{"id":3897,"date":"2015-02-28T13:46:08","date_gmt":"2015-02-28T12:46:08","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3897"},"modified":"2015-02-28T14:09:53","modified_gmt":"2015-02-28T13:09:53","slug":"fil-glorja-talla-prayer-cafe-27-ta-frar-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/fil-glorja-talla-prayer-cafe-27-ta-frar-2015\/","title":{"rendered":"Fil-Glorja t&#8217;Alla &#8211; Prayer Caf\u00e8: 27 ta\u2019 Frar 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: center;\"><strong>Laqg\u0127a li saret il-\u0120img\u0127a nhar is-27 ta\u2019 Frar 2015<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: center;\"><strong>It-Tieni \u00a0\u0126add tar-Randan.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: center;\"><strong>Il- laqg\u0127a bdiet billi inqara l-Evan\u0121elu skont San Mark (9, 2-10)<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-silta tirrakkonta l-Misteru tat-Trasfigurazzjoni : meta \u0120es\u00f9 \u0127a mieg\u0127u lil Pietru, lil \u0120akbu u lil \u0120wanni fuq il-muntanja Tabor. \u00a0\u00a0Il-kelma <em>trans<\/em> tintu\u017ca meta xi \u0127a\u0121a tinbidel minn \u0127a\u0121a g\u0127al o\u0127ra.\u00a0 Figurazzjoni tfisser figura jew persuna.\u00a0 Fuq it-Tabor, \u0120es\u00f9 inbidel minn bniedem g\u0127all-figura ta\u2019 Alla.\u00a0 Pietru bil-bi\u017ca, t\u0127awwad u ma jafx x\u2019kien \u0127a jaqbad jg\u0127id. \u00a0G\u0127alkemm kienu jafu li \u0120es\u00f9 huwa Alla g\u0127ax kienu rawh jag\u0127mel il-mirakli, kienu g\u0127adhom qatt ma rawh f\u2019sura ta\u2019 Alla.\u00a0 Pietru, tant \u0127assu tajjeb hemm fuq, li kien g\u0127alih bena tlett tined: wa\u0127da g\u0127al \u0120es\u00f9, wa\u0127da g\u0127al Mose\u2019 u wa\u0127da g\u0127al Elija biex jibqg\u0127u f\u2019dik il-Glorja. \u00a0Dak il-\u0127in Pietru nesa lilu nnifsu u lil dawk ta\u2019 madwaru g\u0127ax \u0127ass pa\u010bi u fer\u0127 liema b\u0127alu, kif a\u0127na g\u0127ad in\u0127ossuna fil-\u0120enna.\u00a0 Tfajjel staqsa lil Papa Fran\u0121isku jekk il-kelb tieg\u0127u jmurx il-\u0120enna ukoll.\u00a0 Il-Papa ma kisirlux qalbu u qallu iva.\u00a0 Imma \u017cgur li a\u0127na meta nkunu l-\u0120enna tant inkun fi stat ta\u2019 pa\u010bi u fer\u0127 li ji\u0121rilna b\u0127al Pietru u ninsew lil kul\u0127add.\u00a0 Ma jkollnix g\u0127alfejn infittxu u nsibu lil qrabatna g\u0127ax ma jkun jonqosna xejn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 b\u0127ala bniedem kien jifra\u0127 u kien jibki b\u0127al ma g\u0127amel fuq il-Golgota.\u00a0 Mela fuq it-Tabor \u0120es\u00f9 kien fil-Glorja u fuq il-Golgota \u0127a l-mewt.\u00a0 Din tista\u2019 tg\u0127odd g\u0127al \u0127ajjitna:\u00a0 daqqa nkunu g\u0127addejjin tant tajjeb li ma nixtiequx li dak i\u017c-\u017cmien jispi\u010b\u010ba (b\u0127al ma qal Pietru li xtaq jibqa\u2019 hemm) u mill-banda l-o\u0127ra jkun hemm \u017cmien meta tant ikun \u0127a\u017cin li tridu jispi\u010b\u010ba malajr u ji\u0121rilna b\u0127al \u0120es\u00f9 li ng\u0127idu \u201cAlla tieg\u0127i, Alla tieg\u0127i g\u0127aliex tlaqtni\u201d. Meta nkunu g\u0127addejjin minn \u017cminijiet diffi\u010bli tkun il-prova tag\u0127na ta\u2019 kemm g\u0127andna fidi f\u2019Alla u g\u0127alkemm xi kultant ma n\u0127ossuhx, il-pre\u017cenza tieg\u0127u tkun hemm. Din hi \u0127ajjitna daqqa fuq u daqqa isfel.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">Din hi \u0127ajjitna daqqa fuq u daqqa isfel.<\/div> Kif d-deheb irid jg\u0127addi min-nar biex jissaffa hekk ukoll a\u0127na irridu ng\u0127addu mit-tbag\u0127tija biex nissaffew ukoll.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn infet\u0127et d-diskussjoni.\u00a0 Qamet il-mistoqsija li kif jista\u2019 jkun li meta tkun qed tie\u0127u pja\u010bir x\u2019imkien, ninsew lil ta\u2019 madwarna.\u00a0 \u0120ie spjegat illi dan ji\u0121ri biss meta naraw lil Alla g\u0127ax ma jkun jonqosna xejn.\u00a0 L-eqreb \u0127a\u0121a ta\u2019 meta ji\u0121ri dan b\u0127alissa, li g\u0127adna hawn, hija meta per e\u017cempju tkun f\u2019xi irtir li tant t\u0127ossok qrib il-pre\u017cenza ta\u2019 Alla, la ma tkunx trid li l-\u0127in jg\u0127addi u jispi\u010b\u010ba.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Inqag\u0127let il-mistoqsija ta\u2019 kif wie\u0127ed g\u0127andu j\u0121ib ru\u0127u ma\u2019 nies li jkunu tilfu lil qrabathom.\u00a0 Kif tispjegalhom li dawk il-mumenti ta\u2019 niket huma g\u0127alina imma mhux g\u0127al min \u0127alliena.\u00a0 It-twe\u0121iba mhix fa\u010bli.\u00a0 Hemm diska li tg\u0127id li l-\u0127ajja hija vja\u0121\u0121 u mhux destinazzjoni: irridu naslu f\u2019punt fejn \u0127ajjitna tinbidel.