{"id":3833,"date":"2015-02-17T22:03:49","date_gmt":"2015-02-17T21:03:49","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3833"},"modified":"2015-02-17T22:08:08","modified_gmt":"2015-02-17T21:08:08","slug":"il-fidi-hija-tama-prayer-cafe-13-ta-frar-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-fidi-hija-tama-prayer-cafe-13-ta-frar-2015\/","title":{"rendered":"Il-Fidi hija Tama &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 13 ta\u2019 Frar 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Is-Sitt \u0126add Matul is-Sena<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Evan\u0121elju ta\u2019 San Mark 1, 40-45.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-laqg\u0127a tal-lejla \u0121ew imsemmija xi kliem partikulari minn din is-silta tal-Fejqan tal-Lebbru\u017c mill-Evan\u0121elju ta\u2019 San Mark sabiex minnhom \u0127ar\u0121et a\u0127jar it-tifsira ta\u2019 din is-silta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-ewwel kelma hija l-kelma <strong>lebbru\u017c<\/strong>. Fil-kultura tal-Lhud, il-lebbru\u017c huwa bniedem imni\u0121\u0121e\u017c, bniedem li jg\u0127ix imwarrab g\u0127aliex hekk i\u0121ag\u0127luh jag\u0127mel. Fil-ktieb tal-Levitiku insibu li jrid jilbes im\u010ber\u010ber u jg\u0127ix \u2018il bog\u0127od mis-so\u010bjet\u00e0 u huwa esklu\u017c kompletament mis-so\u010bjet\u00e0. Min kien lebbru\u017c kien ji\u0121i meqjus b\u0127ala xi kastig minn Alla, ta\u2019 xi \u0127a\u017cen li jew g\u0127amel hu jew g\u0127amlu l-antenati tieg\u0127u. B\u2019hekk il-bniedem lebbru\u017c huwa bniedem li qieg\u0127ed jg\u0127ix ming\u0127ajr <strong>tama<\/strong>. Alla biss seta\u2019 jfejqu per\u00f2 biex ifejqu kellu jitlob lil Alla minn \u0121ewwa t-tempju; per\u00f2 l-kontradizzjoni hi li l-lebbruz ma setax imur it-tempju g\u0127ax ma setax jersaq lejn in-nies. G\u0127alhekk f\u2019g\u0127ajnejn il-poplu, il-lebbru\u017c ma kellu tama ta\u2019 xejn. G\u0127alhekk il-mexxejja tal-poplu kienu anke qeg\u0127din jeskluduh mill-qima t\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Per\u00f2 meta jiltaqa\u2019 ma\u2019 \u0120es\u00f9 u l-lebbru\u017c talab lil \u0120es\u00f9 biex ifejjqu, hemm kelma li qal \u0120es\u00f9 li hija mportanti: kun <strong>imnaddaf<\/strong>. Din kienet timplika li \u0120es\u00f9 fejjqu mhux biss mill-marda imma anke minn kull \u0127tija li l-lebbru\u017c seta\u2019 kellu. B\u2019dan il-\u0121est il-lebbru\u017c issa sar bniedem \u0121did, bniedm pur li allura seta\u2019 jer\u0121a\u2019 jersaq lejn Alla u t-tempju.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 f\u2019dan l-episodju j\u0127ossu <strong>mqanqal<\/strong>. Quddiem kull bniedem, \u0120es\u00f9 j\u0127ossu mqanqal g\u0127aliex \u0120es\u00f9 \u0121ie g\u0127all-bniedem u spe\u010bjalment quddiem it-tbatijiet tal-bniedem, Alla dejjem i\u0127ossu mqanqal.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 meta kien se jfejjaq lill-lebbru\u017c insibu li <strong>medd idu fuqu <\/strong>u <strong>messu.<\/strong> Issa dan kien \u0121est li \u0120es\u00f9 kien jaf li qieg\u0127ed imur kontra l-li\u0121i meta jag\u0127mel hekk. F\u2019dan l-evan\u0121elju insibu mumenti li kienu jmorru kontra l-li\u0121i. L-ewwel wa\u0127da kienet li l-lebbru\u017c resaq lejn \u0120es\u00f9, \u0127a\u0121a li l-li\u0121i kienet timponilu li jag\u0127mel. It-tieni sitwazzjoni kienet li \u0120es\u00f9 mess lil dan il-lebbru\u017c biex ifejjqu. G\u0127aliex allura \u0120es\u00f9 mar kontra l-li\u0121i? G\u0127al \u0120es\u00f9 il-bniedem huwa mportanti. \u0120es\u00f9 mar kontra din il-li\u0121i g\u0127aliex ma setax ja\u010b\u010betta li bniedem i\u010ba\u0127\u0127ad bniedem ie\u0127or milli jag\u0127ti qima lil Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara l-fejqan \u0120es\u00f9 bag\u0127tu g\u0127and il-qassisin il-kbar