{"id":4073,"date":"2015-05-02T21:04:10","date_gmt":"2015-05-02T19:04:10","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4073"},"modified":"2015-05-02T21:07:36","modified_gmt":"2015-05-02T19:07:36","slug":"id-dielja-vera-prayer-cafe-24-tapril-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/id-dielja-vera-prayer-cafe-24-tapril-2015\/","title":{"rendered":"Id-Dielja Vera &#8211; Prayer Caf\u00e9: 24 t\u2019April 2015"},"content":{"rendered":"<p>IL-Laqg\u0127a PRAYER CAFE ta\u2019 l-1 ta\u2019 Mejju bdiet bil-qari tal-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss me\u0127ud minn San \u0120wann 15:1-8. Dawn huma xi punti li ntqalu waqt il-laqg\u0127a.\u00a0 Il-van\u0121elu ta\u2019 San \u0120wann nqisuh b\u0127ala l-van\u0121elu tal-im\u0127abba u hu mibdi bi stil naqra tqil, b\u2019mod astratt, \u201c Fil-bidu kien il-Verb&#8230;\u201d Imma mbag\u0127ad insibu li il-Verb misterjuz sar bniedem u sar vizibli, sar xi \u0127add li d-dixxipli raw u semg\u0127u.<\/p>\n<p>Filqat li l-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra \u0120esu \u0121ie msejjah mhux biss rag\u0127aj i\u017cda r-Rag\u0127aj it-Tajjeb, fil-van\u0121elu ta\u2019 din il-\u0121img\u0127a nsibu lil \u0120esu jxebbah lilu nnifsu ma dielja; anzi ma <strong><em>Dielja Vera<\/em><\/strong>. Ix-xbieha tad-dielja turi t-tip ta\u2019 relazzjoni li kien hemm bejn id-dixxipli u \u0120esu. Il-frieg\u0127i ma jistg\u0127u jag\u0127mlu xejn we\u0127idhom; i\u017cda hemm b\u017conn li jibqg\u0127u mag\u0127qudin maz-zokk prin\u010bipali. Filwaqt li nag\u0127\u0121a tista\u2019 ta\u0127rab u titlaq minn fejn ir-rag\u0127aj tag\u0127ha, il-ferg\u0127a trid tibqa\u2019 mwa\u0127\u0127la ma\u017c-\u017cokk biex tag\u0127ti l-frott. L-g\u0127aqda li hemm bejn i\u017c-\u017cokk u l-frieg\u0127i mhix b\u0127al \u017cew\u0121 \u0127wejje\u0121 marbutin jew imwa\u0127\u0127lin flimkien. Hija rabta minn \u0121ewwa, parti mill-istess \u0127ajja. Hekk trid tkun ir-relazzjoni tag\u0127na ma \u0120esu. Irridu nkunu \u0127a\u0121a wa\u0127da mieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-verb \u201ctibqa\u2019 \u201d \u0121ie u\u017cat \u0127afna drabi f\u2019dan il-qari tal-lum. \u201c<em>Ibqg\u0127u<\/em> fija, jiena <em>nibqa<\/em>\u2019 fikom&#8230;Kif il-ferg\u0127a ma tistax tag\u0127mel frott minnha nnfisha jekk <em>ma tibqax<\/em> fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma <em>tibqg\u0127ux<\/em> fija. &#8230;Min <em>jibqa\u2019<\/em> fija u jiena fih, dan jag\u0127mel \u0127afna frott, &#8230;.Jekk wie\u0127ed ma <em>jibqax <\/em>fija, jintrema barra b\u0127al ferg\u0127a u jinxef&#8230;Jekk <em>tibqg\u0127u <\/em>fija u kliemi <em>jibqa\u2019<\/em> fikom&#8230;Mela rridu nidde\u010bidu rridux nimxu ma \u0120esu ; u jekk iva rridu n\u017commu mal-kmandamenti\u00a0 tieg\u0127u u nag\u0127mlu dak li jo\u0121g\u0127ob lilu. Je\u0127tie\u0121 li n\u0127obbu lil xulxin fl-eg\u0127mil mhux biss bil-kliem.