{"id":3342,"date":"2014-10-04T13:32:02","date_gmt":"2014-10-04T11:32:02","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3342"},"modified":"2014-10-04T13:41:33","modified_gmt":"2014-10-04T11:41:33","slug":"prayer-cafe-3-tottubru-2014","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-3-tottubru-2014\/","title":{"rendered":"Nag\u0127mlu Frott? &#8211; Prayer Caf\u00e9: 3 t&#8217;Ottubru 2014"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-parabbola tal-\u0121ebla tax-xewka<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019din it-tielet laqg\u0127a, Fr Charles beda biex qal x\u2019valur g\u0127andu li wie\u0127ed jirrifletti l-Van\u0121elu. Huwa qal li wie\u0127ed dejjem ikollu linja ta\u2019 direzzjoni li m\u2019intix tipproponija int imma qed jag\u0127tihielek \u0120es\u00f9. Kompla biex jg\u0127id li f\u2019Malta biss, jintbg\u0127atu mat-tliet miljun SMS kuljum!\u00a0 U\u0127ud li jkunu importanti, u\u0127ud inutli jew tal-vizzju i\u017cda xi kultant nitilfu l-messa\u0121\u0121 l-iktar importanti tal-\u0121urnata li huwa dak li jg\u0127idilna \u0120es\u00f9. Forsi xi drabi insibuha diffi\u010bli minn fejn wie\u0127ed g\u0127andu jibda. Fr Charles issu\u0121\u0121erixxa li wie\u0127ed jista\u2019 jibda mill-Van\u0121elu tal-\u0121urnata, li tista\u2019 ssejja\u0127lu l-SMS li \u0120es\u00f9 jibg\u0127atilna kuljum biex ninbidlu u ni\u0121\u0121eddu.\u00a0 Jekk a\u0127na nag\u0127mlu ftit riflessjoni kuljum fuq il-Van\u0121elu tal-\u0121urnata jkun di\u0121\u00e0 progress f\u2019\u0127ajjitna, g\u0127alkemm mhux dejjem huwa fa\u010bli biex tifhmu jew tinterpretah.\u00a0 Nhar ta\u2019 \u0126add, li huwa Jum il-Mulej, \u0120es\u00f9 jag\u0127tina messa\u0121\u0121 qawwi g\u0127al matul il-\u0121img\u0127a.\u00a0 Il-laqg\u0127at tal-Prayer Caf\u00e8 isiru biex naqsmu esperjenzi \u0127ajja tal-Fidi tag\u0127na u biex dak li nitg\u0127allmu ng\u0127adduh lil o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara li nqara l-Evan\u0121elju skont San Mattew (21: 33-43) Fr Charles qal li l-g\u0127alqa tad-dwieli kienet xi \u0127a\u0121a komuni \u0127afna g\u0127all-poplu ta\u2019 I\u017crael u fil-fatt dan it-terminu jintu\u017ca mill-profeti u mill-kittieba tal-Iskrittura tal-Kotba Sagri u fl-Evan\u0121elji,\u00a0 mija u g\u0127oxrin darba.\u00a0 L-g\u0127alqa tad-dwieli tirreferi g\u0127all-poplu Lhudi, li Alla tant \u0127abb u g\u0127o\u017c\u017c, li \u0127ejjilhom kollox biex jag\u0127mlu frott u frott bil-kotra: \u201c<i>l-g\u0127alqa g\u0127a\u017caqha, naddafha mi\u017c-\u017crar u \u0127awwel fiha dwieli mill-a\u0127jar, bena torri f\u2019nofsa u \u0127affer mag\u0127sar fiha<\/i>\u201d. Dan nistg\u0127u nqabbluh mal-\u0127ajja tag\u0127na ta\u2019 kuljum fejn il-Mulej tag\u0127na kollox biex nkunu nistg\u0127u nikbru fl-im\u0127abba lejH u g\u0127alhekk jistenna l-frott minna.\u00a0 Dan ifisser li Alla jistenna li twettaq il-pro\u0121ett Tieg\u0127u f\u2019\u0127ajtek: inti x\u2019inti, importanti li twettaq ir-rieda t\u2019Alla f\u2019\u0127ajtek. \u00a0Alla qed jag\u0127tina kull g\u0127ajnuna biex inwettqu dan g\u0127alkemm xi kultant ikun hawn min jiddubita minn din l-g\u0127ajnuna u ja\u0127seb li Alla nesih.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Id-dwieli ma jiswew g\u0127al xejn \u0127lief g\u0127all-frott li jag\u0127tu.\u00a0 L-injam u l-frieg\u0127i tad-dwieli huma tajbin biss g\u0127al \u0127ruq jekk ma jag\u0127mlux frott u g\u0127alhekk dielja ming\u0127ajr frott hi bla sens. Hekk hi bla sens il-\u0127ajja tag\u0127na jekk ma na\u0127dmux g\u0127al Alla.\u00a0 Ma jfissirx li noqg\u0127odu l-\u0127in kollu bil-Bibbja f\u2019idejna g\u0127ax anke x-xog\u0127ol li nag\u0127mlu hu tajjeb daqs il-Bibbja.\u00a0 L-importanti kif nag\u0127mlu dan ix-xog\u0127ol: mhux mo\u0127\u0127na kif nil\u0127qu salib in-nies imma biex ng\u0127inuhom jerfg\u0127u s-salib.