{"id":3315,"date":"2014-09-20T20:05:05","date_gmt":"2014-09-20T18:05:05","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3315"},"modified":"2014-09-20T20:05:05","modified_gmt":"2014-09-20T18:05:05","slug":"skont-kelmtek-jew-skont-kelmti-prayer-cafe-19-ta-settembru-2014","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/skont-kelmtek-jew-skont-kelmti-prayer-cafe-19-ta-settembru-2014\/","title":{"rendered":"Skont kelmtek jew skont kelmti? \u2013 Prayer Caf\u00e9: 19 ta\u2019 Settembru 2014"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"font-size: 14px; line-height: 1.5em;\">L-Ewwel laqg\u0127a Prayer Cafe g\u0127al din is-sena bdiet b\u2019mer\u0127ba lil dawk prezenti minn membru tal-moviment lajku Kerygma. Wara li nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej, mehud mill-evan\u0121elu skont San Mattew 20:1-16 saru riflessjonijiet fuqu minn Fr. Charles Fenech O.P. direttur tal-Moviment Kerygma.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fr. Charles beda l-laqg\u0127a billi semma li dawn il-laqg\u0127at huma m\u0127ejjija biex jg\u0127inuna nag\u0127mlu sens fil-\u0127ajja tag\u0127na, billi nag\u0127tu spazju g\u0127al \u0120esu f\u2019\u0127ajjitna. Dan nag\u0127mluh meta nimxu u nxandru mieg\u0127u l-Kelma t-Tajba. M\u2019a\u0127niex qaddisin pero rridu nsiru qaddisin billi n\u0127arsu lejn is-sema. Il-van\u0121elu ta\u2019 kuljum g\u0127andu jkun l-<em>SMS<\/em> li nibdew il-\u0121urnata bih. N\u0127allu lill-Mulej ikellimna bil-qawwa kollha tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add mhuwiex fa\u010bli tenna Fr Charles, jekk na\u0127sbu bil-lo\u0121ika umana naqblu li l-\u0127addiema f\u2019din il-parabola kellhom ra\u0121un igergru. Kif nistg\u0127u nifhmu li wie\u0127ed li ja\u0127dem l-a\u0127\u0127ar ftit sieg\u0127at tal-\u0121urnata jaqla\u2019 l-istess ammont ta\u2019 dak li ilu jishar minn bikkri filg\u0127odu! Din il-parabola rridu ne\u0127duha qisha spirtu tal-mel\u0127 li jqaxxrek, irridu nixtarru l-Kelma ta\u2019 \u0120esu biex naslu na\u0127sbu b\u0127alu. F\u2019kelma wa\u0127da <em>\u201c..irridu nag\u0127tu lil ta\u2019 \u010aesari dak li hu ta\u2019 \u010aesari u lil Alla dak li hu t\u2019Alla.\u201d<\/em>F\u2019dan il-van\u0121elu \u0120esu ta d-dinjita lill-\u0127addiema. Bniedem\u00a0 ming\u0127ajr xog\u0127ol huwa bniedem ming\u0127ajr dinjita. Fl-istorja tal-van\u0121elu s-sid\u00a0 mexa b\u2019\u0121ustizzja ma kul\u0127add, ftiehem l-istess prezz ma kul\u0127add \u2013 l-interess tieg\u0127u kien li kul\u0127add jaqla\u2019 xi \u0127a\u0121a , ma jisfruttahomx. Il-\u0127addiema pprotestaw mhux g\u0127ax ma \u0127adux li \u0127aqqhom i\u017cda g\u0127ax kienu mo\u0127\u0127hom fuq l-o\u0127rajn. Jo\u0127ro\u0121 hawn l-egoi\u017cmu u n-nuqqas ta\u2019 solidarjeta li te\u017cisti bejn il-\u0127addiema sal-\u0121urnata tal-llum. A\u0127na wkoll nag\u0127mluh dan meta noqg\u0127odu nqabblu s-sitwazzjoni tag\u0127na ma ta\u2019 \u0127addie\u0127or..imma Mulej g\u0127aliex jien!<\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/09\/Parable-of-the-vineyard-XXI-century_Andrey-Mironov_SMALL.jpg\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" width=\"1024\" height=\"663\" class=\"alignnone size-full wp-image-3285 aligncenter\" alt=\"Parable of the vineyard (XXI century) - Andrey Mironov\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/09\/Parable-of-the-vineyard-XXI-century_Andrey-Mironov_SMALL.jpg\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/09\/Parable-of-the-vineyard-XXI-century_Andrey-Mironov_SMALL.jpg 1024w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/09\/Parable-of-the-vineyard-XXI-century_Andrey-Mironov_SMALL-300x194.jpg 300w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kapa\u010bi nintelqu f\u2019idejn il-Mulej? \u201cHawn jien il-qaddejja tal-Mulej, \u0127a jsir minni&#8230;.