{"id":2775,"date":"2014-03-23T19:03:38","date_gmt":"2014-03-23T18:03:38","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=2775"},"modified":"2014-03-23T21:19:34","modified_gmt":"2014-03-23T20:19:34","slug":"nibdew-ninbidlu-llum-bit-taghlim-tal-papa-frangisku","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/nibdew-ninbidlu-llum-bit-taghlim-tal-papa-frangisku\/","title":{"rendered":"NIBDEW NINBIDLU LLUM BIT-TAG\u0126LIM TAL-PAPA FRAN\u0120ISKU"},"content":{"rendered":"<div style=\"text-align: justify;\">\n<p align=\"center\"><strong>E\u017cer\u010bizzi tar-Randan 2014 &#8211;\u00a0 Jum 5 \u2013 Il-\u0121img\u0127a 14 ta\u2019 Marzu 2014<\/strong><\/p>\n<p align=\"center\"><em>Fr. Charles Fenech O.P.<\/em><\/p>\n<\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fidi awtentika \u2013 li qatt ma tfittex il-kumdit\u00e0, jew hi individwalista \u2013 timplika dejjem xewqa profonda li nibdlu d-dinja, li nittrasmettu l-valuri, li n\u0127allu xi \u0127a\u0121a a\u0127jar warajna fid-dinja. In\u0127obbu din il-pjaneta mill-isba\u0127 li fuqha qieg\u0127dna Alla, u n\u0127obbu l-umanit\u00e0 li tg\u0127ammar fiha, bit-tra\u0121edji u l-qtig\u0127 il-qalb tag\u0127ha, bix-xewqat u t-tamiet tag\u0127ha, bil-valuri u d-dg\u0127ufijiet tag\u0127ha. Id-dinja hi d-dar komuni tag\u0127na u fiha lkoll a\u0127na a\u0127wa. [\u2026] L-Insara kollha, anki r-Rg\u0127ajja, huma msej\u0127a jie\u0127du \u0127sieb jibnu dinja a\u0127jar. (Il-Fer\u0127 tal-Van\u0121elu numru 183).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>1.\u00a0\u00a0\u00a0 Tqasqsusx<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan huwa wie\u0127ed mill-passatempi tag\u0127na. G\u0127all-Papa Fran\u0121isku huwa wkoll attivit\u00e0 mill-iktar \u0127a\u017cina; isejja\u0127lu \u2018qtil\u2019.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tant huwa su\u0121\u0121ett importanti g\u0127alih, li fl-ewwel sena tal-pontifikat, Fran\u0121isku pprietka mill-inqas f\u2019sitt okka\u017cjonijiet differenti kontra t-tqasqis.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em><strong>\u201cQatt tg\u0127id kontra l-o\u0127rajn\u201d<\/strong><\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>L-Erbg\u0127a, 27 ta\u2019 Marzu 2013 (S.Martha)<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Li tg\u0127id kontra xi \u0127add huwa ekwivalenti g\u0127al tbig\u0127u b\u0127alma g\u0127amel \u0120uda, li bieg\u0127 lil \u0120es\u00f9 g\u0127al tletin bi\u010bca flus. U propju waqt li \u0127a spunt mill-Van\u0121elu ta\u2019 Mattew li j\u0127abbar bil-quddiem it-tradiment tal-appostlu, fl-omelija qasira tal-quddiesa\u00a0 kien wissa dwar\u00a0 it-tqasqis. Bi stedina espli\u010bita u \u010bara: \u201cqatt tqasqsu kontra persuni o\u0127ra.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em><strong>\u201cIt-tentazzjoni li nqasqsu dwar l-o\u0127rajn\u201d<\/strong><\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>It-Tlieta, 9 ta\u2019 April 2013 (S.Martha)<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-tentazzjoni li nqasqsu dwar l-o\u0127rajn u nsawtuhom bil-paroli tinsab dejjem wara l-kantuniera. Ukoll fil-familja, bejn il-\u0127bieb fil-parro\u010b\u010ba, \u201cfejn in-nisa tal-kateke\u017ci ji\u0121gieldu ma\u2019 dawk tal-<i>Caritas<\/i>.\u201d Dawn \u201chuma tentazzjonijiet ta\u2019 kuljum\u201d &#8211; \u201cg\u0127edewwa tal-manswetudni\u201d u tal-g\u0127aqda bejn in-nies u fil-komunit\u00e0 Nisranija &#8211; \u201cli ji\u0121ru lil kul\u0127add, ukoll lili.