{"id":3711,"date":"2015-01-10T14:03:32","date_gmt":"2015-01-10T13:03:32","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3711"},"modified":"2015-01-10T14:36:52","modified_gmt":"2015-01-10T13:36:52","slug":"ilkoll-ahwa-prayer-cafe-9-ta-jannar-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ilkoll-ahwa-prayer-cafe-9-ta-jannar-2015\/","title":{"rendered":"Ilkoll A\u0127wa: Prayer Caf\u00e8 &#8211; 9 ta\u2019 Jannar 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-Laqg\u0127at Prayer Caf\u00e8 re\u0121g\u0127u komplew nhar id-9 ta\u2019 Jannar, wara waqfa qasira fil-\u0121ranet tal-Milied. F\u2019din l-ewwel laqg\u0127a tal-2015, tkellimna dwar il-Van\u0121elu tal-\u0126add 11 ta\u2019 Jannar 2015; ji\u0121ifieri l-\u0126add fejn ni\u010b\u010bellebraw il-mag\u0127mudija tal-Mulej. \u00a0<strong><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/dan-hu-ibni-l-ghaziz-il-maghmudija-tal-mulej-11-ta-jannar-2015\/#description-tab\">[ara l-Van\u0121elu]<\/a><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a bdiet billi \u0121ie spjegat li l-Mag\u0127mudija tal-Mulej g\u0127andha \u0127afna komuni ma\u2019 dak li \u010b\u010belebrajna il-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra: l-Epifanija tal-Mulej. Dan g\u0127aliex fil-mag\u0127mudija, \u0120es\u00f9 qieg\u0127ed juri lilu nnifsu b\u0127ala l-Iben ta\u2019 Alla. L-istess \u0121ara fl-epifanija fejn Alla qieg\u0127ed juri lilu nnifsu b\u0127ala tarbija. Fil-fatt epifanija tfisser turija jew manifestazzjoni u l-insara tal-lvant \u00a0din il-festa jsej\u0127ula Theofanija li tfisser, \u201cAlla juri lilu nnifsu\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-\u0120rajja tal-mag\u0127mudija \u0120es\u00f9 \u0127a l-mag\u0127mudija ming\u0127and \u0120wanni l-Battista. A\u0127na nitg\u0127ammdu biex jitne\u0127\u0127ielna d-dnub tan-nisel. \u0120es\u00f9 kien Alla, allura ma kellux b\u017conn mag\u0127mudija. Fl-ittra ta\u2019 San Pawl lill-Fillipin naqraw hekk:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>\u201c\u0120es\u00f9 li g\u0127ad li kellu n-natura ta&#8217; Alla, ma qag\u0127adx ifittex tieg\u0127u li hu daqs Alla,\u00a0i\u017cda xejjen lilu \u00a0nnifsu\u00a0billi \u0127a n-natura ta&#8217; lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra b\u0127ala bniedem;\u00a0\u010bekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu ma kellux b\u017conn mag\u0127mudija i\u017cda sar bniedem b\u0127alna u g\u0127alhekk ried jg\u0127addi minn dak kollu li ng\u0127addu minnu a\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara dan il-\u0127sieb \u0121ie kkwotat dak li qal il-Papa Fran\u0121isku fid-diskors tieg\u0127u fl-udjenza \u0121enerali fil-Pjazza San Pietru, nhar L-Erbg\u0127a 8 ta\u2019 Jannar\u00a02014:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><iframe loading=\"lazy\" src=\"\/\/www.youtube.com\/embed\/M3ZnpMhDwpU\" width=\"640\" height=\"390\" frameborder=\"0\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u2019dan id-diskors il-Papa beda kateke\u017ci fuq is-sagramenti u beda billi f\u2019dan id-diskors tkellem dwar l-ewwel sagrament: il-mag\u0127mudija. F\u2019dan id-diskors fost l-o\u0127rajn jg\u0127id hekk:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>\u00a0<\/em><em>Il-Mag\u0127mudija hi s-sagrament li fuqu tinbena l-istess fidi tag\u0127na u li tlaqqamna b\u0127ala membri \u0127ajjin fi Kristu u fil-Knisja tieg\u0127u.