{"id":4108,"date":"2015-05-23T23:00:00","date_gmt":"2015-05-23T21:00:00","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4108"},"modified":"2015-05-23T23:09:29","modified_gmt":"2015-05-23T21:09:29","slug":"strumenti-talla-prayer-cafe-22-ta-mejju-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/strumenti-talla-prayer-cafe-22-ta-mejju-2015\/","title":{"rendered":"Strumenti t&#8217;Alla &#8211; Prayer Caf\u00e9: 22 ta\u2019 Mejju 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Fil-laqg\u0127a ta\u2019 Prayer Caf\u00e9, tat-22 ta\u2019 Mejju 2015, \u00a0wara li \u0127adna kikkra kafe flimkien, trattajna l-qari tal-quddiesa ta\u2019 nhar il-\u0126add 25 ta\u2019 Mejju; it-tmien \u0126add tal-G\u0127id jew G\u0127id il-\u0126amsin. It-tema ewlenija kif mistenni f\u2019Pentecoste, kienet fuq l-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-\u0127ajja spiss n\u0127ossuna sfidu\u010bjati , i\u017colati u b\u2019qalbna maqtug\u0127a minn dawk ta\u2019 madwarna. Ng\u0127addu minn mumenti ta\u2019 dlam u qtieg\u0127 il-qalb. Pero il-Mulej da\u0127al fil-\u0127ajja tag\u0127na b\u0127ala bniedem \u2013\u0120esu- u g\u0127araf l-umanita fra\u0121li tag\u0127na. B\u0127ala \u0121rajja llum se n\u0127arsu lejn il-\u0121rajja li se\u0127\u0127et wara t-tlug\u0127 ta\u2019 \u0120esu fis-sema, meta kif kien weg\u0127edna Hu bag\u0127at l-Ispirtu s-Santu, d-Difensur tag\u0127na fuq id-dixxipli u Marija li kienu msakkrin f\u2019kamra isolati we\u0127idhom.\u00a0 Xog\u0127ol\u00a0 l-Ispirtu S-Santu huwa li jsa\u0127\u0127a\u0127na u jag\u0127tina skop fl-eg\u0127mil tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn inqara l-evan\u0121elju ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej mehud minn \u0120w 15, 26-27; 16, 12-15 u wara kull\u0127add \u0121ie mistieden jg\u0127id il-kelma jew frazi li laqtithom mill-van\u0121elu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din is-silta tinsab f\u2019nofs minn dak li hu mag\u0127ruf b\u0127ala <strong>d-diskors tat-tluq ta\u2019 \u0120esu<\/strong> li nsibuh fl-evan\u0121elju ta\u2019 San \u0120wann minn Kap 13 sa Kap 17. N\u0127e\u0121\u0121ukom taqrawhom dawn il-\u0121rajjiet.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-van\u0121elu tal-llum \u0120esu jitkellem fuq il-<strong>konsegwenzi inevitabbli tan-nisrani<\/strong> li jimxi wara \u0120esu fil-fidi u l-im\u0127abba. Wa\u0127da minnhom hi li min jimxi wara \u0120esu se ji\u0121i ppersegwitat. \u201cid-dinja g\u0127ad tobg\u0127odkom\u201d Infatti nafu minn esperjenzi tag\u0127na stess li meta tiprova timxi tajjeb jibdew jinqalg\u0127u \u0127afna affarijiet&#8230;i\u017cda \u0120esu tana wkoll il-garanzija <strong>tad-Difensur<\/strong> li jtina l-konsolazzjoni u l-fara\u0121 li jkollna b\u017conn fi\u010b-\u010birkustanzi ta\u2019 \u0127ajjitna, l-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Ispirtu s-Santu huwa it-tielet persuna tat-Trinita Mqaddsa \u2013 forsi ma nag\u0127tuhx l-importanza li jist\u0127oqqlu \u2013 huwa l-mutur li ja\u0127dem bejn Alla u \u0120esu biex iwasslilna l-messa\u0121\u0121 t\u2019Alla \u2013 huwa HU li jnebba\u0127na, jift\u0127ilna g\u0127ajnejna b\u0127alma g\u0127amel lid-dixxipli ta\u2019 Emmaws. Nebba\u0127hom li dik il-persuna quddiemhom kienet \u0120esu \u2013 fet\u0127ilhom g\u0127ajnejhom waqt l-qsim tal-\u0127ob\u017c. Dan il-miraklu jse\u0127\u0127 quddiemna kuljum waqt kull quddiesa, qabel il-konsagrazzjoni l-qassis ibierek il-\u0127ob\u017c u l-inbid u jitlob il-mi\u0121ja tal-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0L-Ispirtu s-Santu jnebb\u0127ek il-messa\u0121\u0121 int u taqra l-Bibbja. Hemm \u0127afna mumenti f\u2019\u0127ajjitna li ji\u0121i l-Ispirtu s-Santu \u0121ewwa fina. L-ewwel darba li \u0121ie fuqna kien fil-mag\u0127mudija, li tibdilna, u t\u0127alli l-marka tag\u0127ha fina, mbag\u0127ad jer\u0121a ji\u0121i fuqna waqt il-Gri\u017cma tal-Isqof b\u2019qawwa akbar, fejn nir\u010bievu d-doni tal-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn inqrat is-silta mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli : Atti 2:1-11<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu Pietru, mag\u0127ruf b\u0127ala sajjied, il-\u0121urnata ta\u2019 wara din il-\u0121rajja kien ikkonverta 3,OOO ru\u0127 bid-diskors tieg\u0127u!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din il-\u0121rajja se\u0127\u0127et fil-Festa tal-\u0120img\u0127at u tal-\u0126sad. Kienet festa li fiha ji\u0121i offrut \u2018l Alla l-frott tal-\u0127sad. \u0120iet tissejja\u0127 tal-\u0121img\u0127at g\u0127aliex kienu jing\u0127addu 7 \u0121img\u0127at mill-G\u0127id, 50 jum wara (Lev 23:15. Dewt 16:9). G\u0127alkemm g\u0127all-bidu kienet festa agrikola bi\u017c-\u017cmien saret ukoll spiritwali u solenni. F\u2019dan i\u017c-\u017cmien il-poplu kien jag\u0127mel penitenza u ma setg\u0127ux ji\u0121u \u010b\u010belebrati \u017cwi\u0121ijiet solenni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kienet <strong>wa\u0127da mit-tliet festi ta\u2019 pellegrina\u0121\u0121<\/strong> (G\u0127id-festa tal-a\u017c\u017cmi; Festa tal-\u0121img\u0127at u Festa tal-G\u0127erejjex). Fiha kienu ji\u0121u<strong> \u0127afna nies \u0120erusalemm <\/strong>g\u0127alhekk kien ikun \u017cmien ta\u2019 \u0127afna nies mi\u0121bura flimkien.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kellhom l-obbligu li j\u0121ibu mag\u0127hom \u017cew\u0121 \u0127ob\u017ciet mo\u0127mija bil-\u0127mira b\u0127ala radd il-\u0127ajr \u2018l Alla g\u0127all-g\u0127ixien li jag\u0127ti lill-poplu. Dan il-\u0127ob\u017c ma kienx jin\u0127ema imma kien ji\u0121i mog\u0127ti lis-sa\u010berdoti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127all-Knisja tag\u0127na din il-festa hija meqjusa mportanti \u0127afna g\u0127aliex hija t-tifkira tal-in\u017cul tal-Ispirtu s-Santu u x-xandir tal-bxara t-tajba (KERYGMA) lill-\u0121nus kollha li kienu telg\u0127u \u0120erusalemm proprju g\u0127al din il-festa solenni (Atti 2,1-11).T irreferi g\u0127at-twettieq tal-weg\u0127da ta\u2019 \u0120es\u00f9 u hija simbolu tal-g\u0127aqda u l-universalit\u00e0 tal-Knisja. <strong>\u00a0<\/strong>Silta g\u0127al qalb l-membri tal-Moviment Kerygma g\u0127ax minn din is-silta ittie\u0127ed l-isem u l-iskop tal-Moviment tag\u0127na. : )<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0Fil-jum ta\u2019 Pentekoste, San Pietru, bniedem li kien mag\u0127ruf b\u0127ala sajjied, ppriedka lil-Lhud f\u2019\u0120erusalemm u f\u2019dak il-jum, jekk noqog\u0127du g\u0127al dak li naqraw fl-Atti tal-Appostli, mhux inqas minn 3,000 ru\u0127 \u0127adu l-mag\u0127mudija!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Minn hawn tibda l-\u0127idma missjunarja tal-Knisja. \u201cIntom tkunu xhieda tieg\u0127i f\u2019\u0120erusalemm, fil-Lhudija kollha u fis-Samarija u sa truf l-art.\u201d (Atti 1,8)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Biex nid\u0127lu aktar fl-atmosfera tal-ambjent ta\u2019 din il-\u0121rajja, ntwera l-video:<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Video 1: L-In\u017cul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli:<\/li>\n<\/ul>\n<p><iframe loading=\"lazy\" width=\"980\" height=\"551\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/lofMrKydR3Q?