{"id":3884,"date":"2015-02-21T20:56:38","date_gmt":"2015-02-21T19:56:38","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3884"},"modified":"2015-02-22T21:33:45","modified_gmt":"2015-02-22T20:33:45","slug":"nhallu-l-ispirtu-jmexxina","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/nhallu-l-ispirtu-jmexxina\/","title":{"rendered":"N\u0127allu l-Ispirtu Jmexxina &#8211; Prayer Caf\u00e8: 20 ta&#8217; Frar 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a Prayer Cafe fl 20 ta\u2019 Frar bdiet bit-talba tal-Moviment.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u0127ala \u0121ens uman fejn sejrin? Il-\u0127ajja ta\u2019 madwarna tag\u0127mel sens? N\u0127ossu li l-Ispirtu qieg\u0127ed imexxi l-bniedem biex jiltaqa\u2019 mal-Im\u0127abba u l-Fer\u0127 veru ? JEW qed infittxuh x\u2019imkien ie\u0127or? Zgur li l-bniedem jixraqlu jkompli jikber fid-dinjita, fl-im\u0127abba, fil-fer\u0127 u l-pa\u010bi. Ir-Randan hu \u017cmien ta\u2019grazzja fejn g\u0127andna ng\u0127arblu l-\u0127ajja spiritwali tag\u0127na. Nsibu mezzi kif nersqu qrib il-Mulej, b\u0127alma huma dawn il-laqg\u0127at u anke ftit jiem o\u0127ra se jkollna irtir ta\u2019 tlett ijiem. Ejjew nuzaw dan i\u017c-\u017cmien biex nissa\u0127\u0127u fil-fidi tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara dan il-\u0127sieb inqara\u00a0il-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej mehud mill-van\u0121elu ta\u2019 <strong>San Mark 1:12-15. <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019dan il-van\u0121elu nsibu kif wara li tg\u0127ammed minn \u0120wanni l-Battista l-Ispirtu \u0127are\u0121 lil \u0120esu fid-dezert qabel ma kien sejjer jibda il-\u0127ajja pubblika tieg\u0127u. Tajjeb ninnutaw li \u0120ESU li kien Alla, qabel ma beda l-missjoni tieg\u0127u inqata\u2019 g\u0127alih wa\u0127du sabiex isum u jitlob. E\u017cempji o\u0127ra ta\u2019 dan insibhuhom f\u2019partijiet o\u0127ra tal-Bibbja b\u0127al:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>L-g\u0127ada fil-g\u0127odu kmieni,qabel ma zernaq qam, \u0127are\u0121 u mar f\u2019post imwarrab u qag\u0127ad hemm jitlob<\/em>(Mk1:35)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u0120esu \u0127a mieg\u0127u lill-Pietru, \u0120wanni u \u0120akbu fuq il-muntanja biex jitlob<\/em>.(Lq 9:28)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Mar fuq il-muntanja wa\u0127du biex jitlob<\/em> (Mt 14:23)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>I\u017cda hu kien ifittex xi mkien imwarrab u jin\u0121abar fit-talb<\/em> (Lq 5:16)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Mela darba fost l-o\u0127rajn \u0127are\u0121 lejn l-g\u0127oljiet biex jitlob u g\u0127adda l-lejl fit-talb lil Alla<\/em> (Lq 6:12)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u0120esu jitlob fil-\u0120etsemani<\/em> (Mk 14:32-42 \/Lq 22: 39-46)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mela \u0120ESU kien isib sosten fit-talb billi jfittex li jiltaqa\u2019 m\u2019Alla. X\u2019ezempju sabi\u0127 dan g\u0127alina! KEMM i\u017cjed a\u0127na li a\u0127na nies dg\u0127ajfa, qabel nag\u0127mlu xi \u0127a\u0121a, qabel nie\u0127du xi de\u010bizjoni jew inwettqu xi missjoni, g\u0127andna nduru lejn Alla u nitolbu!