\u00a0 Flimkien ma<\/em><em>\u2019 l-Ewkaristija u l-Konfirmazzjoni tifforma l-hekk imsej\u0127a \u2018Inizjazzjoni Nisranija\u2019<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad jistaqsi din il-Mistoqsija:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>Imma hi tabil\u0127aqq me\u0127tie\u0121a l-Mag\u0127mudija biex nistg\u0127u ng\u0127ixu ta<\/em><em>\u2019Nsara u nimxu wara \u0120es\u00f9?\u00a0 Fl-a\u0127\u0127ar mill-a\u0127\u0127ar dan mhux sempli\u010bi rit, att formali tal-Knisja biex nag\u0127tu isem lit-tarbija?<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk g\u0127andna nsaqsu lilna nfusna, \u201cA\u0127na g\u0127alxiex nitg\u0127ammdu? G\u0127aliex ng\u0127ammdu t-tfal tag\u0127na? Nifhmu verament x\u2019inhi l-mag\u0127mudija jew ng\u0127ammdu t-tfal g\u0127ax hija parti mill-kultura tag\u0127na? Mhux l-ewwel darba li nisimg\u0127u il-fra\u017ci: \u201cFittex g\u0127ammdu\/ g\u0127ammidha\u201d jew \u201ckemm se ddum ma tg\u0127ammdu?\u201d. Allura qed ng\u0127ammdu t-tfal g\u0127ax (forsi ming\u0127ajr ma nafu) qed inkunu superstizzju\u017ci?<\/p>\n<div id=\"attachment_3719\" style=\"width: 510px\" class=\"wp-caption aligncenter\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-3719\" decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"wp-image-3719 size-full\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/01\/BAPTISM-CAKE.jpg\" alt=\"BAPTISM CAKE\" width=\"500\" height=\"319\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/01\/BAPTISM-CAKE.jpg 500w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/01\/BAPTISM-CAKE-300x191.jpg 300w\" sizes=\"(max-width: 500px) 100vw, 500px\" \/><p id=\"caption-attachment-3719\" class=\"wp-caption-text\">G\u0127alxiex ni\u010b\u010belebraw il-mag\u0127mudija?<\/p><\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa jirrispondi bil-kliem ta\u2019 San Pawl fl-ittra lir-Rumani:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>\u00a0\u201cMa tafux li a\u0127na lkoll li tg\u0127ammidna fi Kristu \u0120es\u00f9, tg\u0127ammidna fil-mewt tieg\u0127u?\u00a0 Indfinna mieg\u0127u fil-mewt permezz tal-Mag\u0127mudija sabiex kif Kristu kien imqajjem mill-imwiet permezz tal-qawwa glorju\u017ca tal-Missier, hekk a\u0127na ng\u0127ixu \u0127ajja \u0121dida<\/em><em>\u201d(Rum\u00a06:3-4).<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dwar dan il-Papa jg\u0127id hekk:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>Mela din mhix biss formalit\u00e0!\u00a0 Hi att li jmiss l-e\u017cistenza tag\u0127na fil-profondit\u00e0 tag\u0127ha.\u00a0 Tarbija mg\u0127ammda u tarbija li mhix mg\u0127ammda m<\/em><em>\u2019humiex l-istess.\u00a0 M\u2019humiex l-istess persuna mg\u0127ammda u o\u0127ra li mhix.