{"id":4038,"date":"2015-04-24T16:19:54","date_gmt":"2015-04-24T14:19:54","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4038"},"modified":"2015-04-24T16:19:54","modified_gmt":"2015-04-24T14:19:54","slug":"komunita-bl-ewkaristija-prayer-cafe-17-tapril-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/komunita-bl-ewkaristija-prayer-cafe-17-tapril-2015\/","title":{"rendered":"Komunita&#8217; bl-Ewkaristija \u2013 Prayer Caf\u00e9: 17 t\u2019April 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Evan\u0121elju tat-Tielet \u0126add tal-G\u0127id.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Kelliem beda biex jg\u0127id li l-evan\u0121elju tal-lum huwa \u010b\u010bentrat dwar su\u0121\u0121ett g\u0127al qalbu u g\u0127al qalb \u0127afna nies; l-ikel. Id-dixxipli proprju g\u0127arfu lil \u0120es\u00f9 fil-qsim tal-\u0127ob\u017c. \u0120es\u00f9 kien filfatt qieg\u0127ed miexi mad-dixxipli ta\u2019 Emmaws u g\u0127amel tabirru\u0127u li se jibqa\u2019 sejjer. Huma per\u00f2 talbuh biex jibqa\u2019 jiekol mag\u0127hom. Wara li g\u0127arfuh fil-qsim tal-\u0127ob\u017c regg\u0127u marru lura \u0120erusalemm g\u0127and id-dixxipli biex jg\u0127idulhom li l-Mulej qam. Din kienet a\u0127bar straordinarja li qatt ma nstemg\u0127et. \u0120es\u00f9 kien qajjem nies mill-mewt b\u0127al Lazzru u l-armla ta\u2019 Najm, per\u00f2 \u0127add ma kien qam mill-imwiet wa\u0127du.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Issa llum re\u0121a\u2019 dehrilhom u biex jurihom\u00a0 li ma kienx fanta\u017cma talabhom g\u0127al xi \u0127a\u0121a x\u2019jiekol biex jurihom li l-i\u0127irsa ma jiklux imma hu, \u0120es\u00f9 li qam mill-mewt iva.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Riflessjoni o\u0127ra dwar it-tema tal-ikel fl-evan\u0121elji kienet li l-Ewkaristija wkoll waqt ikla \u0121iet imwaqqfa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127aliex \u0120es\u00f9 kien jag\u0127\u017cel dawn il-mumenti hekk importanti proprju ta\u2019 ikla? A\u0127na b\u0127ala so\u010bjet\u00e0 g\u0127andna d-drawwa li biex nitkellmu bejnietna nistiednu lil xulxin g\u0127all-ikel jew biex niltaqg\u0127u flimkien nag\u0127mlu dan waqt xi ikla. L-ikel b\u0127al joffri ambjent ta\u2019 \u0127biberija, qsim ta\u2019 fer\u0127 u esperjenzi. Huwa mument fejn dak li huwa tieg\u0127i qieg\u0127ed inpo\u0121\u0121ieh fin-nofs biex naqsmu ma\u2019 \u0127addie\u0127or. Kristu \u0127allielna lilu nnifsu waqt l-Ikla tal-G\u0127id li kien qieg\u0127ed jag\u0127mel mal-appostli.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na \u0127afna drabi nkunu mistiedna g\u0127all-pranzu, g\u0127all-ikla mal-Mulej. Il-Quddiesa hija l-istedina li g\u0127amlilna \u0120es\u00f9 elfejn sena ilu. Issa jiddependi minna jekk nu\u017cawx din l-istedina biex ner\u0121g\u0127u niltaqg\u0127u ma\u2019 \u0120es\u00f9 reali jew le. G\u0127andna nemmnu li se niltaqg\u0127u ma\u2019 \u0120es\u00f9 \u0127aj u f\u2019ambjent ta\u2019 festa u qsim mal-o\u0127rajn. \u0120es\u00f9 huwa dak li hemm quddiemna waqt l-ikla. Min ikun hemm quddiemna huwa mportanti waqt ikla. Fl-ewkaristija hemm \u0120es\u00f9 quddiemna pre\u017centi quddiemna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jista\u2019 