{"id":4082,"date":"2015-05-10T19:56:23","date_gmt":"2015-05-10T17:56:23","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4082"},"modified":"2015-05-10T19:56:23","modified_gmt":"2015-05-10T17:56:23","slug":"ghazilna-prayer-cafe-8-ta-mejju-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ghazilna-prayer-cafe-8-ta-mejju-2015\/","title":{"rendered":"G\u0127a\u017cilna  &#8211; Prayer Caf\u00e9: 8 ta&#8217; Mejju 2015"},"content":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e9 tal-\u0120img\u0127a 8 ta&#8217; Mejju, bdiet b\u2019talba \u010bkejkna u spontanja; fejn a\u0127na in\u0127allu l-Ispirtu ja\u0127dem fina, imexxina u jqanqalna, g\u0127ax fejn tnejn jew tlieta jkunu hemm, hemm jien inkun f\u2019nofshom.\u00a0 Segwita minn mistoqsija elimentari li kienu jsaqsuha fil-Kateki\u017cmu.<\/p>\n<p><strong><em>Fejn jinsab Alla?<\/em><\/strong><\/p>\n<p>B\u2019mod umoristiku, il-membri pre\u017centi wie\u0121bu dak li konna ng\u0127idu meta konna \u017cg\u0127ar.<\/p>\n<p>Alla jinsab fis-sema, fl-art u kullimkien.<\/p>\n<p>Wara dan inqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej skont San \u0120wann (15: 9-17).<\/p>\n<p>Intqal li dan l-a\u0127\u0127ar kellna pro\u010bess, fejn \u0121img\u0127a ilu kellna van\u0121elu tar-Rag\u0127aj it-tajjeb \u2013 in-nag\u0127a\u0121 jag\u0127rfu le\u0127nu u hu jag\u0127rafhom minn le\u0127inhom.\u00a0 Li kieku kellu jg\u0127addi xi \u0127add prominenti u jg\u0127ajjatlek b\u2019ismek, kont tie\u0127u gost.\u00a0 \u0120es\u00f9, li Hu aqwa minn kull idolu, jafna b\u2019isimna.\u00a0 Fil-van\u0121elu ta\u2019 qabel, kien hemm id-dielja: \u2018Min jibqa\u2019 fija u jiena fih..\u2019\u00a0 Illum re\u0121a\u2019 qalilna \u0127a\u0121a o\u0127ra.<\/p>\n<p><strong><em>Allura x\u2019inhu dan il-pro\u010bess?<\/em><\/strong><\/p>\n<p>Huwa pro\u010bess ta\u2019 intimita\u2019.\u00a0 L-intimita\u2019, \u0120es\u00f9 qed itiha \u010bertu dimensjoni, bdieha l-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra.\u00a0 \u0120es\u00f9 qed jitkellem bi kliem sempli\u010bi, kultant ta\u0127sbu qed idur mal-lew\u017ca, imma mhuwiex.\u00a0 Imma qed jg\u0127aqqad dan il-pro\u010bess ta\u2019 intimita\u2019 \u2013 a\u0127na, Hu u l-Missier.<\/p>\n<p>Il-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra, ippre\u017centalna, li a\u0127na il-ferg\u0127a, Hu iz-zokk u l-Missier il-bidwi.\u00a0 A\u0127na ma nistg\u0127ux\u00a0 nag\u0127mlu frott jekk ninqataw minn maz-zokk.<\/p>\n<p>Hawnhekk ing\u0127atat spejgazzjoni verament li tolqot lil kull\u0127add:<\/p>\n<p>Meta taqsam iz-zokk, jo\u0127ro\u0121 il-\u0127alib; qed ni\u010b\u010belebraw il-maternita\u2019, il-\u0121miel tal-intimita\u2019 tal-omm mat-tarbija, l-ewwel fiha u mbag\u0127ad treddaw.\u00a0 U l-missier huwa l-bidwi, li jdur, jnaqqi u kultant jisbor.\u00a0 Probabbli d-dielja tg\u0127idlu \u201cahh\u201d x\u2019\u0127in ji\u017cborha, imma ming\u0127ajr i\u017c-\u017cabra ma jsirx il-frott.\u00a0 Din hija ir-realta\u2019.<\/p>\n<p>Bil-Van\u0121elu tal-\u0126add li \u0121ej, din titkompla, \u201cKif \u0127abbni Missieri, hekk \u0127abbejtkom jiena\u201d.\u00a0 \u201cIbqg\u0127u fl-im\u0127abba tieg\u0127i.\u201d\u00a0 Ner\u0121g\u0127u insibu l-intimita\u2019.\u00a0 It-tg\u0127anniqa li \u0120es\u00f9 jrid jag\u0127ti lilek illum.\u00a0 Din insibuha ukoll fil-<em>logo<\/em> li saret g\u0127as-sena tal-\u0127niena li g\u0127adu kemm niehda l-Papa,\u00a0 bit-tema, \u201c\u0127ennu b\u0127alma hu \u0127anin Missieri\u201d<\/p>\n<p><strong><em>X\u2019ifisser dan?<\/em><\/strong><\/p>\n<p>Li b\u0127alma \u0120es\u00f9 dejjem qal li \u201cmin ra lili ra l-Missieri, g\u0127ax jien u Hu \u0127a\u0121a wa\u0127da\u201d, hekk ukoll qed jistieden lilna biex inkunu intimi mieg\u0127u \u2013 Hu fina u a\u0127na fiH.