{"id":3442,"date":"2014-10-25T22:45:48","date_gmt":"2014-10-25T20:45:48","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/uncategorized-mt\/ghix-il-fidi-hobb-prayer-cafe-24-tottubru-2014-2"},"modified":"2014-10-25T23:02:26","modified_gmt":"2014-10-25T21:02:26","slug":"ghix-il-fidi-hobb-prayer-cafe-24-tottubru-2014","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ghix-il-fidi-hobb-prayer-cafe-24-tottubru-2014\/","title":{"rendered":"G\u0127ix il-fidi: \u0126OBB \u2013 Prayer Caf\u00e9: 24 t\u2019Ottubru 2014"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Fil-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej nsibu mistoqsija: \u201cMg\u0127allem liema huwa l-kmandament il-kbir fil-Li\u0121i?\u201d A\u0127na forsi nistaqsu, g\u0127aliex saret lil \u0120esu? Hekk beda Fr Charles il-laqg\u0127a ta\u2019 Prayer Cafe fl-24 t\u2019Ottubru. Huwa kompla billi qal li din il-mistoqsija mill-ewwel i\u0121ibilna f\u2019mo\u0127\u0127na l-g\u0127axar kmandamenti. Hawn stedinna biex nirriflettu na\u0127sbux li hemm xi kmandament li \u00a0hu aktar importanti mill-o\u0127rajn? \u0126afna drabi, tenna Fr Charles Fenech, fil-mentalita tag\u0127na n\u0127ossu li l-aktar wie\u0127ed importanti hu dak fuq is-sesswalit\u00e0. Dan huwa \u017cbaljat . Huma kollha mportanti ndaqs.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Filwaqt li fil-\u0121urnata tal-llum qeg\u0127din nitkellmu dwar g\u0127axar kmandamenti; fi \u017cmien \u0120esu kien hemm 613-il wie\u0127ed xi j\u0127arsu. \u0126afna minnhom kienu rqaqat tal-li\u0121i li ridt tkun taf fid-dettal. \u0120esu u d-dixxipli tieg\u0127u kienu ji\u0121u kritikati \u0127afna drabi g\u0127aliex ma kienux josservaw l-irqaqat kollha tal-li\u0121i; b\u0127al per e\u017cempju ma kienux i\u0127allsu t-taxxa tan-nanieg\u0127 jew g\u0127aliex ma kienux ja\u0127slu jdejhom qabel l-ikel. U \u0120esu kien je\u0127odha kontra l-ipokrezija tal-kittieba u tal-Fari\u017cej li g\u0127alkemm kienu jsegwu l-li\u0121ijiet sa l-i\u010bken dettal, ma kienux isegwu l-akbar li\u0121i dik li trid <strong>\u201c<em>T\u0127obb lil Alla tieg\u0127ek b\u2019qalbek kollha, b\u2019ru\u0127ek kollha u b\u2019mo\u0127\u0127ok kollu\u201d. <\/em><\/strong>Dawn is-613 il-kmandament kollha \u0120esu \u0121abarhom fi <strong><em>tnejn.<\/em><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u2019dawn i\u017c-\u017cew\u0121 sisien irridu niffurmaw il-mixja ta\u2019 \u0127ajjitna. <strong><em>Irridu noqog\u0127du attenti li l-\u0127ajja tag\u0127na ma tkunx \u0127ajja ta\u2019 devozzjonijiet biss imma trid tkun \u0127ajja ta\u2019 g\u0127ixien tal-fidi.<\/em><\/strong> Din hi wa\u0127da mill-akbar kritika li rridu nag\u0127mlu fuqna nfusna b\u0127ala Maltin. A\u0127na poplu li fil-fond ta\u2019 qalbna kul\u0127add i\u0127obb il-knisja. Pero a\u0127na nies ta\u2019 devo\u017c\u017cjonali\u017cmu kbir JEW nies ta\u2019 fidi kbira? E\u017cempju ta\u2019 dan huwa li g\u0127alkemm l-attendenza tal-quddies ni\u017clet, xorta fil-jum tad-Duluri madwar 80 fil-mija tal-Maltin g\u0127adhom jie\u0127du sehem; kemm fil-quddies ta\u2019 dak inhar u kif ukoll fil-pur\u010bissjoni