{"id":3930,"date":"2015-03-14T21:07:29","date_gmt":"2015-03-14T20:07:29","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=3930"},"modified":"2015-03-15T19:30:11","modified_gmt":"2015-03-15T18:30:11","slug":"obda-sal-mewt-tas-salib-prayer-cafe-13-ta-marzu-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/obda-sal-mewt-tas-salib-prayer-cafe-13-ta-marzu-2015\/","title":{"rendered":"&#8220;Obda sal-Mewt tas-Salib&#8221; &#8211; Prayer Caf\u00e8: 13 ta\u2019 Marzu 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a Prayer Cafe ta\u2019 lbierah 13 ta\u2019 Marzu bdejniha \u00a0billi tlabna lill-Ispirtu s-Santu bit-Talba tal-Moviment Kerygma, u\u00a0 tlabnih jin\u017cel fuqna u j\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex b\u2019eg\u0127milna u \u0127idmietna nkomplu nxandru l-Kelma t\u2019Alla. Wara nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej mehud minn \u0120wanni 3:14-21. Dawn huma xi punti u riflessjonijiet li qsamna flimkien waqt il-laqg\u0127a dwar dan il-qari.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-van\u0121elu tal-\u0126add\u00a0 li \u0121ej naraw lil Kristu b\u0127ala \u2019l Mose l-\u0121did. \u201cKif Mose refa\u2019 s-serp fid-de\u017cert, hekk je\u0127tie\u0121 li jkun merfug\u0127 Bin il-bniedem\u201d Fl-Ezodu nsibu li waqt li l-Lhud kienu fi triqthom fid-de\u017cert\u00a0 lejn l-art mweg\u0127da, daru g\u0127alihom is-sriep u Mose staqsa lil Alla x\u2019setg\u0127a jag\u0127mel biex isalva lil min ji\u0121i migdum. Alla kien qallu jdewweb ram forma ta\u2019 serp fuq zokk u kull min ji\u0121i migdum u j\u0127ares \u2019l fuq lejn dan is-serp kien ifieq. Filwaqt li Mose kien il-mexxej tal-poplu Lhudi fi triqthom lejn l-art mweg\u0127da, Kristu hu l-mexxej tag\u0127na l-fidili tal-prezent u l-futur. KRISTU \u0121ie maqtul u mdendel fuq is-salib. A\u0127na llum ukoll ni\u0121u migduma mis-sriep \u2013 Is-sriep tal-llum huma d-dnubiet li d-dinja tridna nwettqu u biex nevitawhom jew biex insalvaw minnhom irridu n\u0127arsu lejn Kristu mdendel fuq is-salib b\u0127alma l-Lhud kienu j\u0127arsu lejn l-forma tas-Serp mag\u0127mul mir-ram.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn issemma kif waqt vista lill- anzjani mix\u0127utin f\u2019qieg\u0127 ta\u2019 sodda, ssib min jg\u0127idlek <strong>\u201cG\u0127andi \u2019l Alla g\u0127andi kollox\u201d<\/strong> . Mhix frazi fa\u010bli biex ng\u0127idu b\u2019konvinzjoni u twemmin meta tkun g\u0127addej minn tbatija. I\u017cda meta n\u0127arsu u nimmeditaw (spe\u010bjalment f\u2019dan i\u017c-\u017cmien tar-Randan) lejn \u0120esu-Bin il-bniedem stess\u00a0 msallab; kif nistg\u0127u nistennew li a\u0127na ma jkollniex bi\u010b\u010ba minn dan is-salib?\u00a0 <a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/03_Jesus_Dies_small.jpg\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\" wp-image-3941 size-medium alignleft\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/03_Jesus_Dies_small-300x169.jpg\" alt=\"03_Jesus_Dies_small\" width=\"300\" height=\"169\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/03_Jesus_Dies_small-300x169.jpg 300w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2015\/03\/03_Jesus_Dies_small.jpg 500w\" sizes=\"(max-width: 300px) 