<\/p>\n<p>A\u0127na parti minn pro\u010bess \u2013 g\u0127andna responsabilita wkoll fil-knisja. Nistg\u0127u nkunu nafu l-Bibbja kollha i\u017cda qatt ma nkunu esperjenzajna lil \u0120esu. A\u0127na parti minn komunita\u2019, mela l-im\u0121ieba tag\u0127na se t\u0127alli effett fuq dawk ta\u2019 madwarna. Bl-im\u0121ieba tag\u0127na se n\u0127allu l-frieg\u0127i \u00a0ta\u2019 madwarna j\u0127addru jew se noqtluhom bl-indifferenza \u2013 bin-negattivita! Kultant niltaqg\u0127u ma\u2019 persuni li n\u0127ossuhom jixorbuna bin-negattivita tag\u0127hom. Ma nistg\u0127ux ng\u0127addu l-fer\u0127 tal-van\u0121elu jekk noqg\u0127odu dejjem bil-geddum. G\u0127andna nuru l-fer\u0127 fil-knejjes tag\u0127na\u00a0 b\u2019kant ta\u2019 fer\u0127 u billi nilqg\u0127u lill xulxin. \u00a0Irridu nifhmu li dak li nag\u0127mlu se jirrifletti fuq il-komunita. Ma nistg\u0127ux ng\u0127idu li a\u0127na n-nisrani u nitkellmu baxx. Ma nistg\u0127ux ng\u0127idu li a\u0127na nsara u na\u0127lu \u0127ina fuq ix-xog\u0127ol. \u00a0Rridu nag\u0127mlu kollox g\u0127al im\u0127abba t\u2019Alla bl-im\u0127abba t\u2019Alla. Mother Theresa kienet t\u0127obb tg\u0127id <em>\u201c Always do small things with great love.\u201d<\/em> Hija aktar diffi\u010bli li t\u0127obb lil dawk ta\u2019 madwarek milli titfa\u2019 idejk fil-but u tag\u0127ti karita lil min hu l-bog\u0127od minnek b\u0127al nies fil-b\u017conn fl-Afrika u f\u2019Nepal.\u00a0 Papa Fran\u0121isku dejjem i\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex inkunu konxji tal-b\u017connijiet ta\u2019 dawk ta\u2019 madwarna, ta\u2019 dawk l-aktar vi\u010bin tag\u0127na.<\/p>\n<p>B\u2019eg\u0127milna u kliemna rridu nkunu xhieda ta\u2019 dak li nemmnu.<\/p>\n<p>Fl-A\u0127\u0127ar Ikla li g\u0127amel mal-Appostli, \u0120es\u00f9 qalilhom: \u201cMhux intom g\u0127a\u017ciltu lili, imma jien g\u0127a\u017cilt lilkom\u201d (\u0120w 15,16),\u00a0 u dan ifakkar lil kul\u0127add, u mhux biss lis-sa\u010berdoti, li kull vokazzjoni hi dejjem inizjattiva t\u2019Alla. Aktar lura fl-istess kapitlu 16 vers 18 nsibu: &#8220;Jekk id-dinja tobg\u0127odkom, kunu afu li lili bag\u0127ditni qabel ma bag\u0127det lilkom.\u201d .. \u201c Jekk ippersegwitaw lili, g\u0127ad jippersegwitaw lilkom ukoll..\u201d Li tkun xhud ta\u2019 Kristu mhix fa\u010bli. Irridu nkunu konvinti minn dak li nemmnu u anke meta nkunu g\u0127addejin minn problemi fil-\u0127ajja rridu n\u0127allu lil \u0120esu jmexxina \u2013 b\u0127alma \u0120esu mexxa d-dg\u0127ajsa tal-appostli fil-maltempata, a\u0127na rridu nafdaw fil-Mulej u n\u0127allu tog\u0127ma tajba fejn inkunu tkun xi tkun is-sitwazzjoni. Li tkun nisrani fil-\u0121urnata tal-llum qed tfisser li tkun sa\u0127ansitra martri ..refugjati nsara \u0121ew mag\u0127\u017cula minn a\u0127wa Musulmani u minn\u0127abba twemminhom \u0121ew mitfug\u0127 il-ba\u0127ar .Il-grupp estremist Isis qatlu nsara o\u0127ra billi qatg\u0127ulhom\u00a0 rashom barra.