\u201d U propju minn dan l-atte\u0121\u0121jament il-Papa Fran\u0121isku talab biex noqog\u0127du attenti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em><strong>\u201cTqasqis xejn, bi\u017c\u00e0 xejn\u201d<\/strong><\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Is-Sibt, 13 ta\u2019 April 2013 (S.Marta)<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cBiex insolvu l-problemi tal-\u0127ajja hemm b\u017conn li niffa\u010b\u010bjaw ir-realt\u00e0, lesti, b\u0127all-gowlkiper ta\u2019 tim tal-futbol, biex nilqg\u0127u l-ballun minn kwalunkw\u00e8 na\u0127a li ji\u0121i. U bla ma n\u010bedu g\u0127all-bi\u017c\u00e0 jew g\u0127at-tentazzjoni tat-tgergir, g\u0127aliex \u0120es\u00f9 huwa dejjem qrib kull bniedem, ukoll u fuq kollox fil-mumenti l-iktar diffi\u010bli.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em><strong>\u201cIt-theddida tat-tqasqis\u201d<\/strong><\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>It-Tnejn, 2 ta\u2019 Settembru 2013 (S.Martha)<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cL-ilsien, is-seksik, it-tqasqis huma armi li ta\u2019 kuljum jheddu l-komunit\u00e0 umana, waqt li ji\u017cirg\u0127u g\u0127ira, \u0121elo\u017cija u reg\u0127ba g\u0127all-poter. Bihom nistg\u0127u naslu biex noqtlu bniedem. G\u0127alhekk titkellem dwar il-pa\u010bi ifisser ukoll li ta\u0127seb dwar id-deni li huwa possibbli li jsir bl-ilsien.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em><strong>\u201cMit-tqasqis g\u0127all-im\u0127abba lill-proxxmu\u201d <\/strong><\/em><b><i><\/i><\/b><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Il-\u0120img\u0127a, 13 ta\u2019 Settembru 2013 (S.Martha)<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cIt-tqasqis joqtol iktar mill-armi.\u201d Papa Frangisku jer\u0121a\u2019 jitkellem fuq dan is-su\u0121\u0121ett meta kkumenta fuq il-qari tal-\u0121urnata, me\u0127ud mill-Ittra lil Timotju (1:1-2, 12-14) u mill-Van\u0121elu ta\u2019 San Luqa (6: 39-42), il-Papa enfasizza kif il-Mulej \u2013 wara li po\u0121\u0121ielna quddiemna fil-\u0121ranet li g\u0127addew il-bejatitudnijiet tal-\u0127lewwa u\u00a0 l-umilt\u00e0 \u2013 illum ikellimna \u201cfuq l-affarijiet kontra\u201d, dwar \u201cl-attitudni tal-mibg\u0127eda lejn il-proxxmu\u201d; dan isir meta \u201cni\u0121\u0121udikaw lill-proxxmu tag\u0127na.\u201d.<b><i>\u00a0<\/i><\/b><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><em>Waqt il-pre\u017centazzjoni tax-xewqat tal-Milied lill-Kurja Rumana<\/em><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Is-Sibt 21 ta\u2019 Di\u010bembru 2013<\/em><i>\u00a0<\/i><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qdusija, fil-Kurja, tfisser ukoll li tag\u0127mel g\u0127a\u017cliet skont il-kuxjenza.\u00a0 Iva, li timxi skont il-kuxjenza tieg\u0127ek u to\u0121\u0121ezzjona g\u0127at-tqasqis fuq in-nies. Iva g\u0127andna ninsistu bi dritt dwar l-o\u0121\u0121ezzjoni skont il-kuxjenza tag\u0127na, imma forsi wkoll irridu nipprattikawha b\u0127ala mod biex niddefendu ru\u0127na mill-li\u0121i mo\u0127bija ta\u2019 madwarna, li sfortunatament hi dik tat-tqasqis fuq in-nies. Allura ejjew ilkoll no\u0121\u0121ezzjonaw skont il-kuxjenza tag\u0127na, u minix ng\u0127id dan biex inkun sepli\u010biment qed nippriedka.\u00a0 It-tqasis jag\u0127mel \u0127sara lin-nies, lill-\u0127idma u lill-ambjenti tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hu jtenni li meta nqasqsu fuq in-nies, qed nag\u0127mlu l-istess \u201ckif g\u0127amel \u0120uda\u201d u \u201cnibdew inqattg\u0127u lill-persuna l-o\u0127ra bi\u010b\u010biet bi\u010b\u010biet.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cKull darba li ni\u0121\u0121udikaw lil \u0127una f\u2019qalbna jew iktar ag\u0127ar\u00a0 meta nitkellmu \u0127a\u017cin fuqhom mal-o\u0127rajn, a\u0127na qed noqtlu l-Insara,\u201d jg\u0127id il-Papa Fran\u0121isku. \u201cMalafama inno\u010benti ma te\u017cistix.