{"id":3754,"date":"2015-01-24T17:10:09","date_gmt":"2015-01-24T16:10:09","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3754"},"modified":"2015-01-24T17:17:24","modified_gmt":"2015-01-24T16:17:24","slug":"ejjew-u-taraw-prayer-cafe-23-ta-jannar-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ejjew-u-taraw-prayer-cafe-23-ta-jannar-2015\/","title":{"rendered":"\u201cIl-Ker\u0177gma\u201d: Prayer Caf\u00e8 \u2013 23 ta\u2019 Jannar 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e8 ta\u2019 lbierah 23 ta\u2019 Jannar, bdiet billi g\u0127idna t-Talba tal-Moviment Ker\u0177gma, talba li biha nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jin\u017cel fuqna u j\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex b\u2019eg\u0127milna u \u0127idmietna nkomplu nxandru l-Kelma t\u2019Alla. Wara nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej mehud minn San Mark 1:14-20.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-van\u0121elu je\u0127odna fil-bidu tal-ministeru ta\u2019 \u0120esu. Ma kienx \u017cmien fa\u010bli\u00a0 &#8211; ftit ta\u017c-\u017cmien qabel din il-\u0121rajja msemmija kien \u0121ie arrestat San \u0120wann il-Battista. Dan la waqqaf u lanqas ma be\u017c\u017ca\u2019 lil \u0120esu biex ikompli bil-missjoni tieg\u0127u. \u201cWara li arrestaw lil \u0120wanni, \u0120esu mar il-Galilija jxandar l-Evan\u0121elju t\u2019Alla.\u201d Hekk ukoll a\u0127na meta niltaqg\u0127u ma xi g\u0127aw\u0121, ma qtih il-qalb&#8230; g\u0127andna nit\u0127e\u0121\u0121u u nafdaw f\u2019Alla l-Mulej\u00a0 b\u2019dik l-istess fidu\u010bja sempli\u010bi li tifel \u010bkejken g\u0127andu lejn missieru. Jekk il-Mulej fdalna bi\u010b\u010ba xog\u0127ol x\u2019inwettqu f\u2019idejna g\u0127andna nid\u0127lu g\u0127aliha bil-fidi li l-Mulej se jsibilna l-mezzi Hu kif inwettquha. Minn na\u0127a tag\u0127na rridu nxamru l-kmien u n\u0127alluh ju\u017cana g\u0127al \u0121id tal-bxara t-tajba.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fejn irridu nxandru l-Kelma t\u2019Alla?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-kelma KER\u0176GMA \u0121ejja mill-Grieg u tfisser \u2018ixxandar l-a\u0127bar it-tajba\u2019. Bxara li bdiet mill-g\u0127adira tal-Galilija. Il-Galilija hija \u017cona fertili \u0127afna madwar g\u0127adira tal-ilma \u0127elu. Il-post huwa madwar 208 metru \u2018l fuq mil-livell tal-ba\u0127ar u l-g\u0127adira fiha 21km b\u201911km. Hemm diversi bliet imdawra max-xtut tag\u0127ha b\u0127al Kafarnahum, Tiberija, Magdala &#8230; Kienet rotta ta\u2019 kummer\u010b bejn l-E\u0121ittu u l-Ewropa (Via Maris) g\u0127alhekk kienet b\u0127ala \u017cona tilqa\u2019 fiha nies ta\u2019 kulturi differenti u vja\u0121\u0121aturi. Kien hemm madwar 230 dg\u0127ajsa li ja\u0127dmu fuq din l-g\u0127adira. Hija g\u0127adira\u00a0 mag\u0127rufa li fa\u010bilment iqumu l-irwiefen u hekk isir ambjent perikolu\u017c g\u0127ad-dg\u0127ajjes ja\u0127dmu hemm. Kien hawn il-post fejn \u0120esu ltaqa\u2019 u sejja\u0127 lil Xmun, Indri, \u0120akbu u \u0120wanni biex j\u0127allu kollox u jimxu warajh.