{"id":3015,"date":"2014-05-03T10:52:31","date_gmt":"2014-05-03T08:52:31","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/uncategorized-mt\/ngharfu-lill-gesu-2"},"modified":"2014-05-03T11:03:45","modified_gmt":"2014-05-03T09:03:45","slug":"ngharfu-lill-gesu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ngharfu-lill-gesu\/","title":{"rendered":"Ng\u0127arfu lill-\u0120es\u00f9 &#8211; Prayer Caf\u00e9: 2 ta\u2019 Mejju 2014"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Fil-laqg\u0127a ta\u2019 Prayer Cafe \u0121ie maqruh u diskuss <a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/ghemmaws-il-mixja-sal-girja-it-3-hadd-tal-ghid-sena-a-4-ta-mejju-2014\">il-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej<\/a>. Din id-darba huwa mehud minn San Luqa 24:13-35. Dan il-van\u0121elu, beda Fr Charles, juri l-\u0127ajja tag\u0127na bid-dettalji kollha tag\u0127ha. Il-van\u0121elji tal-G\u0127id huma kollha sbieh \u2013\u00a0 fihom irridu naraw lilna nfusna fl-appostli u minnhom irridu naraw kif se niksbu l-fer\u0127 veru. F\u2019dan il-van\u0121elu irridu ng\u0127arfu kif San Luqa ried ifisser lill-komunita nisranija ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien t-triq li twassalna biex nitaqg\u0127u ma \u0120es\u00f9. Kultant nisimg\u0127u \u0127afna kliem i\u017cda x\u2019\u0127in ni\u0121u g\u0127al fatti ne\u0127lu. Nisimg\u0127u \u0127afna dwar u fuq \u0120es\u00f9, nimxu ma \u0120es\u00f9\u0120esu \u2013 mmorru laqg\u0127at b\u0127al dawn, immorru l-quddies,\u00a0 kompla Fr Charles, i\u017cda nibqg\u0127u mwa\u0127\u0127lin fejn inkunu. Kultant naqg\u0127u f\u2019medjokrita \u2013 m\u2019hemm xejn li j\u0127e\u0121\u0121i\u0121na fil-\u0127ajja spiritwali tag\u0127na. Irridu nqumu fuq tag\u0127na, irridu no\u0127or\u0121u mill-qabar tag\u0127na. F\u2019dan il-van\u0121elu mhux biss naraw il-mixja tad-dixxipli lejn Emmaws i\u017cda naraw ukoll ir-ritorn tag\u0127hom lejn \u0120erusalemm. Il-van\u0121elu jg\u0127idilna li <em>\u201cG\u0127emmaws kien sittin stadju \u2019l bog\u0127od minn \u0120erusalemm\u201d<\/em> dan kien ekkwivalenti g\u0127al 11 kilometru, mixja twila mhux \u0127a\u017cin li matulha \u0120es\u00f9\u00a0deher lil dawn i\u017c-zew\u0121 dixxipli msemmija u tul id-distanza kollha tkellmu flimkien fuq l-Iskrittura u l-\u0121rajjiet li kienu qeg\u0127din ise\u0127\u0127u. Kwazi tidher tad-da\u0127k li wara 11 il kilometru, d-dixxipli li g\u0127exu mieg\u0127u dak i\u017c-\u017cmien kollu jistaqsuh: <em>\u201c Inti wa\u0127dek f\u2019\u0120erusalemm il-barrani li ma tafx x\u2019\u0121ara hemmhekk f\u2019dawn il-jiem? \u201d<\/em> Dan l-istess b\u0127al meta a\u0127na mmorru l-quddies u nibqg\u0127u ng\u0127ixu \u0127ajja normali, ma ninbidlux. \u0120es\u00f9\u00a0jimxi mag\u0127na f\u2019kull \u0127in ta\u2019 \u0127ajjitna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta mmorru l-quddies, nisimg\u0127u fuq \u0120es\u00f9\u00a0qisna d-dixxipli ta\u2019 \u0120\u0127emmaws li g\u0127alkemm semg\u0127u lil \u0120es\u00f9\u00a0tul il-11 il-kilometru ma nbidel xejn fihom tant li baqg\u0127u ma g\u0127arfux min kien. Noqg\u0127odu attenti, wissina Fr Charles, li ma ji\u0121rilniex l-istess, li f\u2019\u0127ajjitna nibqg\u0127u ma ng\u0127arfux lil \u0120esu sa l-a\u0127\u0127ar ta\u2019 \u0127ajjitna. <strong>Nkunu g\u0127arafna lil \u0120es\u00f9\u00a0meta ng\u0127amlu dak li jg\u0127idilna Hu<\/strong>. Mela noqg\u0127odu attenti li ma nserr\u0127ux mo\u0127\u0127na g\u0127ax immorru l-quddies. Dan ma jfisser xejn. <strong>Li timxi ma \u0120es\u00f9\u00a0jfisser li tag\u0127mel dak li jg\u0127idlek Hu anke meta jg\u0127idilna nin\u017cabru xi ftit. <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Id-dixxipli ta\u2019 G\u0127emmaws, x\u2019\u0127in waslu fl-a\u0127\u0127ar tal-vja\u0121\u0121 stiednu lil \u0120es\u00f9\u00a0b\u0127ala foristier g\u0127ax baqg\u0127u ma g\u0127arfux lil \u0120esu. Qalulu \u201c<i>Ibqa\u2019 mag\u0127na, g\u0127ax issa sar \u0127afna \u0127in u l-jum wasal biex jispi\u010b\u010ba<\/i>.