\u201d<\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>2. Ta\u0127lux ikel<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ta\u0127lux ikel, jekk jog\u0127\u0121obkom. Imsemmi g\u0127al qaddis tas-seklu 12, li g\u0127ex fil-faqar, Fran\u0121isku iwissi dwar \u201ckultura ta\u2019 skart\u201d li ma tag\u0127tix kas tal-karba ta\u2019 dawk bil-\u0121u\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa jg\u0127id: \u201c\u0126a n\u017commu f\u2019mo\u0127\u0127na, imma, li l-ikel li jintrema hu b\u0127allikieku nsteraq minn fuq il-mejda ta\u2019 min hu fqir, ta\u2019 min hu bil-\u0121u\u0127!\u00a0 Nistedinkom ilkoll biex tirriflettu fuq il-problema tan-nuqqas u tal-\u0127ela tal-ikel, biex insibu toroq u modi li, billi jaffrontaw serjament din il-problema, isiru mezzi ta\u2019 solidarjet\u00e0 u ta\u2019 kondivi\u017cjoni ma\u2019 dawk li l-i\u017cjed g\u0127andhom b\u017conn.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kwa\u017ci 870 miljun ru\u0127 ibatu l-\u0121u\u0127 bil-konsegwenzi kollha li j\u0121ib mieg\u0127u, tg\u0127id l-FAO (Food and Agriculture Organization).<\/p>\n<div id=\"attachment_2788\" style=\"width: 510px\" class=\"wp-caption aligncenter\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-2788\" decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"size-full wp-image-2788\" title=\"Ethiopia 2011 - Refu\u0121jati Somali jistennew biex issarfu il-biljetti fl-ikla tal-\u0121urnata.\" alt=\"Ethiopia 2011 - Refu\u0121jati Somali jistennew biex issarfu il-biljetti fl-ikla tal-\u0121urnata.\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/Somali_refugees_September_2011.jpg\" width=\"500\" height=\"334\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/Somali_refugees_September_2011.jpg 500w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/03\/Somali_refugees_September_2011-300x200.jpg 300w\" sizes=\"(max-width: 500px) 100vw, 500px\" \/><p id=\"caption-attachment-2788\" class=\"wp-caption-text\">Ethiopia 2011 &#8211; Refu\u0121jati Somali jistennew biex isarfu il-biljetti fl-ikla tal-\u0121urnata.<\/p><\/div>\n<h6><strong>3. <\/strong><strong>Iddedika \u0127<\/strong><strong>in g<\/strong><strong>\u0127<\/strong><strong>all-o<\/strong><strong>\u0127<\/strong><strong>rajn<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">Responsabbli g\u0127al 1.2 biljun membru, Fran\u0121isku jidher li g\u0127andu wisq x\u2019jag\u0127mel g\u0127al affarijiet o\u0127ra&#8230; sakemm huwa stess jaqbad it-telefon u j\u010bempel lil nies li ma jafhomx&#8230; jew jikteb ittra lil \u0120i\u017cwita li qatt ma ltaqa\u2019 mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0120i\u017cwita li r\u010bieva l-ittra,\u00a0 Fr James Martin, jg\u0127id li Fran\u0121isku ispirah biex \u2018f\u2019\u0127ajtu jkun iktar \u0121eneru\u017c bil-\u0127in li g\u0127andu f\u2019idejh\u2019. \u2018Jekk il-Papa jista\u2019 jsib \u0127in g\u0127all-o\u0127rajn, jekk hu jista\u2019 jieqaf biex jg\u0127id \u201cGrazzi\u201d, jekk hu jista jie\u0127u ftit \u0127in biex jag\u0127mel lil xi \u0127add i\u0127ossu apprezzat, mela nista\u2019 jien ukoll. \u00a0Nistg\u0127u a\u0127na wkoll.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>4. Ag\u0127\u017cel l-iktar \u0127a\u0121a umli.<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0126u l-e\u017cempju tal-Kap ta\u2019 Stat li jsuq Renault ta\u2019 29 sena.\u00a0 F\u2019Lulju, il-Papa Fran\u0121isku wissa kontra l-lussu fil-\u0127ajja meta nfittxu l-\u201cfer\u0127 tal-\u0127ajja fl-a\u0127\u0127ar smartfone, fl-iktar karozza li \u0121\u0121erri.