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk nistg\u0127u nitkellmu dwar l-argument: g\u0127andna ng\u0127ammdu t-tfal meta jkunu trabi jew g\u0127andna n\u0127alluhom jidde\u010biedu jekk jitg\u0127ammdux meta jikbru u jkunu maturi? Dwar dan wie\u0127ed jista\u2019 jg\u0127id \u0127afna, pero\u2019 jibqa l-fatt li \u0121enituri responsabbli ma j\u0127allux tarbija bil-\u0121u\u0127 biex meta titg\u0127allem titkellem tkun tista\u2019 tg\u0127id x\u2019tippreferi; u lit-tfal nag\u0127tuhom il-medi\u010bini\/tilqim li g\u0127andhom b\u017conn, biex nipprote\u0121uhom, ming\u0127ajr ma nikkunsidraw jekk huma jriduhomx jew le. \u0126add ma j\u0127alli lit-tfal jikbru ming\u0127ajr ma jag\u0127tihom jieklu biex imbag<a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/dan-hu-ibni-l-ghaziz-il-maghmudija-tal-mulej-11-ta-jannar-2015\/\">[ara l-Van\u0121elu]<\/a>\u0127ad jidde\u010biedu huma jekk irridux jieklu jew le! Bl-istess mod \u0121enituri nsara ma jistg\u0127ux ma jag\u0127mdux lit-tfal tag\u0127hom. G\u0127alhekk il-\u0121enituri nsara jidde\u010biedu li jg\u0127ammdu tarbija g\u0127ax jemmnu li dik hi l-a\u0127jar triq g\u0127aliha. Il-Mag\u0127mudija mhijiex b\u0127al <em>membership<\/em> ta\u2019 xi klabb li tid\u0127ol tag\u0127mel parti minnu i\u017cda bil-mag\u0127mudija qed nir\u010bievu il-barka ta\u2019 Alla. Imbag\u0127ad irridu nkomplu nitkabbru u nie\u0127du \u0127sieb li nibqg\u0127u f\u2019din il-barka tul \u0127ajjitna; meta nkunu \u017cg\u0127ar permezz tal-\u0121enituri tag\u0127na u meta nikbru din trid tkun de\u010bi\u017cjoni li nibqg\u0127u nie\u0127du u nsostnu a\u0127na. Dan nag\u0127mluh anke bl-affarijiet \u017cg\u0127ar li ji\u0121ru fil-\u0127ajja tag\u0127na ta\u2019 kuljum; kif ng\u0127ixu \u0127ajjitna: kif nitkellmu; kif nsuqu u l-bqija. Kull ma nag\u0127mlu rridu nuru li a\u0127na nsara: ji\u0121ifieri a\u0127na mg\u0127ammda.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa jkompli hekk:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>\u201cbil-Mag\u0127mudija, ni\u0121u mg\u0127addsa f\u2019din il-g\u0127ajn tal-\u0127ajja li qatt ma taqta\u2019 li hi l-mewt ta\u2019 \u0120es\u00f9, l-akbar att ta\u2019 m\u0127abba tal-istorja kollha; u grazzi g\u0127al dik l-im\u0127abba nistg\u0127u ng\u0127ixu \u0127ajja \u0121dida, mhux i\u017cjed su\u0121\u0121etta g\u0127all-\u0127a\u017cin, g\u0127ad-dnub u g\u0127all-mewt, imma f\u2019komunjoni ma\u2019 Alla u mal-a\u0127wa.\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk tqajjem punt ie\u0127or importanti. Bil-mag\u0127mudija a\u0127na nsiru lkoll a\u0127wa; ulied tal-istess Missier. <strong>A\u0126NA A\u0126WA<\/strong> \u2013 ng\u0127ixu f\u2019familja, f\u2019komunit\u00e0\u2019; <strong>Knisja<\/strong> wa\u0127da.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa qal ukoll li: \u201c<em>\u0126afna minna m\u2019g\u0127andhomx l-i\u010bken tifkira ta\u010b-\u010belebrazzjoni ta\u2019 dan is-Sagrament\u201d. <\/em>Hawnhekk issemma l-fatt li l-Papa \u0127afna drabi jsostni li kull nisrani, kull sena g\u0127andu jiftakar u ji\u010b\u010belebra mhux biss id-data tat-twelid &#8211; il-<em>birthday<\/em>, i\u017cda wkoll id-data li fiha tg\u0127ammed. Dwar dan il-Papa jg\u0127id hekk:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>Li nkunu nafu d-data tal-Mag\u0127mudija tag\u0127na jfisser li nafu data hienja.\u00a0 Jekk ma nafuhiex inkunu nirriskjaw li nitilfu l-memorja ta\u2019 dak li l-Mulej wettaq fina, il-memorja tad-don li r\u010bivejna.