li ssir filg\u0127axija f\u2019\u0127afna postijiet. DIN hi devozzjoni, spjega Fr Charles, \u0127a\u0121a tajba minnha fiha pero importanti \u0127afna li nag\u0127mlu distinzjoni bejn devozzjoni u fidi. Ilkoll kemm a\u0127na rridu nag\u0127tu kas tal-fidi tag\u0127na u mhux g\u0127al irqaqat tad-devozzjonijiet. <strong><em>A\u0127na fuq il-post tax-xog\u0127ol, id-dar, fit-triq, fis-so\u010bjet\u1f70 kemm tassew qeg\u0127din nag\u0127tu xhieda tal-fidi tag\u0127na?<\/em><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Fidi tinqasam f\u2019\u017cew\u0121 partijiet \u2013 \u0126obb lil Alla u \u0127obb lil g\u0127ajrek b\u0127alek nnifsek. Hawnhekk g\u0127andna o\u010bejan kbir u importanti li lkoll ng\u0127umu fih u mhux na\u0127arbu minnu, kompla Fr Charles fl-ispjega tieg\u0127u. Dan il-van\u0121elu jag\u0127mlilna sfida \u2013 Alla min hu g\u0127alina? Bih u ming\u0127ajru ng\u0127addu xorta? Qeg\u0127din ng\u0127ixu verament fuq il-valuri t\u2019Alla jew qeg\u0127din nqablu fejn jaqblilna? Jekk niltaqg\u0127u ma problema d-dar jew\u00a0 fuq ix-xog\u0127ol, kif se nsolvuha? Irridu ng\u0127elbu l-egoi\u017cmu tag\u0127na biex nibdew na\u0127sbuha b\u0127al Alla. F\u2019sitwazzjoni diffi\u010bli li nsibu ru\u0127na fiha nistaqsu \u201cKieku kien ALLA flokna x\u2019kien jag\u0127mel f\u2019din is-sitwazzjoni?\u201d Din l-attitudni ma ti\u0121iex wa\u0127idha i\u017cda ti\u0121i bit-<em>training <\/em>\u2013 dawn il-laqg\u0127at (Prayer Caf\u00e8) huma parti minn dan it-<em>training<\/em>. Mhix fa\u010bli li to\u0127ro\u0121 mill-qoxra umana u tid\u0127ol fil-qoxra t\u2019Alla. Irridu nitg\u0127allmu na\u0127sbu bil-lo\u0121ika Divina u mhux bil-lo\u0121ika umana.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">San Girgor kien jg\u0127id li a\u0127na lanqas a\u0127na kapa\u010bi nikkon\u010bentraw fuq it-talba tal-Missierna waqt quddiesa g\u0127ax mo\u0127\u0127na mxerred w i\u017cjed w i\u017cjed meta jkollna problema, mo\u0127\u0127na aktar jkun mxerred g\u0127ax ikun qieg\u0127ed fi stat ta\u2019 paniku jew jibda ja\u0127dem bl-egoi\u017cmu tag\u0127na li ma j\u0127alliniex naraw. B\u0127al wie\u0127ed f\u2019rabja ma jqisx dak li jg\u0127id.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn inqara l-van\u0121elu tat-30 \u0126add ta\u2019 matul is-sena \u2013 mehud mill-Van\u0121elu ta\u2019 San Mattew, Kapitlu 22, Versi 34 sa 40.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0126OBB, \u0126OBB, \u0126OBB&#8230; jekk nag\u0127mlu e\u017cami tal-kuxjenza tag\u0127na nfusna , stqarr Fr Charles, jkollna nammettu li diffi\u010bli ng\u0127addu minn dan it-test. <strong><em>\u0126OBB LIL ALLA TIEG\u0126EK B\u2019QALBEK KOLLHA, B\u2019MO\u0126\u0126OK KOLLU U B\u2019RU\u0126EK KOLLHA<\/em><\/strong>&#8230;a\u0127na kapa\u010bi nqeg\u0127du l Alla qabel uliedna?&#8230; qabel ir-ra\u0121el jew il-mara tag\u0127na?