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cXi w\u0127ud jg\u0127idu: l-fer\u0127 jitwieled mill-affarijiet li g\u0127andhom, u allura arhom jfittxu l-a\u0127\u0127ar mudell ta&#8217; l-ismartfone, jew il-mutur li ji\u0121ri l-aktar, l-karozza li tidher sabi\u0127a&#8230; Imma jien ng\u0127idilkom, fil-verit\u00e0, g\u0127alija ma n\u0127ossnix tajjeb meta nara xi qassis jew xi soru bil-karozza tal-a\u0127\u0127ar mudell: ma tistax! ma tistax! &#8230;&#8230;Jiena nemmen li l-karozza hija b\u017conn, g\u0127aliex trid tag\u0127mel \u0127afna xog\u0127ol u trid tmur \u0127afna postijiet&#8230; i\u017cda \u0127u wa\u0127da li hija umli! U jekk tog\u0127\u0121bok dik is-sabi\u0127a, a\u0127seb ftit kemm tfal imutu bil-\u0121u\u0127\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa jippriedka kontra l-materjali\u017cmu:\u00a0 \u201cTassew hu li jkollok affarijiet, il-flus, il-poter, jistg\u0127u jag\u0127tu g\u0127al xi waqt il-furja ta\u2019 fer\u0127, l-illu\u017cjoni li a\u0127na hienja;\u00a0 imma fl-a\u0127\u0127ar huma jkunu dawk li ja\u0127kmuna u jimbuttawna \u2018l quddiem biex ikollna dejjem aktar, biex ma nixbg\u0127u qatt.\u00a0 U nispi\u010b\u010baw \u201cmimlijin\u201d, imma mhux imsa\u0127\u0127in b\u2019ikel bnin; u huwa ta\u2019 niket tara \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 \u201cmimlijin\u201d, imma debboli.\u00a0 \u201cQieg\u0127ed lil Kristu\u201d f\u2019\u0127ajtek, qieg\u0127ed fiH il-fidu\u010bja tieg\u0127ek u ma tkun qatt mifxul!\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-messa\u0121\u0121 tal-Jum Dinji tal-Pa\u010bi 20114, il-Papa appella biex kul\u0127add jirrispetta u jg\u0127ix fi fraternita billi jag\u0127ti kas il-b\u017connijiet ta\u2019 \u0127addie\u0127or<strong><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>5. Iltaqa\u2019 fi\u017cikament mal-foqra.<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tassew li nag\u0127tu flus karit\u00e0, imma g\u0127al Fran\u0121isku, dan mhux bi\u017c\u017cejjed. L-impenn g\u0127all-foqra, jg\u0127id il-Papa Fran\u0121isku, irid ikun \u201cminn persuna g\u0127al o\u0127ra, fi\u017cikament\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hemm b\u017conn li jkun hemm disponibbilt\u00e0 li wie\u0127ed jing\u0127ata g\u0127all-ie\u0127or minflok ma jisfruttah, u li jaqdih minflok ma ja\u0127qru biex jie\u0127u vanta\u0121\u0121 minnu.\u00a0 \u201cL-ie\u0127or\u201d \u2013 persuna, poplu jew nazzjon m\u2019g\u0127andux ikun meqjus b\u0127ala bi\u010b\u010ba g\u0127odda, biex tisfrutta bi prezz ir\u0127is il-\u0127ila tax-xog\u0127ol u tar-re\u017cistenza fi\u017cika tieg\u0127u, u meta ma jservix aktar, tarmih;\u00a0 i\u017cda g\u0127al kuntrarju g\u0127andu jitqies wie\u0127ed b\u0127alna, \u201cwie\u0127ed li jg\u0127inna\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ten\u0127tie\u0121 konver\u017cjoni\u00a0 tal-qlub li t\u0127alli lil kull wie\u0127ed jag\u0127raf fl-ie\u0127or lil \u0127uh li g\u0127andu jie\u0127u \u0127siebu, ja\u0127dem mieg\u0127u, biex jibnu \u0127ajja fil-milja kollha tag\u0127ha g\u0127al kul\u0127add. &#8230;.\u00a0Il-fraternit\u00e0 je\u0127tie\u0121 li nsibuha, in\u0127obbuha, nesperimentawha, in\u0127abbruha u nag\u0127tu xhieda tag\u0127ha.\u00a0 Imma hi biss l-im\u0127abba mog\u0127tija minn Alla li tippermettilna li nilqg\u0127u u ng\u0127ixu bis-s\u0127i\u0127 il-fraternit\u00e0.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kien mag\u0127ruf favur il-foqra anke meta kien ar\u010bisqof.\u00a0 Hu jispjega iktar fil-ktieb <em>On Heaven and Earth<\/em>, li kien ippubblikat 3 snin qabel ma la\u0127aq Papa.\u00a0 \u201cMhux bi\u017c\u017cejjed li turi dan l-impenn biss permezz tal-istituzzjonijiet, li bir-ra\u0121un jg\u0127inu g\u0127ax g\u0127andhom effett li jkattru, imma dan mhux bi\u017c\u017cejjed.\u00a0 Din mhix sku\u017ca g\u0127alina biex na\u0127arbu l-kuntatt personali ma\u2019 dawk fil-b\u017conn.\u00a0 Il-morda je\u0127tie\u0121 li jkunu kkurati, anke jekk jimbuttawna jew i\u0121eg\u0127luna nistmerruhom.\u00a0 Il-\u0127absin hemm b\u017conn li n\u017curuhom.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hu jappella g\u0127al impenn fit-tul.\u00a0 \u201cL-ospitalit\u00e0 fiha nfisha mhux bi\u017c\u017cejjed.