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Irridu nxandru l-Kelma t\u2019Alla kulfejn inkunu \u2013 d-dar mal-familja tag\u0127na, fuq il-post tax-xog\u0127ol, f\u2019postijiet ta\u2019 divertiment&#8230;u dan g\u0127andna nag\u0127mluh kemm bil-kelma u wisq i\u017cjed bl-eg\u0127mil tag\u0127na. Dan nistg\u0127u nag\u0127mluh billi nag\u0127tu kelma ta\u2019 fara\u0121 lil min g\u0127addej minn xi diffikulta, bil-g\u0127ajnuna tag\u0127na lil min g\u0127andu b\u017connha&#8230;anke billi twaqqaf lil min ma jag\u0127tix \u0121ieh bi kliemu lill-isem t\u2019Alla, tal-Madonna u tal-qaddisin, billi nsibuhom f\u2019\u0127in opportun u ni\u0121bdulhom l-attenzjoni ta\u2019 x\u2019inhuma jg\u0127idu. San \u0120or\u0121 Preca kien jg\u0127id biex meta nisimg\u0127u lil xi \u0127add jidg\u0127i g\u0127andna nag\u0127mlu talba ta\u2019 tif\u0127ir bl-isem imsemmi. \u201cIkun imfa\u0127\u0127ar l-isem t\u2019Alla!\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta jibdew ji\u0121u l-affarijiet \u0127a\u017cin f\u2019\u0127ajjitna x\u2019g\u0127andna nag\u0127mlu? Nibqg\u0127u nitolbu? Jekk xi \u0127add jaqla\u2019 xi g\u0127ajdut fuqna nibqg\u0127u mmorru? F\u2019kas ta\u2019 mard naqtg\u0127u qalbna?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawn huma mumenti diffi\u010bli li a\u0127na lkoll f\u2019xi mument jew ie\u0127or se ng\u0127addu minnhom u fihom g\u0127andna nsejj\u0127u g\u0127al g\u0127ajnuna t\u2019Alla. Wa\u0127da mill-membri t\u0127obb tg\u0127id \u201c\u0120esu g\u0127inni! Tini l-g\u0127ajnuna inti \u0127alli nkompli\u201d.\u00a0 Forsi na\u0127sbu li l-qaddisin kienu xi \u2018superpower\u2019 i\u017cda nafu li anke qaddisin kbar b\u0127al\u00a0 San \u0120wann Pawlu 11, San \u0120or\u0121 Preca, Madre Teresa, kienu jg\u0127addu minn mumenti ta\u2019 qtih il-qalb. I\u017cda kollha baqg\u0127u g\u0127addejjin bil-missjoni tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Membru ie\u0127or qasam mag\u0127na li hu meta jkun g\u0127addej minn mumenti ta\u2019 diffikulta, li ma jkunx jista\u2019 jifhem \u2018l g\u0127ala qed ise\u0127\u0127u , j\u0127ares lejn in-natura \u2013 xi \u0127add jifhem l-kobor tal-univers? Jew kif 120 tunnellata titla fis-smewwiet? Fakkarna fil-vers mill-Bibbja \u201cMin ma jsirx tifel \u017cg\u0127ir \u2013 ma jid\u0127olx fis-saltna t\u2019Alla.\u201d B\u2019din l-istess tip ta\u2019 fidu\u010bja inno\u010benti tat-tfal irridu nafdaw rwie\u0127na f\u2019kull \u010birkustanza li niltaqg\u0127u mag\u0127ha f\u2019idejn Missierna fis-smewwiet.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Vers simili ta\u2019 dan hu \u201cG\u0127ax l-madmad tieg\u0127ek \u0127elu u t-toqol tieg\u0127i \u0127afif!\u201dMt 11:25-30 \u2013 trid tintre\u0127a f\u2019idejH. Ma rridux noqog\u0127du jdejna fuq \u017caqqna i\u017cda rridu n\u0127allu f\u2019idejH b\u0127alma g\u0127amel Pietru \u2013 sema\u2019 milli qallu \u0120esu u qabad il-\u0127ut meta mill-esperjenza tieg\u0127u ta\u2019 sajjied kien \u010bert li ma kienx se jaqbad.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn inqara van\u0121elu sinotiku g\u0127al dak ta\u2019 San Mark 1: 14-20 minn San Luqa 5. F\u2019dan il-van\u0121elu nsibu aktar dettalji fuq is-sej\u0127a tad-dixxipli minn \u0120esu. U ntwera wkoll \u201cvideo\u201d dwar l-ewwel laqg\u0127a ta\u2019 San Pietru ma \u0120esu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Sentenza \u010bkejken minn dan il-film \u00a0\u0121ibdet l-attenzjoni, \u00a0\u2018<em>Give me an hour and I will give you a whole life\u201d <\/em>\u0120esu \u00a0qieg\u0127ed jistedinna nag\u0127tuh l-\u0127in tag\u0127na, il-karattru tag\u0127na, il-familja tag\u0127na, u n\u0127allu f\u2019idejH biex imexxina Hu. Bl-iva ta\u2019 San Pietru \u0120esu minn sajjied tal-\u0127ut bidlu f\u2019sajjied tal-bnedmin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019San Mark 1:15 nsibu \u201cI\u017c-\u017cmien huwa mitmum, u s-Saltna ta\u2019 Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evan\u0121elju.