\u00a0 Imbag\u0127ad nispi\u010b\u010baw biex inqisuha biss b\u0127ala \u0121rajja li se\u0127\u0127et fil-passat <\/em><em>\u2013 u bilkemm g\u0127ax ridna a\u0127na, imma g\u0127ax riedu l-\u0121enituri tag\u0127na, li g\u0127alhekk m\u2019g\u0127andha l-ebda effett fuq il-pre\u017cent.\u00a0 Je\u0127tie\u0121 ner\u0121g\u0127u nqajmu fina l-memorja tal-Mag\u0127mudija tag\u0127na.\u00a0 A\u0127na msej\u0127in ng\u0127ixu l-Mag\u0127mudija tag\u0127na kuljum, b\u0127ala realt\u00e0 attwali fl-e\u017cistenza tag\u0127na.\u00a0 Jekk jirnexxielna nimxu wara \u0120es\u00f9 u nibqg\u0127u fil-Knisja, anke jekk bil-limiti tag\u0127na, bid-dg\u0127ufijiet tag\u0127na u bid-dnubiet tag\u0127na, dan hu propju min\u0127abba fis-Sagrament li fih sirna \u0127olqien \u0121did u \u0121ejna mlibbsa mill-\u0121did bi Kristu.\u00a0\u00a0<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fi ftit kliem il-Papa qieg\u0127ed jg\u0127id li g\u0127andna niftakru l-mag\u0127mudija tag\u0127na g\u0127ax permezz ta\u2019 hekk a\u0127na nibqg\u0127u niftakru li a\u0127na nag\u0127mlu parti minn familja; minn komunit\u00e0. Nibqg\u0127u parti minn din il-komunit\u00e0; il-knisja permezz tal-mag\u0127mudija u sagramenti o\u0127ra li j\u017communa f\u2019komunjoni, spe\u010bjalment l-Ewkaristija. Dan g\u0127aliex l-Ewkaristija tg\u0127aqqadna b\u0127ala komunit\u00e0 madwar l-istess mejda; a\u0127na l-Maltin g\u0127andna nifhmu dan sew g\u0127ax fil-kultura tag\u0127na (b\u0127all-kulturi o\u0127ra Mediterranji) meta niltaqg\u0127u mal-familja jew il-\u0127bieb, \u0127afna drabi niltaqg\u0127u madwar il-mejda tal-ikel; biex niltaqg\u0127u rridu nieklu. Fl-Ewkaristija nag\u0127mlu l-istess, niltaqg\u0127u madwar mejda f\u2019komunit\u00e0. Il-Mag\u0127mudija, bl-istess mod, tag\u0127qqadna flimkien b\u0127ala a\u0127wa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa jkompli jg\u0127id:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>Hu bil-qawwa tal-Mag\u0127mudija, fil-fatt, li, me\u0127lusin mid-dnub ori\u0121inali, a\u0127na mlaqqmin fir-relazzjoni ta\u2019 \u0120es\u00f9 ma\u2019 Alla l-Missier;<\/em><em>\u00a0<\/em><em>li a\u0127na n\u0121orru tama \u0121dida, g\u0127ax il-Mag\u0127mudija tag\u0127tina din it-tama \u0121dida:<\/em><em>\u00a0<\/em><em>it-tama li nimxu fit-triq tas-salvazzjoni, \u0127ajjitna kollha.\u00a0 U din it-tama xejn u \u0127add ma jista\u2019 jitfiha, g\u0127ax it-tama ma tqarraqx bina.\u00a0 <strong>Ftakruha: it-tama fil-Mulej qatt ma tqarraq<\/strong>.\u00a0<\/em><em>\u00a0<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Mulej huwa fidil; il-Mulej huwa lejali u dak li jwieg\u0127ed iwettaq.<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>Grazzi g\u0127all-Mag\u0127mudija, a\u0127na kapa\u010bi na\u0127fru u n\u0127obbu anki lil min joffendina u jag\u0127mlilna d-deni; jirnexxielna nag\u0127rfu f\u2019dawk tal-a\u0127\u0127ar u fil-foqra l-wi\u010b\u010b tal-Mulej li ji\u0121i j\u017curna u hu qrib tag\u0127na.\u00a0 Il-Mag\u0127mudija tg\u0127inna nag\u0127rfu l-wi\u010b\u010b ta\u2019 \u0120es\u00f9 f\u2019wi\u010b\u010b dawk il-persuni li huma fi \u0127tie\u0121a, f\u2019dawk li qed ibatu, anki fil-proxxmu tag\u0127na.