{"id":3358,"date":"2014-10-11T17:29:30","date_gmt":"2014-10-11T15:29:30","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3358"},"modified":"2014-10-11T17:52:14","modified_gmt":"2014-10-11T15:52:14","slug":"3358","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/3358\/","title":{"rendered":"Stedina! &#8211; Prayer Caf\u00e9: 10 t&#8217;Ottubru 2014"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Fr. Charles beda l-laqg\u0127a ta\u2019 Prayer Caf\u00e9 l-biera\u0127 billi sa\u0127aq kemm hu importanti li a\u0127na n\u0127allu lil Mulej jismag\u0127na bis-serjet\u00e0 u kemm huwa importanti \u00a0li a\u0127na \u00a0n\u0127allu spazju li fih nisimg\u0127u l-Mulej. Din mhijiex xi \u0127a\u0121a fa\u010bli fil-\u0127ajja mg\u0127a\u0121\u0121la ta\u2019 kuljum. Il-Mulej, kif jg\u0127idilna l-profeta Elija jista\u2019 jkellimna kemm f\u2019\u017ciffa \u0127elwa u kif ukoll f\u2019riefnu qawwi. Il-mod kif se nikkomunikaw mieg\u0127u rridu nsibuh a\u0127na &#8211; kul\u0127add bil-mod tieg\u0127u.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Wara li nqara l-Van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add mill-Evan\u0121elju skont San Mattew 22:1-4, Fr. Charles spjega li din il-parabola tal-festa tat-tie\u0121 hija s-sej\u0127a li l-Mulej qieg\u0127ed jag\u0127mel lil kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna <em><strong>kuljum<\/strong><\/em><b>,<\/b> stedina mhux biss biex nipparte\u010bipaw fl-Ewkaristija ta\u2019 kuljum i\u017cda lkoll rridu naslu li nifhmu tassew il-Mulej xi jrid minna. Irridu nitg\u0127allmu lkoll nintelqu f\u2019idejH. Ma rridux n\u0127allu li r-rabja, l-g\u0127ejja u affarijiet o\u0127ra li niltaqg\u0127u mag\u0127hom kuljum i\u0127arbtuna milli nindunaw li l-Mulej qieg\u0127ed ikellimna, kultant anke b\u2019xi disgrazzja li ng\u0127addu minna.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Kultant, kompla Fr. Charles, affarijiet li drajnihom jew a\u0127jar g\u0127ax is-suq bellag\u0127homna, isiru l-Van\u0121elu u l-Van\u0121elu ma jibqax Van\u0121elu. Li jg\u0127idilna \u0120es\u00f9 n\u0121ebbduh minn hawn u minn hemm biex na\u010b\u010bettaw biss dak li jog\u0127\u0121obna imma mbag\u0127ad nibilg\u0127u kull lixka\u00a0 li joffrielna l-kummer\u010b u l-media. E\u017cempju ta\u2019 dan hija l-festa tal-Halloween \u2013 festa pagana li s-suq seraq l-im\u0127u\u0127 u r-ra\u0121unament biha. Hija festa li b\u0127ala nsara m\u2019g\u0127andniex ni\u010b\u010belebrawha.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Biex n\u0127ossuna intimi mal-Mulej irridu n\u0127allu \u0127in g\u0127aliH. Hawn Fr. Charles semma rakkont ta\u2019 kif wie\u0127ed ma baqax imur quddies. Dan darba l-\u0126add qam bla aptit li jmur u ma marx, il-\u0126add ta\u2019 wara l-istess u minn hemm baqa\u2019 dejjem jitraskura aktar, sakemm wasal li ma baqax i\u0127oss intimita mal-Mulej u minn hemm sar qisu xejn m\u2019hu xejn. Irridu nag\u0127mlu \u0127in g\u0127al Mulej.. u g\u0127alhekk dawn il-laqg\u0127at huma importanti \u2013 importanti li flimkien in\u0127ossuna dixxipli ta\u2019 \u0120es\u00f9. Madre Tereza kienet tg\u0127id tipprovax tkun Madre Tereza, kun dixxiplu tal-Mulej int fejn int \u2013 DIK hi l-g\u0127alqa tad-dixxipulat tieg\u0127ek. Irridu nwasslu l-Kelma ta\u2019 \u0120es\u00f9 lill-familja tag\u0127na, lil dawk li niltaqg\u0127u mag\u0127hom kuljum. Biex nitqawwew irridu nin\u017cabru ta\u2019 spiss billi nu\u017caw is-sagrament tal-qrar. B\u0127ala poplu Malti \u0127add ma jg\u0127addina fil-karit\u00e0 li nag\u0127tu. Il-Papa San \u0120wanni Pawlu II, waqt quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellie\u0127a g\u0127all-missjunarji Maltin u l-\u0121enituri tag\u0127hom kien qal li a\u0127na l-Maltin poplu \u017cg\u0127ir b\u2019qalb kbira.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">[pullquoteright] \u201c<em>Il-Knisja trid tkun il-post tal-\u0127niena mog\u0127tija b\u2019xejn fejn kul\u0127add jista\u2019 j\u0127ossu milqug\u0127, ma\u0127bub, ma\u0127fur u m\u0127e\u0121\u0121e\u0121 jg\u0127ix skont il-\u0127ajja tajba tal-van\u0121elu.