<\/p>\n<p>N\u0127ossu li l-\u0120ordan hu post sagru? Hawn kien g\u0127ix Sidna \u0120esu Kristu. Qassis mill-\u0120ordan Father Nabil Haddad qal: \u201cKif jistg\u0127u l-Musulmani jemmnu li din (il-Gordan) hi l-art Mqaddsa jekk ma jaraw lil \u0127add hawn? Nixtieq li nkun kburi bl-ammont ta\u2019 turisti li ji\u0121u jzuru dan il-post sagru.\u201d<\/p>\n<p>Ix-xhieda tag\u0127na b\u0127ala nsara trid tibda mill-familja tag\u0127na stess. L-im\u0127abba lejn it-tfal mhux bir-rigali nuruha i\u017cda billi n\u0127obbuhom u nikkore\u0121uhom bl-im\u0127abba. Li tkun nisrani mhux li tmur l-quddiesa tal-\u0126add biss \u2013 i\u017cda nuruh bil-mod kif nitkellmu d-dar, ix-xog\u0127ol, u kull fejn inkunu. Irridu nkunu frieg\u0127i li j\u0127addru kull fejn inkunu.<\/p>\n<p>Ssemma ukoll li l-1 ta\u2019 Mejju hi ukoll il-Festa ta\u2019 San \u0120uzepp \u0126addiem. Fl-1899, il-Papa Ljun XIII, kien talab lill-\u0127addiema j\u017commu \u2019l San \u0120u\u017cepp b\u0127ala protettur u l-Mudell tag\u0127hom. Hu xtaqhom ifittxu li jtejbu mhux biss l-affarijiet materjali i\u017cda wkoll dawk spiritwali. San \u0120u\u017cepp \u0121ie mag\u0127\u017cul biex ikun il-Patrun tal-\u0126addiema, mhux biss g\u0127ax kien jaqla\u2019 l-\u0127ob\u017ca ta\u2019 kuljum bix-xog\u0127ol ta\u2019 idejh u bl-g\u0127araq ta\u2019 xbinu, i\u017cda wkoll g\u0127ax fl-istess waqt kellu jie\u0127u \u0127sieb, u jmantni lil \u0120esu u l-Madonna. Il-\u0127addiem g\u0127andu jimita lil San \u0120u\u017cepp, mhux biss li ja\u0127dem bl-onesta, i\u017cda wkoll li jrabbi l-familja tieg\u0127u skond il-qalb t\u2019Alla, u jie\u0127u x-xog\u0127ol b\u0127ala mezz ta\u2019 salvazzjoni.<\/p>\n<p>Il-Laqg\u0127a nng\u0127alqet bit-talba tal-Missierna u bi stedina g\u0127al attivitajiet li se jittelg\u0127u mill-Moviment Kerygma fl-okkazzjoni tal-Jum l-Omm. <a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/events\/\">G\u0127al aktar informazzjoni ag\u0127fas hawn.<\/a><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>IL-Laqg\u0127a PRAYER CAFE ta\u2019 l-1 ta\u2019 Mejju bdiet bil-qari tal-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss me\u0127ud minn San \u0120wann 15:1-8. Dawn huma xi punti li ntqalu waqt il-laqg\u0127a.\u00a0 Il-van\u0121elu ta\u2019 San \u0120wann <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4076,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4073"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4073"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4073\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4075,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4073\/revisions\/4075"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4076"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4073"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4073"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4073"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}