100vw, 300px\" \/><\/a>\u0120ie tradut Hu \u2013 Bin Alla! Jekk tradew lil Iben Alla nista\u2019 nippretendi li jien ma ni\u0121ix traduta ukoll? \u00a0Dan il-\u0127sieb nirreferu g\u0127alih f\u2019\u0127afna mumenti f\u2019\u0127ajjitna, meta ni\u0121u traduti minn \u0127bieb, minn kollegi tax-xog\u0127ol, sa\u0127ansitra minn \u017cwie\u0121na\/martna \u2013 mumenti iebsa \u2013 u f\u2019mumenti b\u0127al dawn nistg\u0127u niddispraw jekk ma n\u0127arsux lejn Kristu msallab fuq s-Salib . Fl-ittra ta\u2019 San Pawl lill-Fillipin naqraw hekk:<em>\u201c\u0120es\u00f9 li g\u0127ad li kellu n-natura ta\u2019 Alla, ma qag\u0127adx ifittex tieg\u0127u li hu daqs Alla, i\u017cda <strong>xejjen lilu\u00a0 nnifsu<\/strong> billi \u0127a n-natura ta\u2019 lsir; sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra b\u0127ala bniedem; \u010bekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi <strong>sal-mewt tas-salib<\/strong>.\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">Il-\u0127sieb li a\u0127na rridu nsalvaw irid ikun dejjem fuq mo\u0127\u0127na.<\/div>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ta\u2019 bnedmin li a\u0127na nin\u0121ibdu minn dak li toffrilna d-dinja. Fid-dinja tal-llum a\u0127na bbumbardjati bir-riklami \u2013 mit-TV , revisti, gazzetti ..u dawn ma joffrulniex il-fidi i\u017cda ji\u0121\u0121eneraw id-dnub; g\u0127alhekk irridu nduru lejn \u0120esu msallab sabiex ne\u0127ilsu mid-dnub. A\u0127na m\u2019a\u0127niex ma\u0127luqin g\u0127ad-dnub i\u017cda Alla \u0127alaqna biex ingawdu mieg\u0127u i\u017cda din ir-relazzjoni tkissret bid-dnub. G\u0127adda \u017c-\u017cmien u \u0121ie Kristu fid-dinja u tag\u0127na l-possibilta li ner\u0121g\u0127u nibnu l-\u0127biberija mieg\u0127u. <strong>Il-\u0127sieb li a\u0127na rridu nsalvaw irid ikun dejjem fuq mo\u0127\u0127na. <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Per ezempju biex immorru minn post g\u0127al ie\u0127or nistg\u0127u ng\u0127addu minn diversi direzzjonijiet \u2013 a\u0127na fil-\u0127ajjitna wkoll kul\u0127add g\u0127andu triqtu xi jwettaq \u2013 l-vokazzjoni tieg\u0127u x\u2019jg\u0127ix \u2013 min ta\u2019 mi\u017c\u017cewwe\u0121, min ta\u2019 g\u0127a\u017ceb\/xebba, min ta\u2019 reli\u0121juz , hawn anke min jag\u0127zel jibqa\u2019 d-dar jie\u0127u \u0127sieb l-\u0121enituri. Ilkoll g\u0127andna l-mixja tag\u0127na biex naslu g\u0127al punt komuni dik tas-salvazzjoni.\u00a0 U dan nistg\u0127u nag\u0127mluh billi \u0120esu Kristu miet g\u0127alina u re\u0121a\u2019 fet\u0127ilna l-bibien tal-\u0121enna. HEMM irridu naslu. G\u0127al hemm n\u0127laqna. BISS it-toroq se jkun fihom is-slaleb. U hawn ukoll irridu ndawru l-\u0127arsa tag\u0127na lejn \u0120esu msallab. Kieku \u0120esu miet mewta komda kieku t-tbatija titlef mis-sinjinifikat tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn membru fakkarna fi storja li \u0121\u0121ib lil kul\u0127add i\u0121orr salib. Wie\u0127ed ra\u0121el beda jitlob \u2019l Alla biex i\u010b\u010bekkinlu s-salib tieg\u0127u u hekk sar g\u0127al tlett darbiet talab li jitnaqqaslu s-salib u kull darba ji\u010bkien. I\u017cda mbag\u0127ad \u0121ara li waslu f\u2019punt li riedu jaqbzu minn irdum g\u0127al ie\u0127or u filwaqt li dawk li baqg\u0127u j\u0121orru s-salib tag\u0127hom uzaw is-salib tag\u0127hom b\u0127ala pont dak li kien \u010bkienlu s-salib sab li s-salib tieg\u0127u kien \u010b\u010bekken wisq biex jasal g\u0127an na\u0127a l-o\u0127ra u hekk kellu jieqaf milli jkompli triqtu. G\u0127andna niftakru li Alla ma jag\u0127tiniex aktar milli nifil\u0127u. Il-knisja tg\u0127allimna ukoll \u00a0li t-tbatija ta\u2019 din il-\u0127ajja tippurifikana u tnaqqsilna \u017c-\u017cmien tag\u0127na fil-purgatorju.