biex jag\u0127mel l-offerta tieg\u0127u. \u0120es\u00f9 ma \u0121iex biex jeqred il-li\u0121i imma biex jipperfezzjonaha. Is-sa\u010berdoti biss setg\u0127u jiddikjaraw li din il-persuna hija mfejjqa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kelma o\u0127ra li tolqotna hija l-kelma <strong>t\u0127abbir<\/strong>. Il-lebbru\u017c li jmur ixandar dak li g\u0127amel mieg\u0127u \u0120es\u00f9 qieg\u0127ed jaqdi funzjoni li a\u0127na b\u0127ala nsara a\u0127na mitluba li naqdu. Din hija l-funzjoni missjunarja li meta l-persuna tiltaqa\u2019 ma\u2019 \u0120es\u00f9 ma tkunx kuntenta li \u017c\u017comm lil \u0120es\u00f9 g\u0127aliha imma tipprova taqsam lil \u0120es\u00f9 ma\u2019 \u0127addie\u0127or. Din hija diffikult\u00e0 li niltaqg\u0127u mag\u0127ha g\u0127aliex is-so\u010bjet\u00e0 ta\u2019 madwarna qieg\u0127da tipprova tikkundizzjonana li l-fidi ng\u0127ixuha fil-privat. Dan huwa filfatt dak li jo\u0127ro\u0121 mill-e\u017cortazzjoni appostolika tal-Papa Fran\u0121isku <em>Evangelii Gaudium <\/em>li fiha l-Papa jis\u0127aq dwar il-b\u017conn li anke a\u0127na l-laj\u010bi nkunu missjunarji.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-lebbru\u017c g\u0127alhekk kien \u0127abb\u00e0r tar-reli\u0121jon, per\u00f2 din il-reli\u0121jon ta\u2019 \u0120es\u00f9 ma kinitx tiddiskrimina bejn bniedem u ie\u0127or; reli\u0121jon li ma ti\u0121\u0121udikax. Spiss ji\u0121ri li matul il-\u0121urnata ni\u0121\u0121udikaw persuni li forsi nikkundannawhom g\u0127aliex ma jaqblux mag\u0127na. Per\u00f2 \u0120es\u00f9 \u0121ie fid-dinja g\u0127al kull\u0127add u mhux g\u0127at-tajbin biss. \u0120es\u00f9 meta qieg\u0127ed jag\u0127mel dan il-\u0121est qieg\u0127ed juri l-im\u0127abba tieg\u0127u lejna. Sabiex ifejjaq \u0120es\u00f9 qieg\u0127ed ju\u017ca l-\u0127niena. Din il-\u0127niena forsi qieg\u0127da ssir skarsa fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na. Il-\u0127ajja ta\u2019 \u0127addie\u0127or g\u0127andha ssir importanti mhux g\u0127al \u0127addie\u0127or biss imma mportanti anke g\u0127alija u g\u0127alina. Il-\u0127ajja hija prezzju\u017ca g\u0127alina g\u0127aliex hija rigal.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Issa a\u0127na kemm qeg\u0127din inxandru l-fidi tag\u0127na u ma nirridu\u010bux il-fidi tag\u0127na g\u0127all-isfera privata biss? Kemm a\u0127na lesti li a\u0127na nuru bi\u010b-\u010bar anke b\u2019sempli\u010bi \u0121est dak li a\u0127na nemmnu fih quddiem \u0127addie\u0127or? Pere\u017cempju kemm a\u0127na lesti li nag\u0127mlu \u0121est sempli\u010bi ta\u2019 radd tas-salib quddiem persuni o\u0127ra b\u0127ala meta nitilg\u0127u fuq karozza tal-linja jew qabel l-ikel? Il-Papa Benedittu XVI kien qalilna li mportanti li a\u0127na nag\u0127tu ra\u0121uni g\u0127at-tama tag\u0127na. Il-fidi tag\u0127tina t-tama fil-\u0127ajja mog\u0127tija lilna li l-milja tag\u0127ha se tkun fil-\u0120enna. \u0126afna drabi nkunu influwenzati mid-dinja ta\u2019 madwarna. Spiss nib\u017cg\u0127u pere\u017cempju li nid\u0127lu f\u2019diskussjoni ma\u2019 dawk li forsi ma jaqblux mag\u0127na jew mal-fidi tag\u0127na. L-im\u0127abba per\u00f2 g\u0127andha twassalna biex lil dan \u0120es\u00f9 li a\u0127na n\u0121orru fina, a\u0127na nafdaw fl-Ispirtu s-Santu sabiex idawwalna kif g\u0127andna nwassluh lil \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127andna xi lebbru\u017c li jg\u0127ix madwarna? Ninnutaw li fl-evan\u0121elju li dan il-lebbru\u017c m\u2019g\u0127andux isem. Dan jimplika li dan il-lebbru\u017c jirrapre\u017centa dawk ta\u2019 madwarna li g\u0127andhom b\u017conn il-fejqan kif ukoll jirrapre\u017centa lil kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna g\u0127aliex a\u0127na wkoll g\u0127andna b\u017conn il-fejqan. Issa l-lebbru\u017c huwa l-bniedem li s-so\u010bjet\u00e0 qieg\u0127da taqta\u2019 