\u201d Il-kelma <strong>mitmum <\/strong>hija qawwija \u0127afna, turi \u010berta ur\u0121enza \u2013 l-affarijiet li tista\u2019 tag\u0127mel llum t\u0127allihomx g\u0127al g\u0127ada \u2013 f\u2019kas ta\u2019 problema tas-sa\u0127\u0127a naqbdu u mmorru g\u0127and it-tabib biex infiequ. L-istess is-sej\u0127a ta\u2019 \u0120esu rridu ng\u0127ixuha fil-prezent tag\u0127na \u2013 mhux dejjem n\u0127allu g\u0127al darb\u2019o\u0127ra. \u0126afna qaddisin kienu jg\u0127ixu l-prezent. Mt Teresa kienet tg\u0127in lin-nies fil-prezent tag\u0127ha, f\u2019dak il-mument u mhux toqg\u0127od tg\u0127id issa qed in\u0127ossni dg\u0127ajfa \u2013 mkissra \u2013 ni\u0121i g\u0127ada \u2013 LE kienet tg\u0127ix is-sej\u0127a tag\u0127ha f\u2019kull \u010birkustanza ta\u2019 \u0127ajjitha. A\u0127na l-insara rridu ng\u0127ixu l-Fidi tag\u0127na bi prijorita fuq \u0127wejje\u0121 o\u0127ra. Ma rridux n\u0127allu mumenti ta\u2019 toqol iwaqqfuna mill-mixja jew mill-\u0127idma tag\u0127na. <strong>Mitmum <\/strong>tfisser li dak li kellu ji\u0121ri \u0121ara u \u017cmien il-profeti kien spi\u010b\u010ba. San \u0120wann il-Battista g\u0127alaq l-era tal-profeti. Dawn kienu j\u0127abbru l-mi\u0121ja tal-Messija. Il-wasla ta\u2019 \u0120esu kienet il-milja ta\u2019 dan it-t\u0127abbir. ISSA a\u0127na rridu nwasslu l-messa\u0121\u0121 ta\u2019 \u0120esu lill-\u0127addie\u0127or. Ma nistg\u0127ux n\u0127allu l-\u0127idma tag\u0127na b\u0127ala nsara g\u0127al meta jikbru t-tfal jew g\u0127al meta no\u0127or\u0121u bil-penzjoni. Kif jg\u0127id il-Malti \u201cG\u0127ada qatt \u0127add ma rah.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu sejja\u0127 lid-dixxipli tnejn,tnejn. Il-Knisja hi grupp ta\u2019 nies flimkien. Ir-reli\u0121jon ma nistg\u0127ux ng\u0127ixuha we\u0127idna. Li nattendu laqg\u0127at b\u0127al Prayer Cafe jew simili jg\u0127inuna nkomplu mexxjin \u2013 ma n\u0127ossuniex\u00a0 we\u0127idna i\u017cda ng\u0127arfu li qeg\u0127din nimxu din il-mixja tal-fidi ma u bl-g\u0127ajnuna ta\u2019 l-o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk nqrat storja mill-ktieb\u00a0 \u2018FTIT TOG\u0126MA TAJBA\u2019 ta\u2019 Mons. Mikiel Azzopardi<\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>Ta\u0127seb li Inti G\u0127aref Iktar Minn Alla?!<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>Mela darba kien hemm ra\u0121el li kien jippretendi li hu g\u0127aref \u0127afna u ma kienx ja\u0127sibha darbtejn biex jikkritika l-g\u0127emil tal-o\u0127rajn. Kollox \u0127a\u017cin! Dak li jag\u0127mel hu biss tajjeb! Sa\u0127ansitra kien jasal biex jikkritika anki l-g\u0127emil ta\u2019 Alla stess! Kieku kien hu Alla, l-affarijiet kien jag\u0127milhom wisq a\u0127jar! Imma \u0121urnata wa\u0127da nduna kemm hu iblah u pru\u017cuntu\u017c. \u0126alli ng\u0127idilkom xi \u0121ralu. Mela \u0127are\u0121 passi\u0121\u0121ata fil-kampanja, qalb is-si\u0121ar u l-g\u0127elieqi. Anki hemm sab x\u2019jikkritika! \u0120ewwa g\u0127alqa