&#8230; kemm qeg\u0127din in\u0127obbuH lil Alla? Kemm hu diffi\u010bli li t\u0127obb lil min m\u2019a\u0127niex naraw u lanqas immissu? Imbag\u0127ad nsibu <strong><em>\u0126OBB LIL G\u0126AJREK B\u0126ALEK NNIFSEK<\/em><\/strong>&#8230; A\u0127na lanqas lilna nfusna ma n\u0127obbu xi kultant! Jekk in\u0127arsu lejn il-\u0121enituri, bl-altruwi\u017cmu tag\u0127hom; dejjem ipo\u0121\u0121u lilhom nfushom wara\u00a0 uliedhom, g\u0127alkemm hu sentiment li g\u0127andu valur, fl-istess \u0127in huwa dnub kbir jekk ma nag\u0127tux kas tag\u0127na nfusna&#8230; Minn na\u0127a l-o\u0127ra nsibu wkoll xi u\u0127ud li mbag\u0127ad jag\u0127tu kas i\u017c\u017cejjed tag\u0127hom nfushom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar dan hu van\u0121elu qasir li pero jurina kemm a\u0127na falliment totali fejn tid\u0127ol l-im\u0127abba.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn infet\u0127et id-diskussjoni:<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>L-Im\u0127abba s\u0127i\u0127a lejn Alla u lejn il-proxxmu! Imma il-proxxmu min hu?<\/li>\n<li>N\u0127obbu lil min nsibuh simpatiku biss? U lil min nsibuh antipatiku?? Lil ta l-a\u0127\u0127ar kif se ssir n\u0127obbuh?<\/li>\n<li>Lil min ji\u0121\u0121akbinak \u2013 tara lil Alla fih? Filwaqt li trid <em>titlob<\/em> g\u0127al min g\u0127amillek id-deni <em>ma tridx tobg\u0127od lil persuna<\/em> pero <em>tobg\u0127od l-g\u0127a\u0121ir<\/em> li wettaq kontrik. Mhix fa\u010bli li ta\u0127fer \u2013 hu pro\u010bess.<\/li>\n<li>Jekk xi \u0127add jg\u0127amillek l-\u0127sara u jitolbok pja\u010bir lest li tg\u0127inu? Hawn kien hemm min qal li pja\u010bir jasal li jag\u0127mlu, imma l-istess persuna stqarret li zgur li ssibha aktar diffi\u010bli ta\u0127fer u t\u0127obb lil xi \u0127add li, per e\u017cempju, joqtol lil xi \u0127add li hu g\u0127aziz g\u0127alik. Kif tasal li ta\u0127fer dan l-att? Hawn Fr Charles semma fatt attwali \u2013 xi erba\u2019 snin ilu fl-Italja tan-nord \u2013 tfajla ta\u2019 tmintax-il-sena \u0121iet maqtula minn s\u0127aba stess li kienu f\u2019setta satanika. Wara 4 snin. il-missier tal-vittma, mar i\u017cur lil dik li qatlitlu lil bintu, biex jg\u0127inha \u0121\u0121ib scholarship, biex tkun tista tkompli l-istudji tag\u0127ha minn \u0121ewwa l-\u0127abs. Dan il-missier qal li wara snin ta\u2019 talb \u0127ass lil \u0120esu sagramentat jibg\u0127atu jag\u0127ti dinjita lil min \u010ba\u0127adha lil bintu stess u b\u2019dan l-a\u0121ir ta\u2019 ma\u0127fra tieg\u0127u \u0127ass mistrieh hu stess. Dan g\u0127aliex il-ma\u0127fra \u0121\u0121ib fejqan.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn issemma wkoll San Papa \u0120wanni Pawlu II li kien \u0127afer u \u017car fil-\u0127abs lil Mehmet Ali A\u011fca li kien sparalu. G\u0127andna nafdaw l-we\u0121g\u0127at tag\u0127na lil Ispirtu s-Santu biex bil-qawwa tieg\u0127u no\u0127or\u0121u minnhom. We\u0127idna naf\u0121uha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fr Charles g\u0127alaq il-laqg\u0127a billi tenna kemm hu importanti li nu\u017caw l-g\u0127odda li g\u0127andna \u2013 nipparte\u010bipaw fil-quddies biex nitqawwew fil-fidi tag\u0127na u nag\u0127mlu \u0127in g\u0127al talb personali&#8230; g\u0127ax hu t-talb li jg\u0127inek tkun dixxiplu ffurmat tajjeb. Meta t\u0127alli \u0127in li fih tag\u0127ti \u010bans lill-Mulej jid\u0127ol fik, tara l-affarijiet minn perspettiva differenti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara d-diskussjoni ntwera video \u010bkejken bl isem <strong><em>LOVE GOD, LOVE NEIGHBOUR<\/em><\/strong> na\u0127seb taqblu li veru jid\u0127ol mas-su\u0121\u0121ett tal-llum.