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu jg\u0127idilna: <em>\u201cEjjew mieg\u0127i intom biss we\u0127idkom f\u2019xi post imwarrab u strie\u0127u ftit\u201d<\/em> (Mk 6:31) Li nisimg\u0127u l quddies huwa tajjeb, li mmorru l-laqg\u0127at tat-talb huwa tajjeb, li nitolbu fil-familja huwa tajjeb li ng\u0127idu r-ruzarju huwa tajjeb pero l-Mulej qieg\u0127ed isej\u0127ilna biex inqattg\u0127u ftit \u0127in fil-kwiet biex nisimg\u0127u LILU jkellimna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u201cI\u017cda int meta titlob, id\u0127ol fil-kamra tieg\u0127ek ta\u2019 \u0121ewwa, g\u0127alaq il-bieb warajk u itlob li Missierek li hu fil-mo\u0127bi\u201d<\/em> (Mt 6:6)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fit-talb a\u0127na nistabbilixxu ir-relazzjoni personali tag\u0127na m\u2019Alla.<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Il-Missier li \u0127alaqna<\/li>\n<li>l-Iben li salvana<\/li>\n<li>L-Ispirtu s-Santu li qaddisna<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu jg\u0127id <em>:<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u00a0\u201c\u0126add ma jista jg\u0127id \u0120esu Hu il-Mulej, jekk <strong>il-Missier li bag\u0127atni ma jigbdux lejja<\/strong> (Gw 6:44)<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u201c\u0126add ma jmur g\u0127and il-Missier jekk mhux <strong>permezz tieg\u0127i<\/strong>\u201d (\u0120w 14:6)<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u201c\u0126add ma jista\u2019 jg\u0127id \u0120esu Hu il-Mulej, jekk mhux <strong>imqanqal mill-Ispirtu S-Santu<\/strong>\u201d<\/em> (1 Kor 12:3)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mela a\u0127na g\u0127andna nitolbu fl-isem tal-Missier u ta\u2019 l-Iben u ta\u2019 l-Ispirtu s-Santu. Ma nist\u0127ux inroddu s-salib l-a\u0127wa, bil-mod il-mod id-drawwa li nroddu s-salib f\u2019postijiet pubbli\u010bi qed tinqata\u2019! Is-salib huwa barka g\u0127alina lkoll.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-talb g\u0127andu jkun li nisimg\u0127u. Irridu nitg\u0127allmu nisimg\u0127u lil Alla jkellimna fil-kwiet, fis-skiet u fil-profond ta\u2019 qalbna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ma nistg\u0127ux ng\u0127idu li nafu lil xi \u0127add jekk qatt ma qadna nismg\u0127uh. Lanqas nistg\u0127u in\u0127obbu persuna li ma nafuhiex.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jekk nag\u0127mlu sforz biex nisimg\u0127u lil Alla hemmhekk nistg\u0127u ng\u0127idu li qed insiru nafuh.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Ispirtu li \u0127are\u0121 lil \u0120esu fid-desert huwa l-istess Spirtu li a\u0127na \u0127adna fil-mag\u0127mudija u \u0121eddidna fil-Grizma ta\u2019 l-Isqof. Pero disgrazzjatament \u0127afna nsara din il-grazzja \u0127allejnieha rieqda. Hawnhekk il-kellima li mexxiet il-laqg\u0127a tal-llum stqarret li hi meta \u0127adet il-<strong>Grizma tal-Isqof<\/strong> mill-katekezi fehmet li hi kellha issa ssir <strong>suldat ta\u2019 Kristu<\/strong> u g\u0127alhekk kienet t\u0127oss il-b\u017conn li fejn tisma\u2019 lil xi \u0127add jg\u0127id kontra \u0120esu kienet <strong>taqbez g\u0127aliH bil-fomm<\/strong>. Fl-1989 esperjenzat lill-<strong>Ispirtu s-Santu f\u2019\u0127ajjitha<\/strong> u din l-esperjenza bidlitilha \u0127ajjitha \u2013 <strong>bidlet il-mod li tg\u0127ix, il-mod li titlob<\/strong>. \u0126e\u0121\u0121et lil dawk prezenti ma