\u00a0 Mhux bi\u017c\u017cejjed li tag\u0127ti bi\u010b\u010ba \u0127ob\u017c jekk ma tag\u0127tix il-possibilt\u00e0 lil dak li jkun biex jitg\u0127allem iqum fuq saqajh.\u00a0 Il-karit\u00e0 li ma tbiddilx is-sitwazzjoni ta\u2019 dak li jkun, mhijiex bi\u017c\u017cejjed.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-Messa\u0121\u0121 g\u0127al Jum Dinji tar-Refugjati 2013, il-Papa Fran\u0121isku tenna li \u201chi me\u0127tie\u0121a bidla fl-atte\u0121\u0121jament lejn l-immigranti u r-refu\u0121jati minn kul\u0127add, bidla minn atte\u0121\u0121jament ta\u2019 difi\u017ca u ta\u2019 bi\u017ca\u2019, bidla minn attitudni di\u017cinteressata u li temar\u0121ina \u2013 li fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar, tikkorrispondi verament g\u0127all-\u201ckultura tal-iskart\u201d \u2013 g\u0127al atte\u0121\u0121jament li j\u0127addan u jibba\u017ca fuq il-\u201ckultura tal-inkontru\u201d, l-uniku atte\u0121\u0121jament li jista\u2019 jwassal g\u0127at-twaqqif ta\u2019 dinja aktar \u0121usta u fraterna, dinja a\u0127jar.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>6. Nieqfu ni\u0121\u0121udikaw lil xulxin<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">Bl-istess mod li akku\u017ca t-tqasqis, Fran\u0121isku jikkundanna l-pre\u0121udizzju.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hu jfakkar lil Kattoli\u010bi \u201cintolleranti\u201d biex jirrispettaw lill-ateji. \u201cJekk a\u0127na lkoll nag\u0127mlu l-parti tag\u0127na, jekk nag\u0127mlu l-\u0121id lill-o\u0127rajn, jekk niltaqg\u0127u b\u2019dan il-mod, meta kunu qed nag\u0127mlu t-tajjeb, u nimxu bil-mod il-mod minn hemm, inkunu qed nibnu kultura ta\u2019 djalogu: g\u0127andna b\u017connha \u0127afna din.\u00a0 G\u0127andna b\u017conn niltaqg\u0127u waqt li qed nag\u0127mlu l-\u0121id.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cIl-Mulej \u0127alaqna xbiha tieg\u0127u,\u201d u jekk \u201chu jag\u0127mel il-\u0121id, ilkoll kemm a\u0127na g\u0127andna dan il-kmandament f\u2019qalbna: Ag\u0127mel il-\u0121id u tag\u0127milx id-deni. Ilkoll.\u201d U quddiem \u201cmin jg\u0127id: imma Missier dan mhux Kattoliku, ma jistax jag\u0127mel il-\u0121id, inwie\u0121bu: iva jist\u00e0, hemm b\u017conn li jag\u0127mlu; mhux jist\u00e0 imma hemm b\u017conn, g\u0127ax \u0121o fih g\u0127andu dan il-kmandament,\u201d f\u2019qalbu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hu jitkellem ukoll dwar il-persuni omosesswali:\u00a0 jekk persuna omosesswali g\u0127andha rieda tajba u qed tfittex lil Alla, jien ma jien \u0127add biex ni\u0121\u0121udikaha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Iwissi biex inkunu \u2018\u0127arriesa\u2019 tag\u0127na nfusna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u010aerimonja bidu tal-Papat:\u00a0 \u201cNixtieq nitlob lil dawk kollha li g\u0127andhom postijiet ta\u2019 responsabbilt\u00e0 fl-isfera ekonomika, politika u so\u010bjali, lill-ir\u0121iel u n-nisa kollha ta\u2019 rieda tajba: ejjew inkunu \u201c\u0127arriesa\u201d tal-\u0127olqien, tal-pjan ta\u2019 Alla miktub fin-natura, \u0127arriesa tal-ie\u0127or, tal-ambjent; ma n\u0127allux sinjali ta\u2019 qerda u ta\u2019 mewt isie\u0127bu l-mixja ta\u2019 din id-dinja tag\u0127na!\u00a0 Imma biex inkunu \u201c\u0127arriesa\u201d, irridu anki nie\u0127du \u0127sieb tag\u0127na nfusna!\u00a0 Niftakru li l-mibeg\u0127da, l-g\u0127ira, is-suppervja j\u0127amm\u0121u l-\u0127ajja!\u00a0 Li nkunu \u0127arriesa allura jfisser li ng\u0127assu fuq is-sentimenti tag\u0127na, fuq il-qalb tag\u0127na, g\u0127ax hu sewwa sew minn hemm li jo\u0127or\u0121u l-intenzjonijiet tajba u \u0127\u017ciena: dawk li jibnu u dawk li jeqirdu!\u00a0\u201c<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>7. In\u0121ibu ru\u0127na ta\u2019 \u0127bieb ma\u2019 dawk li ma naqblux mag\u0127hom<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">X\u2019nistg\u0127u nag\u0127mlu lil dawk li jmaqdruna?