{"id":4027,"date":"2015-04-12T22:26:31","date_gmt":"2015-04-12T20:26:31","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4027"},"modified":"2015-04-12T22:26:31","modified_gmt":"2015-04-12T20:26:31","slug":"ghalfejn-nibzghu-prayer-cafe-10-tapril-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ghalfejn-nibzghu-prayer-cafe-10-tapril-2015\/","title":{"rendered":"G\u0127alfejn Nib\u017cg\u0127u? &#8211; Prayer Caf\u00e9: 10 t\u2019April 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Prayer Caf\u00e9 10 t\u2019April 2015<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-bidu tal-laqg\u0127a nqara l-Evan\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej \u2013 it-tieni \u0126add tal-G\u0127id.\u00a0 Is-silta hija me\u0127uda minn San \u0120wann fejn tittratta meta \u0120es\u00f9 deher lill-Appostli li kienu mag\u0127luqin g\u0127ax kienu mbe\u017c\u017ca\u2019. Hu nefa\u0127 fuqhom u imliehom bl-Ispirtu s-Santu.\u00a0 L-ewwel darba Tumas ma kienx mag\u0127hom u ma ridx jemmen.\u00a0 It-tieni darba Tumas kien mag\u0127hom u wara li ra l-pjagi qallu: &#8220;Mulej tieg\u0127i u Alla tieg\u0127i!&#8221; U \u0120es\u00f9 wie\u0121bu &#8220;Emmint g\u0127ax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu.&#8221;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mhux Tumas biss ma emminx. \u00a0Meta l-An\u0121lu qal lin-nisa, li marru biex jidilku l-\u0121isem ta\u2019 \u0120es\u00f9 li Hu kien qam, \u00a0l-Appostli ma emmnuhomx lanqas. Pietru kien mar hu stess biex jara b\u2019g\u0127ajnejh biex emmen!\u00a0 Il-fra\u017ci henjin dawk li ma rawx u emmnu tg\u0127odd g\u0127alina lkoll.\u00a0 Din il-fidi sopranaturali g\u0127andha tg\u0127inna n\u017commu l-pa\u010bi f\u2019qalbna anke meta jkollna l-kumplikazzjonijiet fil-\u0127ajja tag\u0127na.\u00a0 \u0120es\u00f9\u00a0 ikun f\u2019nofsna spe\u010bjalment meta inkunu mi\u0121burin flimkien. Hu stess kien qalilna li fejn tnejn jew tlieta jiltaqg\u0127u f\u2019Ismu, Hu ikun f\u2019nofsna.\u00a0 Mela jekk Alla hu mag\u0127na min jista\u2019 jkun kontra tag\u0127na?\u00a0 Mela g\u0127aliex nib\u017cg\u0127u, g\u0127aliex nit\u0127awwdu, g\u0127aliex niddubitaw? G\u0127aliex it-twemmin tag\u0127na huwa fqir?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Min jaf kemm-il darba nag\u0127lqu l-bibien tag\u0127na b\u0127all-Appostli.\u00a0 Nag\u0127lqu qalbna. Nag\u0127lqu mo\u0127\u0127na.\u00a0 Ninqatg\u0127u mill-bnedmin.\u00a0 L-Appostli, g\u0127alkemm \u0120es\u00f9 kien ippreparhom li Hu kien ser imut u jqum mill-imwiet, xorta ma emmnux u kien imwerwrin.\u00a0 A\u0127seb u ara kemm hu i\u017cjed diffi\u010bli g\u0127alina li nemmnu.\u00a0 Il-Qawmien ta\u2019 \u0120es\u00f9 jg\u0127ina ng\u0127ixu fi\u010b-\u010birkostanzi li nkunu fihom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127andna n\u0127allu lill-Mulej ja\u0127dem f\u2019\u0127ajjitna.\u00a0 Jag\u0127tina Hu s-sa\u0127\u0127a, l-kelma u l-g\u0127erf.\u00a0 Kull ma jrid hu l-kelma tag\u0127na li nservuH.\u00a0 G\u0127andna nemmnu li Alla jista\u2019 jag\u0127mel \u0127wejje\u0121 kbar bina, basta n\u0127alluH!\u00a0 Kul\u0127add huwa msejja\u0127 biex ja\u0127dem fost dawk ta\u2019 madwaru.