\u201du hawn g\u0127andna l-g\u0127a\u017cla\u00a0 <em>skont kelmtek<\/em> jew skont kelmti!!! Huwa hawn li \u0127afna minna ne\u0127lu, kompla Fr Charles. Irridu nitg\u0127allmu nintelqu f\u2019idejn il-Mulej u n\u0127alluh ja\u0127dem fina. G\u0127andna \u0127abta ta\u2019 bnedmin li a\u0127na niggranfaw ma o\u0121\u0121etti jew persuni u na\u0127sbu li se n\u0121orru kollox mag\u0127na la nitilqu minn din il-\u0127ajja. Kemm a\u0127na ppreparati g\u0127all-a\u0127\u0127ar vja\u0121\u0121 tag\u0127na. Jew baqalna x\u2019nirran\u0121aw? JEW se nibqg\u0127u n\u0127arsu lejn \u0127addie\u0127or u ma ni\u010b\u010baqalqux. \u201cG\u0127ax kieku kont Madre Teresa kont&#8230;\u201d; le l-Mulej qieg\u0127ed isejja\u0127 lilek hi x\u2019inhi s-sitwazzjoni tieg\u0127ek&#8230; mara tad-dar&#8230; \u0127addiem&#8230; biex tg\u0127addi l-KELMA TAL-MULEJ lil dawk ta\u2019 madwarek. Fil-van\u0121elu hemm msemmi kif diversi nisa kienu jg\u0127inu lil \u0120esu fil-missjoni tieg\u0127u. Mela toqg\u0127odux tg\u0127idu g\u0127ax a\u0127na nisa tad-dar m\u2019a\u0127niex kapa\u010bi. Kapa\u010bi tg\u0127addu kelma tajba f\u2019\u0127anut, f\u2019supermarket postijiet li Sa\u010berdot ma jistax jil\u0127aq, kompla Fr Charles. Irid ikollna l-<em>guts<\/em> li ng\u0127idu kelma ta\u2019 \u0121id.. ta\u2019 inkora\u0121\u0121iment..inkunu fejn inkunu. Ma nistg\u0127ux nibqg\u0127u n\u0127arsu u nirra\u0121unaw: \u0127addie\u0127or x\u2019kien jag\u0127mel kieku kien flokna?; i\u017cda rridu nintelqu f\u2019idejn il-Mulej u naraw A\u0126NA x\u2019nistg\u0127u nag\u0127mlu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-intervent tieg\u0127u Fr Charles g\u0127amel referenza g\u0127al l-ewwel qari mill-Ktieb ta\u2019 Isaija ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej \u201c Fittxu l-Mulej sakemm tistg\u0127u ssibuh , sej\u0127ulu sakemm hu fil-qrib!\u201d Mela rridu nfittxuh il-\u0127in kollu, mhux b\u2019quddiesa ta\u2019 nhar ta\u2019 \u0126add n\u0127ossu li ne\u0127\u0127ejna l-obbligu ta\u2019 nisrana li a\u0127na. Kemm nag\u0127tuh \u0127in lil Mulej? Ng\u0127idu xi talb <strong>qabel<\/strong> nid\u0127lu fis-sodda? Da\u0127\u0127alna t-talba tar-Ruzarju f\u2019\u0127ajjitna? Meta mmorru l-quddies <strong>nipparte\u010bipaw <\/strong>fiha?.. n\u0127allu l-Kelma t\u2019Alla tid\u0127ol fina qisha xabla li taqta\u2019 b\u2019\u017cew\u0121 tixfar? Il-Mulej ma nsibuhx meta <strong>a\u0127na <\/strong>nibirdu minnu. Fl-Ewkaristija l-Mulej idewwaqna ftit balzmu, spe\u010bjalment meta nir\u010bievuha bis-serjeta ..n\u0127ossuna ftit b\u0127alma \u0127assu Pietru fuq il-muntanja f\u2019Tabor. Wara l-esperjenza li kellhom id-dixxipli ta\u2019 \u0120esu fid-dehra divina tieg\u0127u ma \u0127allihomx hemm fil-kuntentizza tag\u0127hom i\u017cda qalilhom \u201cEjjew nin\u017clu\u201d \u0127a jkomplu l-\u0127idma tag\u0127hom. U hekk a\u0127na rridu nintelqu f\u2019idejn il-Mulej. JEKK il-Mulej mag\u0127na min hu kontra tag\u0127na?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Waqt id-diskussjoni fost punti o\u0127rajn, sar referenza mid-diskors tal-Papa Fran\u0121isku mid-Dar Santa Margerita fit-23 ta\u2019 Jannar. Hu kien qal <i>\u201c L-Insara g\u0127andhom jag\u0127lqu l-bibien g\u0127all-\u0121elosija, l-g\u0127ira u t-tqasqis g\u0127ax dawn jifirdu u jeqirdu l-kommunitajiet tag\u0127na<\/i>.\u201d M\u2019g\u0127andniex noqg\u0127odu n\u0127arsu x\u2019g\u0127andu \u0127addie\u0127or, l-g\u0127ira \u0121ejja mix-xitan. L-g\u0127erq ta\u2019 kull dnub huwa l-bi\u017cg\u0127a li n\u0127ossu fil-fond ta\u2019 qalbna li m\u2019a\u0127na xejn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fr Charles g\u0127alaq il-laqg\u0127a bil-\u0127sieb li a\u0127na rridu nidraw n\u0127arsu bin-nu\u010b\u010bali tal-Mulej u naraw bil-vi\u017cjoni tieg\u0127u. Irridu naraw lil Alla fil-persuna l-o\u0127ra. Irridu nifhmu sew il-kliem li ng\u0127idu fil-Missierna \u201c A\u0127frilna dnubietna b\u0127alma na\u0127fru lil min hu \u0127ati g\u0127alina.\u201d F\u2019din il-parabola nsibu l-\u0121ustizzja, l-ma\u0127fra u l-\u0127las mist\u0127oqq. Alla tag\u0127na hu Alla \u0121ust. A\u0127na rridu nqabdu n-nar f\u2019dawk ta\u2019 madwarna u nwasslu l-Kelma t\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-Ewwel laqg\u0127a Prayer Cafe g\u0127al din is-sena bdiet b\u2019mer\u0127ba lil dawk prezenti minn membru tal-moviment lajku Kerygma. Wara li nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej, mehud mill-evan\u0121elu skont San Mattew 20:1-16 <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3319,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3315"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3315"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3315\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3322,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3315\/revisions\/3322"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3319"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3315"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3315"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3315"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}