\u00a0 G\u0127andna nie\u0127du l-\u0127jiel ming\u0127and Papa Fran\u0121isku.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019Novembru, Fran\u0121isku \u0127asad lil Mario Palmaro, tradizzjonalista li kiteb l-artiklu, &#8216;The Reason Why We Don&#8217;t Like This Pope&#8217; (\u2018Ir-ra\u0121uni g\u0127alxiex a\u0127na ma n\u0127obbux lil dan il-Papa\u2019).\u00a0 \u201cRied sempli\u010biment jg\u0127idli li kien qed jitlob g\u0127alija,\u201d qal Palmaro, li hu marid gravi, f\u2019artiklu mill-A\u0121enzija tal-A\u0127barijiet Kattolika.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fran\u0121isku jag\u0127mel dan fid-dawl ta\u2019 dak li jirreferi g\u0127aliha b\u0127ala \u201cl-kultura ta\u2019 djalogu\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mario Palmaro, kittieb tradizzjonalista li kien il-ko-awtur ta\u2019 artiklu li kkritika lil Papa Fran\u0121isku, fl-1 ta\u2019 Novembru ir\u010bieva telefonata mill-Papa nnifsu, li kien jaf li Palmaro qed isofri minn marda gravi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fit-22 ta\u2019 Novembru, Palmaro tkellem ma\u2019 CNA dwar dan u qal \u201cIl-Papa Fran\u0121isku ried jag\u0127mel b\u0127al ma jag\u0127mel qassis, imma hu qassis u isqof spe\u010bjali \u0127afna, \u010bempilli u ta attenzjoni partikolari g\u0127all-kundizzjoni tas-sa\u0127\u0127a tieg\u0127i\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Skont Palmaro, wa\u0127da mill-karatteristi\u010bi ta\u2019 dan il-pontifikat \u0121did hi li \u201cl-Papa j\u010bempel personalment lin-nies, li fortunatament jirrappre\u017centaw li \u0127afna persuni o\u0127ra li ma jir\u010bivux it-telefonata ming\u0127and il-Papa.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cDin li l-attenzjoni spe\u010bjali li l-Papa Fran\u0121isku juri mal-persuni morda.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cHu ried i\u010bempilli biex sempli\u010biment jg\u0127idli li qed jitlob g\u0127alija,\u201d spjega Palmaro.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Palmaro rrakkonta li t-telefonata tal-Papa kienet twila \u201cbiss ftit minuti\u201d\u00a0 u huma \u201csempli\u010biment tkellmu dwar ftit affarjiet, g\u0127ax jien tant kommoss bit-telefonata li\u00a0 ma kontx kapa\u010bi nkompli fil-konver\u017cazzjoni.\u00a0 Tassew, b\u0127ala Kattoliku, li tir\u010bievi telefonata ming\u0127and il-Papa, ma titwemminx.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku \u010bempel id-dar ta\u2019 Palmaro, u x\u2019\u0127in il-mara wie\u0121bet it-telefon, hu seta\u2019 jisma\u2019 \u201cvu\u010bi familjari tistaqsi jekk hemm kinitx id-dar tieg\u0127i u jekk hi kinitx marti.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta we\u0121bitu li iva, il-Papa Fran\u0121isku kompla:\u00a0 \u201cSinjura, naf li \u017cew\u0121ek hu marid \u0127afna, u nixtieq inkellmu.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Waqt il-konver\u017cazzjoni, Palmaro fakkar lill-Papa li hu kien il-ko-awtur ta\u2019 artiklu li kkritikah.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-artiklu kien miktub ukoll ma\u2019 Alessandro Gnocchi, u kien ippubblikat fil-gazzetta Taljana \u201cIl Foglio\u201d fid-9 t\u2019Ottubru, bit-titlu: \u201cIr-ra\u0121uni g\u0127alxiex ma n\u0127obbux dan il-Papa.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Gnocchi u Palmaro ikkritikaw siltiet ta\u2019 intervisti importanti mal-Papa, li kienu ppubblikati f\u2019\u201cLa Repubblica\u201d u f\u2019\u201cLa Civilta Cattolica.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-intervista ma\u2019 \u201cLa Repubblica\u201d, immexxija minn Eugenio Scalfari, il-Papa Fran\u0121isku kien irrapurtat li qal li \u201ckul\u0127add g\u0127andu l-idea tieg\u0127u ta\u2019 x\u2019inhu tajjeb u x\u2019inhu \u0127a\u017cin, u hu jrid jag\u0127\u017cel li jimxi mat-tajjeb u ji\u0121\u0121ieled il-\u0127a\u017cin bil-mod li j\u0127oss li hu sewwa.