{"id":2860,"date":"2014-04-05T14:53:06","date_gmt":"2014-04-05T12:53:06","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=2860"},"modified":"2014-04-05T14:54:36","modified_gmt":"2014-04-05T12:54:36","slug":"nohorgu-mill-qabar-prayer-cafe-4-ta-april-2014","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/nohorgu-mill-qabar-prayer-cafe-4-ta-april-2014\/","title":{"rendered":"\u201cNo\u0127or\u0121u mill-Qabar\u201d \u2013 Prayer Caf\u00e9: 4 ta\u2019 April 2014"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">\u201cDan il-van\u0121elu jurina li \u0120esu jrid jo\u0127ro\u0121na mill-qabar tag\u0127na\u201d, b\u2019dan il-kliem Fr Charles Fenech beda l-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e8 il-\u0120img\u0127a 4 ta\u2019 April wara li nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss mill-Van\u0121elu ta San \u0120wann kapitlu 11, versi 1 sa 45. \u201cDan il-van\u0121elu jirraprezenta \u0127afna episodji minn \u0127ajjitna\u201d, kompla Fr Charles. Naraw il-qawwa ta\u2019 \u0120esu ta\u0127dem f\u2019\u0127ajjitna u letteralment jo\u0127ro\u0121na mill-qabar ta\u2019 mumenti iebsa f\u2019\u0127ajjitna, minn xi depression, minn mumenti ta\u2019 vojt spiritwali, etc. Forsi dan ir-Randan laqtek xi vers waqt xi omelija, waqt xi rtir jew f\u2019xi konferenza i\u017cda jibqa\u2019 biss vers \u0121o mo\u0127\u0127ok, ma tag\u0127milx il-pass li jmiss ma ti\u010b\u010baqlaqx \u2013 tibqa\u2019 mwa\u0127\u0127al fejn kont \u2013 tibqa\u2019 fil-qabar tieg\u0127ek.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-van\u0121elu hu mimli b\u2019ritratti li jg\u0127inuna nifhmu aktar lil \u0120esu. Meta sema\u2019 li miet Lazzru telaq g\u0127al \u0127dejh, meta wasal \u0127dejn il-qabar \u2013 \u0120esu beka &#8211; \u0120esu \u0127ass n-niket tal-firda tal-mewt b\u0127alna \u2013 huwa sentiment normali li wie\u0127ed jibki waqt funeral.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Martha, o\u0127t il-mejjet meta \u0120esu ordna li titne\u0127\u0127a l-\u0121ebla minn quddiem il-qabar \u00a0qaltlu <i>\u201c \u2018Mulej issa beda jintenn, \u0121a ilu erbat ijiem mejjet.\u2019 \u201d<\/i> Din hi l-istess rejazzjoni tag\u0127na, tag\u0127na li mmorru l-knisja; tag\u0127na li suppost nemmnu; li minkejja li nafu li \u0120esu jista\u2019 jag\u0127mel affarijiet kbar, meta ni\u0121u g\u0127al fatti ne\u0127lu. Nitolbu g\u0127al miraklu&#8230; pa\u010bi fil-familja&#8230; bidla fir-ra\u0121el&#8230; bidla fil-mara&#8230; imma ma nemmnux li se jinbidlu; b\u0127al l-istorja ta\u2019 mara li quddiem it-tieqa ta\u2019 kamritha kien hemm muntanja u \u0127abba fiha ma kienx jid\u0127lilha d-dawl tax- xemx u lill-Mulej talbitu: \u2018Mulej ne\u0127\u0127ili din il-muntanja imma naf li mintiex se tne\u0127\u0127iha!\u2019. \u2018Mela g\u0127alfejn qeg\u0127da titlobni?\u2019 we\u0121ibha l-Mulej. Din l-istorja tirrifletti lilna meta nitolbu g\u0127al xi ser\u0127an minn xi problema i\u017cda \u0121o fina n\u0127ossu li m\u2019a\u0127niex se naraw ser\u0127an minn din il-problema. Mela fejnha l-fidi tag\u0127na? It-talb tag\u0127na, kompla Fr Charles, sar qisu x-xiri tag\u0127na minn xi supermarket? Rajt u xtrajt mill-ewwel? Mmorru nitqarbnu, nitolbu ftit u nistennew li mmorru id-dar u l-problemi li tlabna biex jin\u0127allu se nsibuhom ma\u0127lulin! Hekk: switch on &#8211; switch off? \u00a0Meta nitolbu, nipretendu li \u00a0biex ikun se\u0127\u0127 dak li tlabna g\u0127alih irid ise\u0127\u0127 fil-pront, fl-ewwel 24 sieg\u0127a li tlabna g\u0127alih \u2013 u jekk le arana malajr ng\u0127idu \u2018talbi ma jinstemax!\u2019. Dawn huma ere\u017cijiet kbar \u2013 jinstema\u2019 t-talb ta\u2019 kul\u0127add mhux tar-reli\u0121ju\u017ci biss \u2013 jinstema\u2019 t-talb tag\u0127na lkoll g\u0127ax a\u0127na komunita. Irridu nemmnu aktar, Martha li kienet temmen \u0127afna fil-qawwa ta\u2019 \u0120esu wkoll ddubitat. U \u0120esu we\u0121ibha <i>\u201c \u2018Ma g\u0127idtlekx li, jekk temmen, tara l-glorja ta\u2019 Alla?