\u201d <\/em>Papa Fran\u0121isku[\/pullquoteright]Fra\u017ci li tg\u0127o\u0121ob lil Fr. Charles hi: A<i>\u0127na lkoll sptar tal-midinbin. <\/i>Kul\u0127add irid jirran\u0121a xi \u0127a\u0121a. Anke fil-knisja tag\u0127na, fil-komunitajiet tat-talb, irridu nirran\u0121aw l-attitudni tag\u0127na. Irridu nnaqsu t-tqasqis, kif iwissi ta\u2019 spiss il-Papa Fran\u0121isku. Irridu nitg\u0127allmu nkunu ta\u2019 appo\u0121\u0121 fil-Knisja tag\u0127na ma xulxin. Ommijiet jappo\u0121\u0121jaw ommijiet o\u0127ra, laj\u010bi jappo\u0121\u0121jaw sa\u010berdoti, studenti lil studenti, studenti lill-g\u0127alliema..nkunu ta\u2019 solidarjeta lejn xulxin. B\u0127ala nsara g\u0127andna rwol importanti li ng\u0127inu lil xulxin. Irridu nitg\u0127allmu ng\u0127inu lil kul\u0127add mhux nag\u0127\u017clu lil min narawh simpatiku jew lil min nafu li g\u0127ada se jg\u0127in lilna. Dan il-Van\u0121elu, fakkarna Fr. Charles, huwa stedina G\u0126ALINA LKOLL LLUM int min int \u2013 int fejn int.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Importanti li nkunu dixxipli g\u0127ax irridu \u2013 immorru l-quddies biex nipparte\u010bipaw fi\u010b-\u010belebrazzjoni Ewkaristika. Ma rridux inkunu b\u0127all-mistieden li g\u0127alkemm mar g\u0127al festa tat-tie\u0121, ma libisx il-libsa tat-tie\u0121! Dan jista\u2019 ji\u0121ri lilna wkoll meta mmorru l-quddies bla \u0127e\u0121\u0121a \u2013 biex inne\u0127\u0127u l-obbligu. Ir-reli\u0121jon trid tkun xi \u0127a\u0121a minn \u0121ewwa. Noqog\u0127du attenti g\u0127ax \u201c\u0126AFNA HUMA L-IMSEJ\u0126IN, IMMA FTIT IL-MAG\u0126\u017bULIN\u201d !!<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Wara nfet\u0127et id-diskussjoni fejn \u0121ew diskussi l-mistoqsijiet \u2013<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Kemm il-stedina rrifjutajna minn \u0120esu?<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">F\u2019\u0127ajjitna nsibuha ta\u2019 dwejjaq li rridu naraw x\u2019irid minna \u0120es\u00f9 KONTINWAMENT?<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Il-laqg\u0127a tkompliet b\u2019riflessjoni mil-ktieb \u201cIl-Fer\u0127 tal-Van\u0121elu\u201c tal-Papa Frangisku.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\"><em>&#8220;Il-Knisja trid tkun il-post tal-\u0127niena mog\u0127tija b\u2019xejn fejn kul\u0127add jista\u2019 j\u0127ossu milqug\u0127, ma\u0127bub, ma\u0127fur u m\u0127e\u0121\u0121e\u0121 jg\u0127ix skont il-\u0127ajja tajba tal-van\u0121elu. \u00a0&#8220;<\/em><\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">Il-laqg\u0127a ng\u0127alqet bit-talba tal-Missierna.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #888888;\">N\u0126E\u0120\u0120E\u0120 LILEK LI QIEG\u0126ED TAQRA DAN IL-BLOG TING\u0126AQAD MAG\u0126NA NHAR IL-\u0120IMG\u0126A FIS 7 TA\u2019 FILG\u0126AXIJA \u0126ALLI TAQSAM DIN L-ESPERJENZA TA\u2019 FER\u0126 MAG\u0126NA. Narawk : )<\/span><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fr. Charles beda l-laqg\u0127a ta\u2019 Prayer Caf\u00e9 l-biera\u0127 billi sa\u0127aq kemm hu importanti li a\u0127na n\u0127allu lil Mulej jismag\u0127na bis-serjet\u00e0 u kemm huwa importanti \u00a0li a\u0127na \u00a0n\u0127allu spazju li fih <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3363,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3358"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3358"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3358\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3368,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3358\/revisions\/3368"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3363"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3358"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3358"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3358"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}