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Palmaro u Gnocchi ikkwotaw l-en\u010biklika Veritatis Splendor tal-Papa \u0120wanni Pawlu II u kkonkludew li l-\u0121urnali kienu onesti meta qabblu d-diskors ta\u2019 Papa Fran\u0121isku ma\u2019 dak tal-prede\u010bessuri tieg\u0127u, u meta enfasizzaw dawn il-kuntrasti fit-titli tal-artikli.<\/p>\n<p>It-tnejn iffukaw ukoll fuq il-mod kif Papa Fran\u0121isku iddefenda l-Kon\u010bilju Vatikan it-Tieni fl-intervista ta\u2019\u00a0 La Civilta Cattolica, fejn qal li\u00a0 \u201cl-Kon\u010bilju Vatikan it-Tieni kien qed jer\u0121a\u2019 jaqra l-Van\u0121elu fit-dawl tal-kultura kontemporanja.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Madanakollu Gnocchi u Palmaro argumentaw li\u00a0 \u201cid-dinja m\u2019g\u0127adhiex tirrifletti l-Van\u0121elu filwaqt li l-Van\u0121elu qed ikun imdawwar skont id-dawl li qed tag\u0127ti d-dinja.\u201d<\/p>\n<p>Il-Papa Fran\u0121isku ikkonfronta din il-kritika b\u2019tibdiliet min-na\u0127a tieg\u0127u. <i>Pope Francis has met many of their criticisms with adjustments of his own.<\/i><i><\/i><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019artiklu f\u2019\u201dL\u2019Espresso\u201d li deher fit-22 ta\u2019 Novembru, Sandro Magister \u0121ibed l-attenzjoni li l-Papa Fran\u0121isku ri\u010bentament kien ne\u0127\u0127a l-intervista mal-\u0121urnal La Repubblica minn fuq is-sit tal-Vatikan, fejn kienet impo\u0121\u0121ija b\u0127ala wa\u0127da mid-diskorsi tieg\u0127u, u wkoll kien biddel il-fehma tieg\u0127u dwar il-Kon\u010bilju Vatikan II, b\u2019mod li \u201ctbieg\u0127ed mill-kurrenti progressivi li kienu approvawh s\u2019issa.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Madanakollu, Palmaro sostna li ma setax \u201cjiddikkjara o\u0121\u0121ettivament li l-Papa Fran\u0121isku kien issodisfa l-kritika tag\u0127na.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019Lulju, il-Papa Fran\u0121isku kien qal: \u201cMeta kapijiet minn diversi oqsma jistaqsuni g\u0127al parir, ir-risposta tieg\u0127i hi dejjem l-istess:\u00a0 djalogu, djalogu, djalogu.\u00a0 Hi l-uniku mod g\u0127all-individwi, familji u so\u010bjetajiet biex jikbru, l-uniku mod biex il-\u0127ajja tal-popli ti\u017cviluppa, flimkien mal-kultura ta\u2019 diskussjoni, kultura li fiha kul\u0127add g\u0127andu xi \u0127a\u0121a importanti x\u2019jag\u0127ti u x\u2019jir\u010bievi lura.\u00a0 L-o\u0127rajn dejjem g\u0127andhom xi \u0127a\u0121a x\u2019jag\u0127tuni, jekk inkun kapa\u010bi nersaq lejhom fi spirtu onest u ming\u0127ajr pre\u0121udizzju.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>8. \u0126udu impenn, b\u0127a\u017c-\u017cwie\u0121<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qatt tib\u017cg\u0127u tg\u0127idu \u201cg\u0127al dejjem\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Laqg\u0127a ma\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fil-Brazil &#8211; 28 ta\u2019 Lulju 2013<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hemm min jg\u0127id li llum i\u017c-\u017cwie\u0121 m\u2019g\u0127adux moda.\u00a0\u00a0 Fil-kultura tal-provi\u017corju, tar-relattiv, \u0127afna jippriedkaw li l-importanti huwa li tgawdi l-mument, li ma jiswa xejn li timpenja lilek innifsek g\u0127al \u0127ajtek kollha, li tag\u0127mel g\u0127a\u017cliet definittivi g\u0127al dejjem, g\u0127aliex ma tafx l-g\u0127ada x\u2019g\u0127andu g\u0127alik.\u00a0 Imma jiena ng\u0127idilkom biex tkunu rivoluzjonarji, nitlobkom\u00a0 li tmorru kontra l-kurrent; iva, f\u2019dan nitlobkom li tirribbellaw kontra din il-kultura tal-provi\u017corju, li fil-fond tag\u0127ha temmen li intom mhux ippreparati li tassumu responsabilt\u00e0, temmen li m\u2019intomx kapa\u010bi li t\u0127obbu tassew.