\u201d Kienet stedina lil dak li mexa mag\u0127hom g\u0127aliex l-vja\u0121\u0121 spi\u010b\u010ba, g\u0127aliex g\u0127eja, g\u0127aliex kien qieg\u0127ed jidlam. U d-dalma tfisser l-bi\u017ca\u2019, l-qtug\u0127 ta\u2019 qalb. Mbag\u0127ad se\u0127\u0127 il-miraklu u nteb\u0127u li dak li kien mag\u0127hom kien \u0120es\u00f9\u00a0meta Hu qasam il-\u0127ob\u017c mag\u0127hom nfet\u0127u g\u0127ajnejhom, g\u0127arfu lil \u0120es\u00f9. Din hija twissija g\u0127alina lkoll, qal Fr Charles. Kemm nikkon\u010bentraw fuq l-Ewkaristija a\u0127na u telg\u0127in g\u0127at-tqarbin? Xi tfisser l-Ewkaristija g\u0127alina? X\u2019inhi r-rejazzjoni tag\u0127na x\u2019\u0127in l-Ostja tmiss ma jdejna, x\u2019\u0127in tmiss ma lsienna? Nag\u0127mluha b\u0127ala drawwa biss u kollox jibqa\u2019 g\u0127addej. Il-mixja tag\u0127na tista\u2019 tkun il-mixja tag\u0127na lejn l-artal biex nir\u010bievu l-Ostja u kollox jibqa\u2019 l-istess. Jista\u2019 jkun li meta nir\u010bievu l-ostja tkun biss slot fil-\u0127ajja tag\u0127na u ma jinbidel xejn f\u2019\u0127ajjitna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta d-dixxipli g\u0127arfu lil \u0120es\u00f9\u00a0dan g\u0127eb minn quddiem g\u0127ajnejhom. Imma g\u0127ax g\u0127arfu min kien \u0120es\u00f9\u00a0nsew l-ikel, insew il-bi\u017cg\u0127a tag\u0127hom minn kull periklu li jistg\u0127u jiltaqg\u0127u mieg\u0127u matul it-triq u re\u0121g\u0127u marru lura lejn \u0120erusalemm bl-a\u0127bar li \u0120esu qam lid-dixxipli l-o\u0127ra. A\u0127na g\u0127andna nkunu l-istess \u0127abbara tal-bxara t-tajba lill-familji tag\u0127na, fuq il-postijiet tax-xog\u0127ol, u lil dawk ta\u2019 madwarna. Hemm nidhru li a\u0127na dixxipli ta\u2019 \u0120esu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn Fr Charles semma dak li qal Papa Fran\u0121isku fil-kanonizazzjoni tal-Papa \u0120wanni XXIII u l-Papa \u0120wanni Pawlu II, se sse\u0127\u0127 nhar il-\u0126add 27 t\u2019 April, dawn i\u017c-\u017cew\u0121 Papiet bi storja differenti u li f\u2019mumenti iebsin kemm fis-so\u010bjeta u kif ukoll fil-knisja g\u0127arfu jwettqu r-rieda t\u2019Alla u j\u0121ibu terremot ta\u2019\u00a0 bidliet akkost li kellhom \u0127afna ostakli biex iwettqu \u0127idmiethom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na ukoll nistg\u0127u nag\u0127mlu terremot bl-eg\u0127mil tag\u0127na ta\u2019 kuljum.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fr Charles Fenech spi\u010b\u010ba l-laqg\u0127a b\u2019dawn il-mistoqsijiet.<\/p>\n<ul>\n<li>Id-dixxipli ta\u2019 G\u0127emmaws qalu \u201c \u2018Ma kenitx m\u0127e\u0121\u0121a qalbna \u0121ewwa fina waqt li kien qieg\u0127ed ikellimna fit-triq u jfissrilna l-Iskrittura?\u2019 \u201d<\/li>\n<li>X\u2019inhi r rejazzjoni tag\u0127na meta nisimg\u0127u jew meta naqraw l-Iskrittura Mqaddsa?<\/li>\n<li>B\u0127ala nsara qeg\u0127din n\u0127ossu l-fer\u0127 anke ma \u0127add ie\u0127or? Jew il-fer\u0127 insibuh fid-divertivement?<\/li>\n<li>X\u2019inhu j\u0121iblina l-fer\u0127 f\u2019\u0127ajitna, l-Ostja li nir\u010bievu jew l-flus li naqilg\u0127u,jew bl-affarijiet materjali li jista jkollna?<\/li>\n<li>Importanti li a\u0127na lkoll ng\u0127arfu li l-G\u0127id huwa tfittxija g\u0127al dan il-fer\u0127.<\/li>\n<\/ul>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-laqg\u0127a ta\u2019 Prayer Cafe \u0121ie maqruh u diskuss il-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej. Din id-darba huwa mehud minn San Luqa 24:13-35. Dan il-van\u0121elu, beda Fr Charles, juri l-\u0127ajja tag\u0127na bid-dettalji kollha <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3014,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3015"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3015"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3015\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3018,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3015\/revisions\/3018"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3014"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3015"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3015"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3015"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}