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fr Charles qal li importanti li nag\u0127tu ka\u017c tal-profeti li l-Mulej jibg\u0127atilna.\u00a0 L-a\u0127\u0127ar profeta fl-Antik Testment kien San \u0120wann il-Battista li qatg\u0127ulu rasu g\u0127ax kixef il-maskri: l-ipokresija tas-so\u010bjet\u00e0.\u00a0 Fl-1992 f\u2019Palermo, Don Pino Puglisi, illum Beatu, kien maqtul mill-mafja g\u0127ax kien ji\u0121bor it-tfal biex jedukhom u jurihom x\u2019inhuma l-valuri.\u00a0 Huwa baqa\u2019 jippersisti avolja kienu jag\u0127mlulu minn kollox biex ma jkomplix.\u00a0 L-istess a\u0127na g\u0127andna nippersistu meta nkunu qed inwettqu xi pro\u0121ett g\u0127al Alla, minkejja li n\u0127ossu lil Satana qed jipprova jkissirna, m\u2019g\u0127andnix n\u010bedu u nitkaxkru mall-kurrent.\u00a0 Kultant a\u0127na stess nistg\u0127u nkunu l-profeti per e\u017cempju fuq il-post tax-xog\u0127ol.\u00a0 A\u0127na g\u0127andna nkunu l-\u0121ebla tax-xewka, dik il-\u0121ebla li torbot il-bini kollu flimkien.\u00a0 Nag\u0127tu e\u017cempju b\u2019dak li ng\u0127idu u b\u2019dak li nag\u0127mlu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad infet\u0127et id-diskussjoni fuq dawn il-mistoqsijiet:<\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\" start=\"1\">\n<li>Qatt \u0127sibna li a\u0127na wkoll dwieli fl-g\u0127alqa tal-Mulej?<\/li>\n<li>B\u0127ala parti mid-dwieli ta\u2019 Kristu, fil-komunit\u00e0 u fil-Knisja, x\u2019tip ta\u2019 frott qeg\u0127din nag\u0127tu?<\/li>\n<li>Qeg\u0127din in\u0127e\u0121\u0121u nies \u0121odda isiru parti mill-komunit\u00e0 tag\u0127na?<\/li>\n<li>Kemm vokazzjonijiet \u0121odda nibtu f\u2019dawn l-a\u0127\u0127ar g\u0127oxrin sena?<\/li>\n<li>A\u0127na dwieli fl-g\u0127alqa tal-Mulej?<\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\">Minn fost in-nies li kien pre\u017centi issemmew dawn il-punti:<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Li a\u0127na qeg\u0127din fl-g\u0127alqa tal-Mulej bil-fer\u0127 imma fiha x-xewk ukoll<\/li>\n<li>A\u0127na mimlijin bi problemi u inkwiet f\u2019\u0127ajjitna, i\u017cda meta niffa\u010bjawhom bil-g\u0127ajnuna tal-Mulej, il-problemi jie\u0127du xg\u0127ira differenti<\/li>\n<li>Intqal li kif qed itenni Papa Fran\u0121isku, il-problemi ta\u2019 madwarna spe\u010bjalment dawk tal-familja, jintg\u0127elbu biss bit-talb u s sagrifi\u010b\u010bju.<\/li>\n<li>Kemm hu importanti li jekk fil-\u0127ajja hemm xi \u0127a\u0121a importanti li rridu naslu g\u0127aliha hija biss bit-talb u s-sawm.<\/li>\n<li>Kemm hu importanti li nfittxu lil xulxin g\u0127at-talb.<\/li>\n<li>Kemm hu importanti li qatt ma ninqatg\u0127u minn mad-dielja.<\/li>\n<li>Kemm hija importanti r-responsabbilt\u00e0 tal-\u0121enituri biex fil-familja jitolbu flimkien.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a li jmiss issir nhar il-\u0121img\u0127a 10 t\u2019Ottubru 2014. Narawkom hemm.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-parabbola tal-\u0121ebla tax-xewka F\u2019din it-tielet laqg\u0127a, Fr Charles beda biex qal x\u2019valur g\u0127andu li wie\u0127ed jirrifletti l-Van\u0121elu. Huwa qal li wie\u0127ed dejjem ikollu linja ta\u2019 direzzjoni li m\u2019intix tipproponija int <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3347,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3342"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3342"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3342\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3349,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3342\/revisions\/3349"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3347"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3342"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3342"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3342"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}