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar inqrat silta mill-ktieb tal-Papa Fran\u0121isku, \u201cIl-Fer\u0127 tal-Van\u0121elu\u201d bl-isem ta\u2019 \u201cId-don ta\u2019 \u0120es\u00f9 lill-poplu tieg\u0127u\u201d:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cFuq is-salib, waqt li \u0120es\u00f9 kien qed ibati f\u2019\u0121ismu l-laqg\u0127a drammatika bejn id-dnub tad-dinja u l-\u0127niena t\u2019Alla, seta\u2019 jilma\u0127 biswit ri\u0121lejh il-pre\u017cenza kollha fara\u0121 ta\u2019 Ommu u d-dixxiplu l ma\u0127bub.\u00a0 F\u2019dak il-waqt kru\u010bjali, qabel stqarr b\u2019mitmuma l-\u0127idma li l-Missier kien fdalu f\u2019idejh, \u0120es\u00f9 qal lil Marija: \u201cMara, hawn hu ibnek\u201d.\u00a0 Imbag\u0127ad qal lid-dixxiplu l-ma\u0127bub: \u201cHawn hi ommok\u201d.\u00a0 Dawn il-kelmiet ta\u2019 \u0120es\u00f9 fuq l-g\u0127atba tal-mewt l-ewwelnett ma jesprimux xi t\u0127assib mimli \u0127niena g\u0127al ommu, imma pjuttost huma formula ta\u2019 rivelazzjoni li tikxef il-misteru ta\u2019 missjoni spe\u010bjali ta\u2019 fidwa.\u00a0 \u0120es\u00f9 \u0127allielna lil ommu biex tkun omm tag\u0127na.\u00a0 Kien biss wara li g\u0127amel dan li \u0120es\u00f9 seta\u2019 j\u0127oss li \u201ckollox mitmum\u201d.\u00a0 F\u2019ri\u0121lejn is-salib, fis-sieg\u0127a l-kbira tal-\u0127olqien \u0121did, Kristu jibg\u0127atna g\u0127and Marija.\u00a0 Jibg\u0127atna g\u0127andHa g\u0127ax ma jridx li nimxu ming\u0127ajr omm u l-poplu f\u2019dik ix-xbieha ta\u2019 omm jaqra l-misteri kollha tal-Van\u0121elu.\u00a0 Il-Mulej ma jridx li l-Knisja tieg\u0127u tkun nieqsa mill-ikona femminili.\u00a0 Hi, li nisslitu b\u2019fidi hekk kbira, tissie\u0127eb ukoll \u201cmal-bqija ta\u2019 nisilha, ma\u2019 dawk li j\u0127arsu l-pre\u010betti ta\u2019 Alla u li g\u0127andhom ix-xiehda ta\u2019 \u0120es\u00f9\u201d.\u00a0 Ir-rabta intima bejn Marija u kull fidil, li, f\u2019xejriet diversi inisslu lil Kristu, \u0121iet imfissra bi kliem mill-isba\u0127 mill-Beatu I\u017cakk tal-Istilla: \u201c Fl-Iskrittura mnebb\u0127a minn Alla, dak li b\u2019mod \u0121enerali nifhmu, g\u0127all-Knisja, ver\u0121ni u omm, nifhmuh b\u2019mod \u0121enerali g\u0127all Ver\u0121ni Marija.\u00a0 Bl-istess mod nistg\u0127u ng\u0127idu li kull ru\u0127 fidila hi g\u0127arusa tal-Verb ta\u2019 Alla, omm ta\u2019 Kristu, bint u o\u0127t, ver\u0121ni u omm g\u0127ammiela.\u00a0 Kristu baqa\u2019 g\u0127al disa\u2019 xhur f\u2019\u0121uf Marija, jibqa\u2019 fit-tabernaklu tal-fidi tal-Knisja sat-temma tas-sekli; u, fl-g\u0127arfien u fl-im\u0127abba tar-ru\u0127 fidila, g\u0127al dejjem ta\u2019 dejjem.\u201d<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Prayer Caf\u00e9 10 t\u2019April 2015 Fil-bidu tal-laqg\u0127a nqara l-Evan\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej \u2013 it-tieni \u0126add tal-G\u0127id.\u00a0 Is-silta hija me\u0127uda minn San \u0120wann fejn tittratta meta \u0120es\u00f9 deher lill-Appostli <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4029,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4027"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4027"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4027\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4030,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4027\/revisions\/4030"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4029"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4027"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4027"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4027"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}