\u2019 \u201d <\/i>Meta nemmnu tassew anke waqt il-mumenti ta\u2019 stennija li jse\u0127\u0127 li tlabna g\u0127alih n\u0127ossu s-ser\u0127an f\u2019qalbna, ser\u0127an li j\u0121ibilna l-pa\u010bi f\u2019qalbna. Minkejja li jkun hemm mumenti li x-xitan jipprova jkissirna. Hawn Fr Charles semma kif Padre Piju kien ji\u0121i attakat mix-xitan anke b\u2019mod fiziku i\u017cda dan g\u0127ax kellu l-pa\u010bi tal-Mulej f\u2019qalbu kien jirnexxilu jorqod seren. Jekk xi \u0127add jaddi ljieli jitqalleb, ljieli bla rqad ja\u0127seb fuq xi problema li laqtitu, irid jag\u0127raf x\u2019hemm \u0127azin f\u2019\u0127ajtu. Qieg\u0127ed jag\u0127mel ir-rieda tieg\u0127u jew tal-Mulej? Qieg\u0127ed i\u0127ott il-\u0127ajt li jridu j\u0127ott il-Mulej jew dak li jrid hu?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-van\u0121elu nsibu <i>\u201cImbag\u0127ad g\u0127ajjat \u2018Lazzru, o\u0127ro\u0121\u2019 U dak li kien mejjet \u0127are\u0121\u201d<\/i>\u00a0 Kemm- il-darba f\u2019\u0127ajjitna kissirna l-\u0121ebla tal-qabar ta\u2019 xi \u0127add li g\u0127addej minn \u017cmien diffi\u010bli b\u2019xi kelma \u2013 tag\u0127tih nifs b\u2019nofs ta\u2019 kelma ta\u2019 \u0121id? Lazzru \u0127are\u0121 wara li xi nies ne\u0127\u0127ew il-\u0121ebla \u2013 tg\u0127id \u0120esu li qajjem lil Lazzru mill-mewt ma setg\u0127ax farrak il-\u0121ebla hu stess? Ried li n-nies jipparte\u010bipaw f\u2019dan il-miraklu. L-istess b\u0127alma jistenna li a\u0127na nag\u0127mlu s-sehem tag\u0127na biex ise\u0127\u0127u l-miraklu fil-\u0127ajja tag\u0127na. Lazzru semg\u0127u lil Mulej isejja\u0127lu. A\u0127na kemm il-darba ma smajnihx? Kemm il-darba rqadna waqt omelija?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Lazzru \u0127are\u0121 mill-qabar u \u0120esu jordna <i>\u201c \u2018 \u0126ollulu l-faxex u \u0127alluh imur.\u2019 \u201d <\/i>\u00a0Il-Mulej qieg\u0127ed jordna lilna lkoll biex in\u0127ollu l-problemi ta\u2019 dawk ta\u2019 madwarna, nibdew minn \u017cwie\u0121na, minn martna, nressqu lil xi \u0127add biered lura lejn il-Knisja. L-evan\u0121elizzazjoni tibda minn djarna, mi\u010b-\u010birku vi\u010bin tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-van\u0121elu mimli vle\u0121\u0121e\u0121 immarkati g\u0127alina lkoll. Ejjew nilqawhom; ejjew nqumu mir-raqda spiritwali li ninsabu fiha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Avvi\u017ci:<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><a href=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/uncategorized-mt\/il-mejda-tkellimna\">Il-Mejda Tkellimna: Mejda tal-Appostli, il-qabar ta&#8217; Kristu u Sepulkru<\/a><\/strong><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u201cDan il-van\u0121elu jurina li \u0120esu jrid jo\u0127ro\u0121na mill-qabar tag\u0127na\u201d, b\u2019dan il-kliem Fr Charles Fenech beda l-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e8 il-\u0120img\u0127a 4 ta\u2019 April wara li nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss mill-Van\u0121elu <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2861,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[34],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2860"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=2860"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2860\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":2865,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/2860\/revisions\/2865"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2861"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=2860"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=2860"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=2860"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}