\u00a0 Dan kollu hu possibbli grazzi g\u0127all-qawwa tal-Mag\u0127mudija! <\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan ifisser li kull ma nag\u0127mlu a\u0127na, b\u0127ala nsara mg\u0127ammda, huwa ri\u017cultat u riflessjoni tal-mag\u0127mudija tag\u0127na. A\u0127na b\u0127ala nsara g\u0127andna nag\u0127mlu dak li hu tajjeb. Dan ma jfissirx li min mhux nisrani ma jistax jag\u0127mel it-tajjeb. Anzi, kul\u0127add jista\u2019 jag\u0127mel it-tajjeb. Id-differenza hi, li min hu mg\u0127ammed g\u0127andu jag\u0127mel it-tajjeb g\u0127all-glorja ta\u2019 Alla u mhux biex i\u0127ossu a\u0127jar hu nnifsu.<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>Punt tal-a\u0127\u0127ar, li hu importanti.\u00a0 U hawn nag\u0127mel mistoqsija: Tista\u2019 persuna tg\u0127ammed lilna nfisha?\u00a0 \u0126add ma jista\u2019 jg\u0127ammed lilu nnifsu!\u00a0 \u0126add.\u00a0 Nistg\u0127u nitolbuha, nixtiequha, imma g\u0127andna b\u017conn ta\u2019 xi \u0127add li jag\u0127tina dan is-Sagrament f\u2019isem il-Mulej.\u00a0 G\u0127ax il-Mag\u0127mudija hi don li jing\u0127ata f\u2019kuntest ta\u2019 attenzjoni u ta\u2019 kondivi\u017cjoni fraterna.\u00a0 Dejjem tul l-istorja, wie\u0127ed jg\u0127ammed lill-ie\u0127or, lill-ie\u0127or, lill-ie\u0127or&#8230;hi katina.\u00a0 Katina ta\u2019 grazzja.\u00a0 Imma jien ma nista\u2019 qatt nitg\u0127ammed wa\u0127di: hemm b\u017conn nitlob lil xi \u0127add ie\u0127or jag\u0127tini l-Mag\u0127mudija.\u00a0 Hu att ta\u2019 fratellanza, att ta\u2019 filjazzjoni g\u0127all-Knisja.\u00a0 Fi\u010b-\u010belebrazzjoni tal-Mag\u0127mudija nistg\u0127u naraw il-karatteristi\u010bi l-i\u017cjed naturali tal-Knisja, li b\u0127al omm tkompli tnissel ulied \u0121odda fi Kristu, fil-frott li jag\u0127ti l-Ispirtu s-Santu.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan isostni l-fatt li a\u0127na b\u0127ala mg\u0127ammda; b\u0127ala nsara, a\u0127na famila wa\u0127da, komunit\u00e0.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk rajna x\u2019qal il-Papa fid-diskors tal-udjenza tal-\u0121img\u0127a ta\u2019 wara:<\/p>\n<p><iframe loading=\"lazy\" width=\"980\" height=\"551\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/kYWPcerSRkU?start=2091&#038;feature=oembed\" frameborder=\"0\" allowfullscreen><\/iframe><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk il-Papa ta e\u017cempu, permezz tal-istorja, ta\u2019 x\u2019\u0121ara meta l-knisja fil-\u0120appun g\u0127amlet mijiet ta\u2019 snin te\u017cisti b\u2019mod klandestin u x\u2019fissret il-mg\u0127ammudija f\u2019dan i\u017c-\u017cmien partikolari g\u0127al dawn in-nies.\u00a0\u00a0<a href=\"http:\/\/www.laikos.org\/Papa_Frangisku_Udjenza_15012014.htm\">Aqra d-diskors kollu bil-Malti hawn!<\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u0127ala konklu\u017cjoni g\u0127al-laqg\u0127a ssemma l-messa\u0121\u0121 tal-Papa g\u0127all-jum dinji tal-Pa\u010bi (1 ta\u2019 Jannar) ta\u2019 din is-sena: MHUX AKTAR ILSIRA IMMA LKOLL A\u0126WA.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019dan il-messa\u0121\u0121, fost l-o\u0127rajn, il-Papa jg\u0127id hekk:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>Huwa, l-Iben il-Ma\u0127bub (cfr\u00a0Mattew\u00a03,17), \u0121ie biex jurina l-im\u0127abba tal-Missier lejn l-umanit\u00e0.