{"id":4052,"date":"2015-04-26T18:26:24","date_gmt":"2015-04-26T16:26:24","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4052"},"modified":"2015-04-26T20:27:23","modified_gmt":"2015-04-26T18:27:23","slug":"il-liberta-tal-imhabba-u-tal-qadi-prayer-cafe-24-tapril-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/il-liberta-tal-imhabba-u-tal-qadi-prayer-cafe-24-tapril-2015\/","title":{"rendered":"Il-liberta&#8217; tal-im\u0127abba u tal-qadi &#8211; Prayer Caf\u00e9: 24 t\u2019April 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Fil-bidu nqara l-Van\u0121elu tar-raba&#8217; \u0126add tal-G\u0127id, mill-<a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/hajti-ghan-nghag-ir-4-hadd-ta-l-ghid-26-ta-april-2015\/\">evan\u0121elju ta\u2019 San \u0120wann kapitlu 10, versi 11 sa 18, il-Van\u0121elu tar-Rag\u0127aj it-Tajjeb.<\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-bidu ntqal li interessanti wie\u0127ed ikun jaf li kienet drawwa tal-Lhud fi \u017cmien Kristu li meta ikolhom nag\u0127a\u0121a jew \u0127aruf li jitbieg\u0127ed kontinwament mill-mer\u0127la, ir-rag\u0127aj kien jiksrilha sieq minnhom u j\u0121orrha hu kull fejn jie\u0127u l-mer\u0127la, sakemm din ter\u0121a&#8217; tfiq.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din is-silta hi stedina biex niftakru fir-Rag\u0127ajja&#8230; fil-vokazzjonijiet. A\u0127na lkoll g\u0127andna vokazzjoni. F\u2019dan il-Van\u0121elu g\u0127andna diskors mqanqal ta\u2019 \u0120es\u00f9, fejn Hu qed jag\u0127mel polemika mal-mexxeja tal-Lhud. Dan g\u0127aliex ir-rag\u0127aj it-tajjeb huwa dak li ji\u0121bor il-mer\u0127la u jista&#8217; jasal li jag\u0127ti \u0127ajtu g\u0127aliha. Min-na\u0127a l-o\u0127ra, min hu mikri; ir-rag\u0127aj li jmexxi n-nag\u0127a\u0121 li m&#8217;humiex tieg\u0127u, dak li qed jag\u0127mel, qed jag\u0127mlu\u00a0g\u0127all-interess tieg\u0127u nnifsu; hu mer\u010benarju. Ir-rag\u0127aj veru, ja\u0127dem g\u0127ax i\u0127obb. G\u0127all-kuntrarju tal-mer\u010benarju, dan ma jfittix l-interessi tieg\u0127u anke jekk ikollu jissagrifika \u0127afna &#8211;\u00a0sa\u0127ansitra l-istess \u0127ajtu. \u00a0Il-lupu li ja\u0127taf u jferrex in-nag\u0127a\u0121 huwa d-dnub.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-Ktieb ta\u2019 E\u017cekjel insibu<strong>:<\/strong><\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><strong><em>&#8216;Hekk jg\u0127id Sidi l-Mulej: \u0126a\u017cin g\u0127alikom ir-rg\u0127ajja ta\u2019 I\u017crael li jirg\u0127u lilhom infushom!&#8217; <\/em>[E\u017cek:34:2]<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Min jirg\u0127a lilu nnifsu? Min huwa <em>self-centered <\/em>u jie\u0127u \u0127sieb l-interessi tieg\u0127u nnifsu biss. \u0120es\u00f9 g\u0127amel il-kontra. \u0120ie fid-dinja u ta lilu nnifsu, biex ji\u0121bor f\u2019\u0121emg\u0127a wa\u0127da, l-ulied ta\u2019 Alla li kienu mxerdin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk ma nistg\u0127ux ma nsemmux l-indifferenza, li \u0127afna drabi jsemmi il-Papa Fran\u0121isku, lejn it-tra\u0121edja li qieg\u0127da sse\u0127\u0127 fil-Mediterran. L-isqof Scicluna ukoll semma dan meta fl-Omelija fil-Festa ta\u2019 San Publiju (19\/04\/2015) qal li inutli li fil-festi noqog\u0127du n\u017ceffnu l-istatwi imbag\u0127ad naraw dik il-mibg\u0127eda kollha fil-medja so\u010bjali. F\u2019dan il-kuntest il-kliem ta\u2019 E\u017cekjel jag\u0127mel \u0127afna sens:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 60px; text-align: justify;\"><strong><em>\u201cma&#8217; wi\u010b\u010b l-art kollha xterdet il-mer\u0127la tieg\u0127i, u ma hemm \u0127add min jistaqsi g\u0127aliha, ma hemm \u0127add min ifittixha.\u201d<\/em><\/strong> <strong>[E\u017cek:34:6]<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imma Alla l-Missier impurtah; tant impurtah li bag\u0127at lil Ibnu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku qal <em>\u201cDawn huma r\u0121iel u nisa b\u0127alna, \u0127utna li qed ifittxu \u0127ajja a\u0127jar, bil-\u0121u\u0127, ippersegwitati, mi\u0121rug\u0127in, vittmi tal-gwerrer; qed ifittxu \u0127ajja a\u0127jar.