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-slaleb li niltaqg\u0127u mag\u0127hom jistg\u0127u jkunu\u00a0 l-mezz li a\u0127na nersqu lejn il-Mulej. U g\u0127alhekk il-Knisja ma taqbilx mal-EUTANASIA.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Laqg\u0127a spi\u010b\u010bat permezz ta quote:<\/p>\n<blockquote><p><strong>&#8220;It is Better to light a candle than curse the darkness&#8221;<\/strong><\/p><\/blockquote>\n<p style=\"padding-left: 30px;\"><strong>Peter Benenson<\/strong><\/p>\n<p style=\"padding-left: 30px;\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\" alignright\" src=\"http:\/\/upload.wikimedia.org\/wikipedia\/commons\/1\/1c\/Candle_flame_%281%29.jpg\" alt=\"\" width=\"488\" height=\"348\" \/><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kristu \u0121ie biex jag\u0127tina d-dawl i\u017cda a\u0127na nag\u0127\u017clu li nibqg\u0127u fid-dlam\u00a0g\u0127alhekk meta ji\u0121u mumenti ta\u2019 dlam fuqna iridu nag\u0127mlu sforz \u0127alli ma\u00a0nibqg\u0127ux fid-dlam &#8211; fil-qtieg\u0127 il-qalb \u2013 i\u017cda nixg\u0127elu dik ix-xemg\u0127a\u00a0\u017cg\u0127ira \u2013 li ter\u0121a tag\u0127tina t-tama u nag\u0127mlu l-qalb.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara intalbet\u00a0it-Talba tal-Missierna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Filwaqt li nirringrazzjak li g\u0127o\u0121bok taqra dan il-blog, nistiednek biex \u0121img\u0127a o\u0127ra tkun prezenti mag\u0127na fil-laqg\u0127a PRAYER CAFE fi\u010b-centru tal-Moviment Kerygma, Kunvent\u00a0 tad-Dumnikana, r-Rabat fis-7 ta\u2019 filg\u0127axija wara l-quddiesa tas-6.30pm. Narawk!<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a Prayer Cafe ta\u2019 lbierah 13 ta\u2019 Marzu bdejniha \u00a0billi tlabna lill-Ispirtu s-Santu bit-Talba tal-Moviment Kerygma, u\u00a0 tlabnih jin\u017cel fuqna u j\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex b\u2019eg\u0127milna u \u0127idmietna nkomplu nxandru l-Kelma t\u2019Alla. <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":3936,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204,87],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3930"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=3930"}],"version-history":[{"count":12,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3930\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":3965,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/3930\/revisions\/3965"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/3936"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=3930"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=3930"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=3930"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}