kienu qed jikbru kwantita kbira ta\u2019 qara\u2019 a\u0127mar. Dan il-pru\u017cuntu\u017c qal: Dan hu l-g\u0127erf t\u2019Alla! Frott daqshekk kbir, imbag\u0127ad \u0127iere\u0121 minn xitla \u017cg\u0127ira kemm kemm taraha. G\u0127all-kuntrarju si\u0121ra hekk kbira u qawwija b\u0127alma hi l-balluta tag\u0127mel \u0121andar hekk \u017cg\u0127ir. Imissu sar il-kuntrarju, il-\u0121andar mix-xitla \u017cg\u0127ira u l-qarg\u0127a \u0127amra mill-balluta! U jgerger u jzekzek baqa\u2019 miexi. Meta g\u0127ejja ried jistrie\u0127 u mtedd jie\u0127u ng\u0127asa g\u0127ad-dell ta\u2019 balluta kbira. Kif g\u0127ajnu marret bih qam b\u2019\u0127asda g\u0127ax \u0121andra waqg\u0127et mis-si\u0121ra u \u0121iet pre\u010bi\u017c fuq il-ponta ta\u2019 mnie\u0127ru. U kif kien hekk ma\u0127sud deherlu li sema\u2019 le\u0127en minn wara s-si\u0121ra li qallu: \u201cMur ara kieku flok \u0121andra kienet qarg\u0127a \u0127amra!\u201d Daqsxejn ta\u2019 \u0127rafa li niddedikaha lil xi semmig\u0127a li g\u0127andhom il-marda li jikkritikaw kollox u lil kul\u0127add, anki l-g\u0127emil t\u2019Alla. Ma nkunux g\u0127orrief aktar milli tassew a\u0127na.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a g\u0127alqet b\u2019talb spontanju u bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Avvi\u017ci :<\/p>\n<ul>\n<li style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/ai1ec_event\/premju-zaghzugh-tas-sena-2014\/?instance_id=4094\">Nfakkru li \u0121img\u0127a o\u0127ra flok il-laqg\u0127a Prayer Cafe niltaqg\u0127u fil-knisja tal-Madonna tal-G\u0127ar Ir-Rabat g\u0127al PREMJU \u017bAG\u0126\u017bUG\u0126 TAS-SENA 2014. N\u0127e\u0121\u0121u lil kul\u0127add jattendi. Sabih li nisimg\u0127u t-tajjeb li jsir mi\u017c-\u017cag\u0127\u017cag\u0127 tag\u0127na.<\/a><\/li>\n<li style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/ai1ec_event\/wine-and-pizza-party\/?instance_id=4059\">Is-Sibt 31 ta\u2019 Jannar il-grupp Kerygma se jorganizza WINE AND PIZZA PARTY.<\/a><\/li>\n<li style=\"text-align: justify;\">N\u0127e\u0121\u0121u biex kul\u0127add jibda\u2019 ja\u0127seb g\u0127al Irtir tar-Randan li se jsir \u0121ewwa S-Seminarju tal-Ar\u010bisqof tal-Virtu bejn 6 ta\u2019 Marzu u 8 ta\u2019 Marzu. N\u0127allu dawn id-dati \u0127ielsa.<\/li>\n<\/ul>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e8 ta\u2019 lbierah 23 ta\u2019 Jannar, bdiet billi g\u0127idna t-Talba tal-Moviment Ker\u0177gma, talba li biha nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jin\u017cel fuqna u j\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex b\u2019eg\u0127milna u \u0127idmietna nkomplu nxandru <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":2552,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[37,204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3754"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3754"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3754\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3757,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3754\/revisions\/3757"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/2552"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3754"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3754"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3754"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}