\u00a0 L-unika risposta li ssib quddiem il-mewt hija bil-fidi: dik il-persuna tkun marret tie\u0127u l-premju ta\u2019 dejjem, dak li tkun \u0127admet g\u0127alih.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Instemg\u0127u esperjenzi personali ta\u2019 u\u0127ud li tilfu lil qrabathom u g\u0127alkemm il-firda ovvjament \u0127assewha \u0127afna, kkonfermaw li l-fidi f\u2019Alla biss i\u017c\u017commok g\u0127addej.\u00a0 Irid ikollok fidi kbira u trid tkun tant sod fiha,\u00a0 g\u0127ax jekk le, f\u2019mumenti iebsa b\u0127al dawn tista\u2019 sa\u0127ansitra titlef dik il-fidi li jkollok.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Issemmew ka\u017ci fejn ulied jitilfu l-\u0121enituri t-tnejn ta\u2019 eta\u2019 \u017cg\u0127ira.\u00a0 Dawn huma iktar diffi\u010bli biex wie\u0127ed jispjegalhom min\u0127abba li l-fidi tag\u0127\u0127om tkun aktar fqira u dg\u0127ajfa.\u00a0 Hawn jid\u0127ol ix-xog\u0127ol tal-parrinijet li jie\u0127du post l-\u0121enituri biex jaraw li dawn l-ulied jkomplu fit-triq it-tajba.<\/p>\n<div style=\"width: 491px\" class=\"wp-caption alignleft\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" src=\"http:\/\/upload.wikimedia.org\/wikipedia\/commons\/8\/8b\/Brooklyn_Museum_-_The_Transfiguration_%28La_transfiguration%29_-_James_Tissot_-_overall.jpg\" alt=\"\" width=\"481\" height=\"744\" \/><p class=\"wp-caption-text\">Brooklyn Museum &#8211; The Transfiguration (La transfiguration) &#8211; James Tissot [Public domain], via Wikimedia Commons<\/p><\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">Inqalet ukoll l-mistoqsija g\u0127aliex dehru Mos\u00e8 u Elija u mhux qaddisin o\u0127ra.\u00a0 G\u0127al poplu Lhudi dawn kienu \u017cew\u0121t irjus kbar \u0127afna dawk li bl-ingli\u017c ng\u0127idulhom <em>\u2018figure heads\u2019<\/em> .\u00a0 Mos\u00e8 huwa s-simbolu tal-Li\u0121i filwaqt li Elija huwa wie\u0127ed mill-akbar profeti.\u00a0 Fiha tifsira o\u0127ra fejn \u0120es\u00f9 g\u0127aqqad it-Testment l-Antik (Elija) mat-Testment il-\u0120did (Mos\u00e8).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tqajjem ukoll il-punt ta\u2019 kif wie\u0127ed g\u0127andu j\u0121ib ru\u0127u ma ateju. Ing\u0127ata parir li jekk ma tkunx ippreparat sew l-a\u0127jar ma tiddiskuti xejn mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120iet mistoqsija ukoll g\u0127aliex dawn il-persekuzzjonijiet li g\u0127addejjin b\u0127alissa.\u00a0 Fil-fatt il-persekuzzjoni kontra l-Insara qatt ma waqfet imma sempli\u010biment g\u0127ax ma jing\u0127atawx prominenza fil-media.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar inqrat storja fejn ra\u0121el li kien jipprova jibda l-\u0121urnata bis-sewwa, kien jitlef kull xewqa tajba li jkollu meta jmur fuq ix-xog\u0127ol g\u0127ax kien\u00a0 jiltaqa\u2019 ma\u2019 ba\u0127ar ta\u2019 inkwiet: min jg\u0127id \u0127a\u0121a, min jg\u0127id o\u0127ra, min jirrabja, min jidg\u0127i, min jg\u0127id kontra dak u kontra l-ie\u0127or.\u00a0 Kien i\u0127oss dalma taqa\u2019 fuqu.\u00a0 Veru li madwarna nsibu ba\u0127ar ta\u2019 dlam imma jekk wie\u0127ed ikollu ftit tad-dawl, mhux sew li jintefa\u2019 d-dawl tal-qalb ukoll.\u00a0 Hemm proverbju G\u0127arbi li jg\u0127id li jekk g\u0127allinqas ma tistax tkun kewkba, kun g\u0127allinqas musbie\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a spi\u010b\u010bat bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Laqg\u0127a o\u0127ra issir nhar it-13 ta\u2019 Marzu peress il-weekend li \u0121ej ser ikun hemm tlett ijiem irtir is-Seminarju.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Laqg\u0127a li saret il-\u0120img\u0127a nhar is-27 ta\u2019 Frar 2015 It-Tieni \u00a0\u0126add tar-Randan. Il- laqg\u0127a bdiet billi inqara l-Evan\u0121elu skont San Mark (9, 2-10) Is-silta tirrakkonta l-Misteru tat-Trasfigurazzjoni : meta \u0120es\u00f9 <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3902,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204,87],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3897"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3897"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3897\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3907,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3897\/revisions\/3907"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3902"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3897"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3897"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3897"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}