j\u0127allux lill-Ispirtu rieqed \u0121ewwa fihom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ejjew jekk s\u2019issa lil-Ispirtu s-Santu \u0127allejnieh rieqed, nibdew nitolbuh jg\u0127ina fit-talb tag\u0127na u jmexxina Hu, ejjew \u00a0nag\u0127rfu n\u0127addmu d-doni li jrid isebba\u0127na bihom. Nitolbu g\u0127ad-don tal-Kelma, g\u0127ad-don tal-G\u0127erf, g\u0127ad-don tal-Mirakli&#8230;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nistg\u0127u ng\u0127idu li a\u0127na qeg\u0127din nimxu skont dan l-Ispirtu? Il-Papa Fran\u0121isku fl-Omelija tieg\u0127u tat-Tnejn 20 ta\u2019 Mejju 2013 qal \u201cTalb qalbieni, umli u qawwi jag\u0127mel il-mirakli&#8230;&#8230;.KOLLOX hu possibli g\u0127al min g\u0127andu l-fidi&#8230;&#8230;..spiss dawk li j\u0127obbu lil \u0120esu ma jissugrawx wisq fit-twemmin tag\u0127hom fih u lanqas ma jafdaw g\u0127al kollox fih. Imma g\u0127aliex dan in-nuqqas ta\u2019 twemmin? Na\u0127seb li dan ji\u0121ri meta l-qalb ma tinfeta\u0127x, meta l-qalb tkun mag\u0127luqa, meta l-qalb tkun trid tikkontrolla kollox. Hi qalb, mela \u2018li ma tinfeta\u0127x\u2019 u li \u2018ma tintelaqx f\u2019\u0120esu\u201d&#8230;&#8230;kompla l-Papa. \u201clkoll kemm a\u0127na g\u0127andna fina xi ftit tan-nuqqas ta\u2019 twemmin. JE\u0126TIE\u0120 TALB UMLI U QAWWI, LI JIPPERMETTI LIL \u0120ESU LI JWETTAQ IL-MIRAKLU&#8230;&#8230;irid ikun talb kura\u0121\u0121u\u017c, li jissielet biex jinkiseb il-miraklu, u mhux talb g\u0127all-kirjanza. Ehe, nitlob g\u0127alik, ng\u0127id il-Missierna, Sliema u Qaddisa u mbag\u0127ad ninsa kollox&#8230;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0It-TALB g\u0127al dak li jkun irid ikun talb tal-inter\u010bessjoni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>NISTG\u0126U NG\u0126IDU LI QEG\u0126DIN NG\u0126IXU SKONT DAN L-ISPIRTU?<\/strong><\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Meta nkunu ffukati fuq it-talb, stqarret wa\u0127da mill-membri, t\u0127oss il-qawwa tat-talb; pero ji\u0121ri kultant bid-distrazzjonijiet jew \u0127sibijiet tispi\u010b\u010ba tintilef. Trid tiprova tne\u0127\u0127i kull \u0127sieb u distrazzjoni minn quddiemek.<\/li>\n<li>Xi \u0127add ie\u0127or stqarr li meta titlob lill-Ispirtu s-Santu timtela bil-pa\u010bi u t\u0127oss li se jg\u0127inha tg\u0127eleb kollox.<\/li>\n<li>Xi \u0127add ie\u0127or tat l-esperjenza tag\u0127ha ta\u2019 fejqan fiziku \u2013 l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu titlaqna biss jekk inkunu fid-dnub u nag\u0127zlu li nibqg\u0127u fih.<\/li>\n<li>L-Ispirtu s-Santu jirrevela lilu nnifsu lil dawk li ja\u010b\u010bettawh u j\u0127alluh ikun il-gwida tag\u0127hom.<\/li>\n<\/ul>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>QEG\u0126DIN NITOLBU QABEL NIE\u0126DU XI DE\u010aIZZJONI JEW INWETTQU XI \u0126A\u0120A? JEW L-EWWEL NG\u0126AFF\u0120U U NAG\u0126MLU TA\u2019 RASNA, IMBAG\u0126AD WARA LI TI\u0120INA \u0126AZIN INDURU G\u0126AT-TALB?<\/strong><\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Sfortunatament \u0127afna huma dawk li jitolbu b\u0127al papagalli u jitolbu meta l-g\u0127aw\u0121 ikun \u0121a \u0121ie fuqhom. It- talb irid isir kuljum \u2013 fis-skiet irridu nistennew li l-Ispirtu s-Santu jimliena bil-qawwa tieg\u0127u. JEKK ta\u010b\u010bettaH Hu se ja\u0127dem fik \u2013 se t\u0127ossok mqanqal biex titkellem fuq \u0120esu.