\u00a0 Jiena g\u0127andi fidu\u010bja fikom \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 u nitlob g\u0127alikom.\u00a0 Kunu kura\u0121\u0121u\u017ci li tmorru kontra l-kurrent.\u00a0 U kunu wkoll kura\u0121\u0121u\u017ci li tkunu fer\u0127anin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>9. \u0126udha drawwa li \u201ctistaqsi lil Mulej\u201d.<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">Inkwetat dwar il-futur? Itlob, il-Papa jis\u0127aq mag\u0127na, spe\u010bjalment ma\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127:\u00a0 \u201cG\u0127e\u017cie\u017c, hemm minnkom li ma jafux x\u2019se jag\u0127mlu b\u2019\u0127ajjithom. Itolbu \u2018l Mulej u Hu jurikom it-triq. Samwel sema\u2019 iktar minn darba le\u0127en il-Mulej imma hu ma fehemx u ma kienx jaf x\u2019se jwie\u0121eb, imma bl-g\u0127ajnuna tal-qassis Eli, fl-a\u0127\u0127ar wie\u0121eb; \u2018Tkellem Mulej, qieg\u0127ed nisma\u2019 (1 Sam 3:1-10).\u00a0 Intom ukoll tistg\u0127u titolbu \u2018l Mulej: \u201cXi trid minni? Xi triq g\u0127andi nie\u0127u?\u201d\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<h6 style=\"text-align: justify;\"><strong>10. Kunu fer\u0127anin<\/strong><\/h6>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-veru Nisrani, jg\u0127id il-Papa, inixxi fer\u0127 kbir.\u00a0 Hu jg\u0127id li \u201cjekk irridu li jkollna dan il-fer\u0127 g\u0127alina biss, fl-a\u0127\u0127ar jimrad\u201d. Tant hu importanti l-fer\u0127 g\u0127alih, li l-ewwel e\u017cortazzjoni apposolika tieg\u0127u, l-ewwel dokument prin\u010bipali li kiteb, kellu t-titlu &#8220;<em><a href=\"http:\/\/www.vatican.va\/evangelii-gaudium\/en\/index.html\" target=\"_blank\">Evangelii Gaudium<\/a><\/em>&#8221; (Il-fer\u0127 tal-Van\u0121elu).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cXi drabi dawn l-Insara mdejqa g\u0127andhom wi\u010b\u010b ta\u2019 b\u017car a\u0127dar fil-\u0127all\u201d u mhux dik ta\u2019 min ikun fer\u0127an u \u0127ajja sabi\u0127a\u201d, qal il-Papa Fran\u0121isku fl-Omelija tal-10 ta\u2019 Mejju.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cImma l-fer\u0127\u201d, \u017cied il-Qdusija Tieg\u0127u, \u201cma jistax jieqaf: hemm b\u017conn li jkompli javanza g\u0127aliex huwa virt\u00f9 pellegrina. Huwa rigal li jimxi, li jimxi fuq itr-triq tal-\u0127ajja, jimxi ma\u2019 \u0120es\u00f9: jippriedka, ixandar lil \u0120es\u00f9, il-fer\u0127, itawwal it-triq u jwess\u00e0 t-triq.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fran\u0121isku jg\u0127id \u201cIn-Nisrani jkanta bil-fer\u0127, u jimxi, u j\u0121orr dan il-fer\u0127.\u201d Ifakkrna li dan il-fer\u0127 g\u0127andu jkun imfisser fl-im\u0127abba lejn g\u0127ajrna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>E\u017cer\u010bizzi tar-Randan 2014 &#8211;\u00a0 Jum 5 \u2013 Il-\u0121img\u0127a 14 ta\u2019 Marzu 2014 Fr. Charles Fenech O.P. \u00a0 Fidi awtentika \u2013 li qatt ma tfittex il-kumdit\u00e0, jew hi individwalista \u2013 timplika <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2791,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[6],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2775"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2775"}],"version-history":[{"count":11,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2775\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2802,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2775\/revisions\/2802"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2791"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2775"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2775"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2775"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}