<\/p>\n<p><iframe loading=\"lazy\" width=\"980\" height=\"551\" src=\"http:\/\/www.youtube.com\/embed\/VlbnaOV8Ehk?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allowfullscreen><\/iframe><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<div id=\"attachment_3449\" style=\"width: 224px\" class=\"wp-caption alignleft\"><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/10\/Madre_Teresa.jpg\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-3449\" decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"wp-image-3449 size-medium\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/10\/Madre_Teresa-214x300.jpg\" alt=\"Photo: Manfredo Ferrari\" width=\"214\" height=\"300\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/10\/Madre_Teresa-214x300.jpg 214w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2014\/10\/Madre_Teresa.jpg 400w\" sizes=\"(max-width: 214px) 100vw, 214px\" \/><\/a><p id=\"caption-attachment-3449\" class=\"wp-caption-text\">Photo: Manfredo Ferrari<\/p><\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">Quote li ntu\u017cat waqt il-laqg\u0127a kienet wa\u0127da ta\u2019 Madre Tereza:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><strong>\u201cEvery time you smile at someone, it is an action of love, a gift to that person, a beautiful thing.\u201d<\/strong><\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><strong>\u201cKull darba li nitbissmu lil xi \u0127add, nag\u0127mlu azzjoni ta\u2019 m\u0127abba, nag\u0127tu rigal, xi \u0127a\u0121a mill-isba\u0127\u201d<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\"><span style=\"color: #ffffff;\">.<\/span><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-laqg\u0127a ng\u0127alqet bit-talba tal-MISSIERNA u ing\u0127atat l-barka minn Fr Charles.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nfakkrukom li ner\u0121g\u0127u niltaqg\u0127u nhar il-\u0121img\u0127a 31 t\u2019Ottubru. Narawkom! \ud83d\ude42<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej nsibu mistoqsija: \u201cMg\u0127allem liema huwa l-kmandament il-kbir fil-Li\u0121i?\u201d A\u0127na forsi nistaqsu, g\u0127aliex saret lil \u0120esu? Hekk beda Fr Charles il-laqg\u0127a ta\u2019 Prayer Cafe fl-24 <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3440,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3442"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3442"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3442\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3451,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3442\/revisions\/3451"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3440"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3442"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3442"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3442"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}