\u00a0 Kienu qed ifittxu l-feli\u010bit\u00e0&#8230;\u201d<\/em>\u00a0<a href=\"http:\/\/www.laikos.org\/Papa_Frangisku_Regina_Coeli_19042015.htm\">(Diskors Regina Coeli \u00a019\/4\/2015)<\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">&#8230;U minflok sabu l-qabar.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dino Boffo, li kien direttur tal-istazzjon TV2000 kien qal li: \u201cil-Mediterran sar il-qabar tal-falliment tal-globilazzazjoni\u201d. Dan g\u0127aliex il-globalizzazjoni qarbet u rikbet fuq xulxin il-kulturi u globalizzat ukoll l-Indifferenza, kif qal il-Papa meta mar Lampedusa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-Van\u0121elu g\u0127andu jkun mudell g\u0127al dak li qed immexxi; g\u0127all-kap. U sfortunatament \u0127afna drabi mhux nimxu fuq dan il-Mudell ta\u2019 Kristu imma qig\u0127din nimxu fuq il-Mudell ta\u2019 Kajjin: \u201c<strong><em>U l-Mulej qal lil Kajjin: <\/em><\/strong><strong><em>\u201c<\/em><\/strong><strong><em>Fejn hu \u0127uk Abel?<\/em><\/strong><strong><em>\u201d<\/em><\/strong><strong><em> U hu wie\u0121bu: <\/em><\/strong><strong><em>\u201c<\/em><\/strong><strong><em>Ma nafx. Jaqaw jien g\u0127assies ta&#8217; \u0127ija\u201d <\/em><\/strong><strong>[\u0120en:4:9]<\/strong>\u00a0; Dan hu l-Mudell tal-indifferenza. Hu din hi l-attitudni li \u0127afna drabi nie\u0127du a\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-soluzzjoni ta\u2019 dan huwa dak li qed jipproponi \u0120es\u00f9: <strong>il-liberta&#8217; tal-im\u0127abba u tal-qadi! <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jew se nkunu rg\u0127ajja b\u0127alma jridna l-Mulej, jew le. Ma Alla hemmx triq tan-nofs. Ir-rag\u0127aj it-tajjeb huwa wie\u0127ed: \u0120es\u00f9; jew nixb\u0127u lilu jew nintilfu. U nistg\u0127u naslu biex nixb\u0127u lil \u0120es\u00f9, bl-g\u0127ajnuna tal-Ispirtu s-Santu biss. \u00a0L-Ispirtu s-Santu jista&#8217; jg\u0127inna biex na\u0127sbu kif kien ja\u0127seb \u0120es\u00f9. U g\u0127alhekk irridu nitolbuh jg\u0127inna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127alhekk tajjeb li nitolbu:<\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\">\n<li>g\u0127alina nfusna biex ng\u0127ixu \u0127ajjitna fuq il-mudell ta\u2019 \u0120es\u00f9.<\/li>\n<li>biex ir-rg\u0127ajja tag\u0127na &#8211; l-isqfijiet u s-sa\u010berdoti \u2013 ikunu jixb\u0127u l-veru Rag\u0127aj it-Tajjeb: \u0120es\u00f9.<\/li>\n<li>g\u0127all-vokazzjonijiet; biex aktar \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ikollhom il-kura\u0121\u0121.<\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/www.laikos.org\/Papa_Frangisku_Omelija_Hadd-il-Palm_29032015.htm\">Il-Papa Fran\u0121isku, waqt l-omelija ta\u2019 \u0126add il-Palm (29\/3\/15)<\/a>, qal li l-umilta\u2019 ma ti\u0121ix ming\u0127ajr umiljazzjoni. Meta Kristu \u0127asel saqajn l-appostli, umilja ru\u0127u u \u0127abb sal-a\u0127\u0127ar! \u00a0Hekk ukoll g\u0127amel fuq is-salib. Jekk naraw dan f\u2019dawl nisrani, a\u0127na na\u010b\u010bettaw l-umiljazzjoni g\u0127ax nkunu qeg\u0127din nixb\u0127u lil Kristu. In\u0127obbu u Naqdu.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-bidu nqara l-Van\u0121elu tar-raba&#8217; \u0126add tal-G\u0127id, mill-evan\u0121elju ta\u2019 San \u0120wann kapitlu 10, versi 11 sa 18, il-Van\u0121elu tar-Rag\u0127aj it-Tajjeb. Fil-bidu ntqal li interessanti wie\u0127ed ikun jaf li kienet drawwa tal-Lhud <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4039,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4052"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4052"}],"version-history":[{"count":8,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4052\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4067,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4052\/revisions\/4067"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4039"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4052"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4052"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4052"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}