiet li rriflettejna fuqhom:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">1.Nista\u2019 no\u0127loq klima ta\u2019 fer\u0127 jekk jimpurtani biss minni nnifsi?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u2022\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Jekk nibqa\u2019 na\u0127li bl-addo\u010b\u010b, l-aqwa li nfittex u nsib?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u2022\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Jekk b\u2019g\u0127emili mmur kontra d-dritt li g\u0127andu \u0127addie\u0127or g\u0127all-\u0127ajja?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">2.Meta ng\u0127idu li g\u0127andna fidu\u010bja f\u2019Alla, dan ifisser li norbtu idejna, u nistennew kollox \u0121ej minn Alla?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Avvizi<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Erbg\u0127a 5 ta\u2019 Marzu, Ras ir-Randan, Radju Marija se jiddedika \u0121urnata bi programmi b\u2019meditazzjoni b\u0127al irtir bi t\u0127ejjija g\u0127ar-Randan.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0126amis 6 ta\u2019 Marzu quddiesa u adorazzjoni f\u2019 San Duminku bejn is-6.30 u ? 7.30<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0120img\u0127a\u00a0 7 ta\u2019 Marzu jitkomplew il-laqg\u0127at Prayer Cafe ta\u2019 katekezi fi\u010b-\u010bentru tal-Kerygma. Kul\u0127add huwa mistieden jisma\u2019 l-kelma t\u2019Alla mag\u0127na flimkien ma tazza kafe. : )<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Weekend Irtir bejn l-14 ta\u2019 Marzu u 16 ta\u2019 Marzu fis-seminarju organizat mill-Kerygma u mmexxi minn Fr Charles Fenech. G\u0127al aktar informazzjoni \u010bempel 21459942.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u00a0 \u00a0 \u00a0 It-tema tal-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej ja\u0127raq b\u0127al tal-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra, beda l-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e9, Fr Charles Fenech, nhar il-\u0121img\u0127a 28 ta\u2019 Frar. \u0120esu ma joqg\u0127odx idur <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2749,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[34],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2711"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2711"}],"version-history":[{"count":17,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2711\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2746,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2711\/revisions\/2746"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2749"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2711"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2711"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2711"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}