barra. Madwarna spe\u010bjalment fil-bliet il-kbar je\u017cistu \u0127afna nies li minkejja il-\u0127afna moviment madwarhom, huma nies i\u017colati mis-so\u010bjet\u00e0. Il-Papa jg\u0127allimna per\u00f2 li f\u2019dan l-i\u017colament hemm xi \u0127add li huwa dejjem pre\u017centi; u dan huwa Alla. L-iskribi u l-fari\u017cej moderni huma dawk li jmexxu l-ekonomija tad-dinja. Illum a\u0127na niskandalizzaw b\u2019dak li \u0121ara fil-gwerer kbar li se\u0127\u0127ew imma llum madwarna qeg\u0127din isiru diversi in\u0121ustizzji fis-so\u010bjet\u00e0 ta\u2019 madwarna. G\u0127alkemm forsi ma nistg\u0127ux nag\u0127mlu diffrenza kbira ekonomika, per\u00f2 nistg\u0127u nag\u0127mlu differenza permezz tat-talb. Il-Papa Fran\u0121isku jenfasizza l-importanza tat-talb flimkien(f\u2019komunit\u00e0) li jag\u0127ti dimensjoni ta\u2019 komunit\u00e0 li t\u0127obb.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan id-djalogu tal-lebbru\u017c ma\u2019 \u0120es\u00f9 jintemm bil-fejqan. Id-djalogu tag\u0127na ma\u2019 \u0120es\u00f9 g\u0127alhekk g\u0127andu jispi\u010b\u010ba bil-fejqan, g\u0127aliex a\u0127na g\u0127andna b\u017conn is-salvazzjoni li ma nistg\u0127ux niksbu we\u0127idna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-kelliem tal-laqg\u0127a tal-lejla qal storja li kienet dehret fl-Educational Times ta\u2019 Londra. Din l-istorja titkellem dwar tifel \u017cg\u0127ir li meta wasal g\u0127and \u010berta g\u0127alliema kienu bdew jippreparawha li se ssibha diffi\u010bli \u0127afna li tg\u0127allmu u tmexxieh \u2018il quddiem. Wasal il-Milied u fejn \u0127addie\u0127or ta rigal sabi\u0127 lill-g\u0127alliema, dan it-tifel ta flixkun fwie\u0127a li kienet u\u017cata u mge\u017cwra f\u2019karta fqira u u\u017cata. L-g\u0127alliema dde\u010bidiet li ma ti\u0121\u0121udikahx u ta\u010b\u010betta dan ir-rigal bl-im\u0127abba kollha u anke waslet biex g\u0127amlet ftit fwie\u0127a dak il-\u0127in. Dan it-tifel mistag\u0127\u0121eb qalilha: \u201cYou smell like my mother!\u201d (Issa g\u0127andek ir-ri\u0127a tal-mam\u00e0 tieg\u0127i). L-istorja ma waqfitx hawn g\u0127aliex wara \u017cmien twil l-g\u0127alliema mardet b\u2019cancer u sabet quddiemha lil dan it-tifel b\u0127ala kirurgu. Din l-g\u0127alliema ma kinitx i\u0121\u0121udikatu imma tatu \u010bans biex t\u0127obbu u ta\u010b\u010bettah b\u0127ala persuna. Dan it-tifel li kellu diffikult\u00e0 d-dar li kienet qed taffetwalu \u0127ajtu sab lil din l-g\u0127alliema li l-ewwel \u0127abbitu imbag\u0127ad kompliet biex tg\u0127inu fl-affarijiet l-o\u0127ra li tant kellu b\u017conn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-tqanqil li \u0127ass \u0120es\u00f9 g\u0127alhekk g\u0127andu jkun ukoll tag\u0127na; quddiem tant tra\u0121edji li qeg\u0127din insibu quddiemna. Kemm qeg\u0127din nuru li a\u0127na nsara konvinti mill-fidi tag\u0127na?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Is-Sitt \u0126add Matul is-Sena Evan\u0121elju ta\u2019 San Mark 1, 40-45. Fil-laqg\u0127a tal-lejla \u0121ew imsemmija xi kliem partikulari minn din is-silta tal-Fejqan tal-Lebbru\u017c mill-Evan\u0121elju ta\u2019 San Mark sabiex minnhom \u0127ar\u0121et a\u0127jar <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3836,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3833"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3833"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3833\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3835,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3833\/revisions\/3835"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3836"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3833"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3833"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3833"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}