<\/li>\n<li>Tajjeb li lkoll kemm a\u0127na nqumu mir-raqda \u2013 qeg\u0127din ng\u0127ixu fi \u017cmien diffi\u010bli \u2013 f\u2019so\u010bjeta anti Kristjana. So\u010bjeta li ddawwar ir-reli\u0121jon kif trid hi. Tajjeb ninteb\u0127u li g\u0127addejjin fi \u017cmien ta\u2019 persekuzzjoni. U rridu nkunu A\u0126NA xhieda ta\u2019 Kristu.<\/li>\n<li>Ma ninsewx li \u0120esu qalilna: \u201cMin ji\u010b\u0127ad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll ni\u010b\u0127ad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet\u201d (Mattew 10:32).<\/li>\n<li>L-Ispirtu s-Santu jirrevela lilu nnifsu lil dawk li ja\u010b\u010bettawH u j\u0127alluH ikun il-gwida tag\u0127hom.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ix-xitan kien jaf g\u0127alxiex kien qed jipprepara lilu nnifsu \u0120esu, u minkejja li \u0120esu kien Alla xorta ried jag\u0127mel minn kollox biex i\u0121arbu, biex jipprova jfixkel il-pjan t\u2019Alla g\u0127as-salvazzjoni tal-bnedmin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Iva ta\u2019 \u0120esu lil Alla kienet qed ti\u0121i ittestjata mill-bidu net tal-ministeru tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-istess a\u0127na b\u0127al \u0120esu ni\u0121u m\u0121arba mix-xitan.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ix-xitan huwa qattiel u giddieb. Hekk isejja\u0127lu \u0120esu (\u0120w8:44). Qattiel \u2013 g\u0127ax joqtol il-grazzja t\u2019Alla fina. Giddieb \u2013 g\u0127ax jipprezentalna l-\u0127azin b\u0127ala tajjeb.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Min jaf kemm il-darba meta \u0127adna xi de\u010bizjoni jew kommitment, jibda jinqalalna \u00a0kull tfixkil. Meta idde\u010bidejna li rridu ng\u0127ixu a\u0127jar, naqtg\u0127u xi vizzju jew nikkommettu ru\u0127na sabiex ng\u0127inu lill-o\u0127rajn,jew jafdalna xi bi\u010b\u010ba xog\u0127ol f\u2019idejna, kemm jibda jinqala tfixkil u anke gwaj u dan ix-xitan jag\u0127mlu biex ifixkilna biex naqtg\u0127u qalbna u ma nikkommettux ru\u0127na sabiex ng\u0127ixu a\u0127jar, nag\u0127mlu l-\u0121id u nwettqu dak li Alla jrid minna u qieg\u0127ed isej\u0127ilna g\u0127alih. Dan kollu ta\u0127wid minn ta\u0127t tax-xitan. (2 Kor 2:11) tfixkil fl-appostolat (Tess 4:15) persekuzzjonijiet (Apok 2:10) ind\u0127il fil-\u0127wejje\u0121 umani(\u0120uda 1:9)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Min irid jibqa\u2019 fidil lejn il-patt t\u2019Alla jrid je\u0127odha kontra d-dnub u jg\u0127ix skont l-evan\u0121elju. Irid jitlob biex ir-rieda t\u2019Alla sse\u0127\u0127 fih.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>QEG\u0126DIN NI\u0120\u0120IELDU KONTRA T-TENTAZZJONIJIET G\u0126ALL-\u0126AZEN? JEW A\u0126NA DAWK LI NITGERBU MAL-KURRENT?<\/strong><\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Irridu nu\u017caw il-Kelma t\u2019Alla biex neg\u0127lbu t-tentazzjonijiet. Il-Kelma ta\u2019 Alla hi &#8220;b\u0127al xabla li taqta\u2019 b\u2019\u017cew\u0121t ixfar&#8221; (Lhud 4, 12). Nu\u017cawha l-Bibbja.<\/li>\n<li>Il-fatt li \u0121ejna g\u0127al din il-laqg\u0127a turi li qeg\u0127din nimxu kontra l-kurrent \u2013 nag\u0127tu kura\u0121\u0121 lil xulxin.<\/li>\n<li>Is-sagrament tal-qrar qieg\u0127ed hemm biex a\u0127na nersqu lejh biex tin\u0127afer il-\u0127tija tag\u0127na.Tag\u0127laq il-bieb bejn ir-relazzjoni tieg\u0127ek u Alla BISS jekk inti tibqa\u2019 l-bog\u0127od mill-qrar.