<\/p>\n<p><strong><em>G\u0127aliex dan?<\/em><\/strong><\/p>\n<p>G\u0127ax b\u2019din l-intimita\u2019, \u0120es\u00f9 qed itina l-fer\u0127 \u0121ewwieni.\u00a0 Irridu nisperjenzawH.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Biex a\u0127na nibqg\u0127u f\u2019dan il-fer\u0127, irridu in\u0127obbu lil xulxin.<\/p>\n<p>Meta fil-bidu \u0121ie mistoqsi, \u201cFejn Hu Alla?\u201d aktarx \u0127add ma \u0127aseb li Alla Hu fina.<\/p>\n<p><strong><em>Alla Jinsab Fija?<\/em><\/strong><\/p>\n<p>\u201cQalbna ma jsib qatt kwiet jekk ma tistrie\u0127x fik\u201d &#8211; Santu Wistin.<\/p>\n<p>Dak hu il-fer\u0127.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>Il-parti l-o\u0127ra tal-Van\u0121elu titratta fuq il-\u0127biberija.\u00a0 Is-servjent mhux \u0127a tg\u0127idlu kollox, imma \u0127abib\/a intimu tg\u0127idlu kollox.\u00a0 Dak kollox li l-Missier qal lil \u0120es\u00f9, Hu qalu lilna.<\/p>\n<p>\u2018Mhux intom g\u0127a\u017ciltu lili, imma jien g\u0127a\u017cilt lilkom, u \u0127tartkom biex tmorru tag\u0127mlu l-frott u l-frott tag\u0127kom jibqa\u2019\u2019<\/p>\n<p>A\u0127sbu sew fuq din is-sentenza.\u00a0 G\u0127ax INT mintix qieg\u0127ed hawn g\u0127alxejn.\u00a0 Mhux int g\u0127a\u017cilt li tattendi l-laqg\u0127a imma \u0120es\u00f9 g\u0127a\u017clek, Hu li jafek b\u2019ismek, g\u0127ajjatlek.\u00a0 G\u0127ajjatlek biex tag\u0127mel il-frott.\u00a0 Iva int.\u00a0 Il-frott nistg\u0127u nag\u0127mluh jekk nibqg\u0127u imwa\u0127\u0127lin mieg\u0127u.<\/p>\n<p>Tkunx attiv fil-komunita\u2019 ming\u0127ajr ma tag\u0127mel il-frott.<\/p>\n<p>Tkunx attiv fil-\u0127ajja tieg\u0127ek, ming\u0127ajr ma tag\u0127mel il-frott.<\/p>\n<p>\u0126afna drabi lil \u0120es\u00f9 nda\u0127\u0127luh fl-a\u0121enda tag\u0127na.\u00a0 Niftakru f\u2019dik is-silta fejn \u0120es\u00f9 qal, \u201c\u0127alli kulma titlob lill-Missier f\u2019ismi, huwa jag\u0127tihulkom\u201d, imma rridu nkunu mwa\u0127\u0127lin fiH.\u00a0 Trid tkun <em>parallel<\/em> ma\u2019 \u0120es\u00f9.<\/p>\n<p>Il-Mulej g\u0127a\u017cilna:\u00a0 g\u0127aliex? Kul\u0127add irid jwie\u0121eb hu g\u0127alih innifsu.\u00a0 G\u0127a\u017cilna biex kul\u0127add jag\u0127mel il-frott u dan jista\u2019 jsir jekk a\u0127na n\u0127obbu lil xulxin.\u00a0 Hekk biss nistg\u0127u nibqg\u0127 mag\u0127qudin mieg\u0127u u hekk biss il-fer\u0127 tag\u0127na jista\u2019 jkun s\u0127i\u0127.<\/p>\n<p>\u2018Mhux intom g\u0127a\u017ciltu lili, imma jien g\u0127a\u017cilt lilkom\u2019<\/p>\n<p>Dan il-Van\u0121elu jmur tajjeb ma\u2019 Jum l-Omm.\u00a0 Dan g\u0127aliex jum l-omm huwa vja\u0121\u0121 ta\u2019 im\u0127abba matul \u0127ajjitna u mhux ta\u2019 \u0121urnata.\u00a0 \u0120es\u00f9 tana lil ommu fuq is-salib fejn miet g\u0127alina.\u00a0 Omm hija dik li tag\u0127ti m\u0127abbitha \u2018Dan hu l-kmandament tieg\u0127i: li t\u0127obbu lil xulxin kif \u0127abbejtkom jien.\u2019<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a Prayer Caf\u00e9 tal-\u0120img\u0127a 8 ta&#8217; Mejju, bdiet b\u2019talba \u010bkejkna u spontanja; fejn a\u0127na in\u0127allu l-Ispirtu ja\u0127dem fina, imexxina u jqanqalna, g\u0127ax fejn tnejn jew tlieta jkunu hemm, hemm jien <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":0,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4082"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4082"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4082\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4086,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4082\/revisions\/4086"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4082"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4082"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4082"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}