jkun li hawn quddies li ma tistax issejja\u0127lu festa per\u00f2 g\u0127all-grazzja t\u2019Alla wie\u0127ed jista\u2019 jfittex quddiesa hu li jsibha adattata g\u0127alih. Ejja nie\u0127du \u010b-\u010bans li niltaqg\u0127u ma\u2019 dan \u0120es\u00f9 l-\u0127abib tag\u0127na u mieg\u0127u naqsmu dawk l-affarijiet sbie\u0127 li qeg\u0127din ji\u0121rulna u anke n-niket li forsi g\u0127addejja minnu. \u0120es\u00f9 huwa dak il-\u0127abib li ma jittradina qatt. Irridu l-fidi, imqar daqs \u017cerrieg\u0127a tal-mustarda u b\u2019din il-fidi nistg\u0127u \u017cgur nag\u0127mlu affarijiet kbar.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Issemma wkoll il-punt li meta forsi t-tqarbin isir rutina fil-\u0127ajja tag\u0127na, importanti li ner\u0121g\u0127u in\u0127ossu t-tog\u0127ma ta\u2019 dan \u0120es\u00f9 fl-Ewkaristija. Inkunu qeg\u0127din nitilfu s-sens ta\u2019 grazzja g\u0127aliex m\u2019a\u0127niex napprezzaw bi\u017c\u017cejjed dan id-don li qeg\u0127din nir\u010bievu. Diversi nies qalu li dan ma jfissirx tieqaf mill-quddiesa g\u0127aliex b\u2019hekk tkun qieg\u0127ed titlef minn dan is-sens ta\u2019 \u0127biberija u m\u0127abba li nkunu ksibna ma\u2019 \u0120es\u00f9.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bil-punt li l-Ewkaristija tift\u0127ilna\u00a0 g\u0127ajnejna g\u0127al dawk li hemm madwarna. Id-dixxipli ta\u2019 Emmaws meta kielu ma\u2019 \u0120es\u00f9, raw b\u2019mod reali dak li hemm madwarhom. Alla jrid ikun fl-ewwel post tal-\u0127ajja tag\u0127na, qabel ir-rutina. It-tbatija verament li tressaqna lejn Alla; imma meta jiena nir\u010bievi l-Ewkaristija, in\u0127oss qalbi t\u0127abbat f\u2019sidri g\u0127al dawk li g\u0127andhom b\u017conn xi \u0127a\u0121a, xi tip ta\u2019 g\u0127ajnuna? Spiss quddiem tra\u0121edji li qeg\u0127din ise\u0127\u0127u madwarana b\u0127all-persekuzzjonijiet tal-insara qieg\u0127ed ikun hawn xhieda inkredibbli. U inti x\u2019lest li tag\u0127mel? A\u0127na qed ng\u0127ixu reli\u0121jon ta\u2019 fsied u tradizzjonijiet? Fuq ix-xog\u0127ol, fil-familja, ma\u2019 persuni b\u2019di\u017cabilit\u00e0 x\u2019qeg\u0127din nag\u0127mlu? Il-fidi tag\u0127na g\u0127andna tkun l-evan\u0121elju tal-fer\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Evan\u0121elju tat-Tielet \u0126add tal-G\u0127id. Il-Kelliem beda biex jg\u0127id li l-evan\u0121elju tal-lum huwa \u010b\u010bentrat dwar su\u0121\u0121ett g\u0127al qalbu u g\u0127al qalb \u0127afna nies; l-ikel. Id-dixxipli proprju g\u0127arfu lil \u0120es\u00f9 fil-qsim tal-\u0127ob\u017c. <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4040,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4038"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4038"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4038\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4042,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4038\/revisions\/4042"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4040"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4038"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4038"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4038"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}