<\/li>\n<li>Ix-xitan jista\u2019 jilg\u0127ab bis-sens ta\u2019 \u0127tija fina u jbeg\u0127edna milli nag\u0127mlu r-rieda tal-Mulej. Irridu nkunu umli u nag\u0127rfu l-\u0127tija tag\u0127na.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imiss lilna li nilqg\u0127u lil Alla minn qalbna f\u2019\u0127ajjitna u nkunu lesti dejjem inwettqu r-rieda tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Alla joffrilna l-\u0127biberija u l-im\u0127abba tieg\u0127u g\u0127ax Alla tag\u0127na mhux xi Alla li jinqata\u2019 g\u0127al rasu u ma jimpurtahx minna. Alla tag\u0127na huwa Alla li jrid ikun qrib tag\u0127na u jrid jid\u0127ol f\u2019rabta ta\u2019 \u0127biberija personali mag\u0127na u dan irid jag\u0127mlu g\u0127aliex i\u0127obbna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u201cIntom issej\u0127uli u ti\u0121u titolbuni u jien nismag\u0127kom. Meta tfittxuni b\u2019qalbkom kollha issibuni.\u201d (Ger 29:12-13) <\/em>\u0120esu j\u0127e\u0121\u0121i\u0121na sabiex\u00a0 nitolbu biex ma naqtg\u0127ux qalbna. Fil-parabola tal-armla u l-im\u0127allef (Lq 18:1-8) l-armla sabet \u0127aqq minn Im\u0127allef g\u0127ax iperseviet fit-talba biex isir \u0127aqq mag\u0127ha. Hekk ukoll g\u0127andna a\u0127na nippersevaw fit-talb u nibqg\u0127u nitolbu dak li jin\u0127te\u0121ilna. Alla zgur li se jtik dak li g\u0127andek bzonn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0\u201c<em> Ishru, mela, g\u0127aliex la tafu l-jum u lanqas is-sieg\u0127a.\u201d (Mt:25:13) <\/em>Mela a\u0127na se nintilfu g\u0127ax IRRIDU a\u0127na g\u0127aliex \u0120esu di\u0121a ppreparana x\u2019g\u0127andna nag\u0127mlu.\u00a0 M\u2019hemmx irtirar fis-servizz t\u2019Alla. Il-missjoni li jafda lilek ma jfissirx li ser jafda lili. Tg\u0127idlux le. IDDIXXERNA fejn il-Mulej irid juzak.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ejjew f\u2019dan ir-Randan imqaddes nag\u0127mlu \u0127ilitna sabiex nag\u0127rfu a\u0127jar s-sej\u0127a li Alla qieg\u0127ed jag\u0127mlilna u nfittxu li nwie\u0121bu g\u0127aliha bl-akbar serjeta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">NIXTIQILKOM MINN QALBI LI L-FER\u0126 LI JFAWWAR L-ISPIRTU T\u2019ALLA FIJA ISSIBUH INTOM UKOLL!<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a Prayer Cafe fl 20 ta\u2019 Frar bdiet bit-talba tal-Moviment. B\u0127ala \u0121ens uman fejn sejrin? Il-\u0127ajja ta\u2019 madwarna tag\u0127mel sens? N\u0127ossu li l-Ispirtu qieg\u0127ed imexxi l-bniedem biex jiltaqa\u2019 mal-Im\u0127abba u <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3071,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204,87],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3884"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3884"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3884\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3893,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3884\/revisions\/3893"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3071"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3884"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3884"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3884"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}