\u00a0\u00a0Kull min jisma\u2019 l-Evan\u0121elju u jwie\u0121eb g\u0127as-sej\u0127a tal-konver\u017cjoni, g\u0127al \u0120es\u00f9 jsir \u00ab\u0127ija, o\u0127ti u ommi\u00bb (Mattew\u00a012,50) u g\u0127alhekk\u00a0iben adottiv\u00a0ta\u2019 Missieru (cfr\u00a0Efesin\u00a01,5).<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Messa\u0121\u0121 jikkonkludih hekk:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><em>Nafu li Alla jitlob lil kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna: \u00ab<strong>X\u2019g\u0127amilt b\u2019\u0127uk?\u00bb<\/strong> (cfe\u00a0\u0120enesi\u00a04,9-10).\u00a0 Il-globali\u017c\u017cazzjoni tal-indifferenza, li llum ittaqqal il-\u0127ajja ta\u2019 tant \u0127utna, titlob minna li nsiru atturi ta\u2019 globali\u017c\u017cazzjoni tas-solidarjet\u00e0 u tal-fraternit\u00e0, biex lil dawn il-vittmi ntuhom lura t-tama u biex, mimlijin bil-kura\u0121\u0121 jer\u0121g\u0127u jibdew it-triq fost il-problemi ta\u2019 \u017cmienna bil-prospettivi \u0121odda li j\u0121ib mieg\u0127u u li Alla jqeg\u0127edilna f\u2019idejna.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u00a0<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-tlett punti li g\u0127andom\u00a0 jo\u0127or\u0121u minn din il-laqg\u0127a huma:<\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\">\n<li>Meta tg\u0127ammidna? Nfittxu u niftakkru din id-data, biex niftakru li a\u0127na mg\u0127ammdin u parti minn Knisja.<\/li>\n<li>G\u0127andna kontinwament insaqsu lilna nfusna: <em>\u00ab<strong>X\u2019g\u0127amilt b\u2019\u0127uk?\u00bb. <\/strong><\/em>Bl-im\u0121ieba tieg\u0127i, qieg\u0127ed nie\u0127u \u0127sieb lil \u0127ija jew lil o\u0127ti?<\/li>\n<li>Infittxu d-diskorsi u l-messa\u0121\u0121i tal-Papa. Dawn nistg\u0127u nsibuhom fuq <a href=\"http:\/\/www.laikos.org\/\">www.laikos.org<\/a>.\n<ul>\n<li><a href=\"http:\/\/www.laikos.org\/Papa_Frangisku.htm\">Iklikkja hawn biex issib il-messa\u0121\u0121i tal-Papa.<\/a><\/li>\n<\/ul>\n<\/li>\n<\/ol>\n<p><iframe loading=\"lazy\" width=\"980\" height=\"551\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/l1J7exkFhvk?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allowfullscreen><\/iframe><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-Laqg\u0127at Prayer Caf\u00e8 re\u0121g\u0127u komplew nhar id-9 ta\u2019 Jannar, wara waqfa qasira fil-\u0121ranet tal-Milied. F\u2019din l-ewwel laqg\u0127a tal-2015, tkellimna dwar il-Van\u0121elu tal-\u0126add 11 ta\u2019 Jannar 2015; ji\u0121ifieri l-\u0126add fejn ni\u010b\u010bellebraw <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3718,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[80,61,79,63,204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3711"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3711"}],"version-history":[{"count":11,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3711\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3717,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3711\/revisions\/3717"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3718"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3711"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3711"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3711"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}