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allowfullscreen><\/iframe><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ftit wara dan l-episodju fil-bibbja nsibu d-diskors ta\u2019 San Pietru fejn kien qal;\u00a0 \u201c le dawn mhumiex fis-sakra kif qed ta\u0127sbu intom, g\u0127adhom id-disg\u0127a ta\u2019 filg\u0127odu\u201d. Dan l-atte\u0121\u0121ament niltaqg\u0127u mieg\u0127u anke llum meta nibdew nitkellmu fuq \u0120esu jew nuru li nimxu warajh bilkemm ma jkunux iridu jg\u0127idu li tlaqna jew jiprovaw iwaqqg\u0127una g\u0127a\u010b-\u010bajt. Pero meta nkunu qed ng\u0127addu messa\u0121\u0121 ta\u2019 \u0120ESU rridu nibqg\u0127u g\u0127addejjin u ma naqtg\u0127ux qalbna u hawn jid\u0127ol l-Ispirtu s-Santu \u2013 Hu jag\u0127tina dik il-qawwa biex nkomplu nxandru anke f\u2019mumenti li nkunu qed naqtg\u0127u qalbna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara \u0127arisna mill-qrib lejn it-talba tal-Moviment tag\u0127na: it-Talba tal-Moviment Kerygma\/Talba lill-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">1)\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Spirtu s-Santu nitolbuk tin\u017cel fina,<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">2)\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 biex turina xi trid minna,<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">3)\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 sabiex b\u2019g\u0127emilna u \u0127idmietna nwasslu l-bxara t-tajba fl-ambjent ta\u2019 madwarna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">4)\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Dawwlilna mo\u0127\u0127na biex nag\u0127rfu nimpenjaw ru\u0127na b\u0127ala nsara fis-so\u010bjet\u00e0.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">5)\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Bierek il-\u0127idma tag\u0127na, ibqa\u2019 mag\u0127na, sabiex a\u0127na nkunu strumenti tal-bxara t-tajba.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mistoqsijiet:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Min hu l-Ispirtu s-Santu g\u0127alina?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">X\u2019na\u0127sbu li huwa xog\u0127lu u l-effetti tieg\u0127u?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Ispirtu s-Santu jag\u0127milna \u0121isem wie\u0127ed, grupp wie\u0127ed, Knisja wa\u0127da. Kemm nag\u0127rfu din il-qawwa ta\u2019 grupp, ta\u2019 Moviment li tinsab fina?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Xi tfisser il-kelma Kerygma u fejn se\u0127\u0127et fil-\u0121rajja tal-lum?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Xi tfisser li tkun xhud ta\u2019 xi \u0127add? G\u0127al min qeg\u0127din inkunu xhieda a\u0127na u x\u2019inhu l-Messa\u0121\u0121 li qeg\u0127din inwasslu?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">X\u2019inhuma d-doni tal-Ispirtu s-Santu?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Xhieda<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Vers 27 jg\u0127id: \u201cU intom ukoll tixhdu, g\u0127ax intom kontu mieg\u0127i sa mill-bidu.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127aliex insibuha daqshekk diffi\u010bli biex nixhdu l-fidi tag\u0127na quddiem l-o\u0127rajn? Nista\u2019 nibqa\u2019 sieket u ma nxandarx?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Li tag\u0127ti xhieda jitlob minna li nkunu konvinti minn dak li qed nag\u0127mlu u nag\u0127tu l-provi tat-twemmin tag\u0127na. Irridu nkunu konvinti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>Wa\u0127da mill-membri qalet li hi jolqotha l-vers \u201cb\u2019eg\u0127milna u \u0127idmitna\u201d ix-xhieda tag\u0127na tkun aktar qawwija meta nag\u0127mlu dak li nemmnu milli niprietkaw biss b\u2019\u0127afna kliem.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>O\u0127ra semmiet li g\u0127andna nsej\u0127u lill-Ispirtu jqawwina kontinwament g\u0127ax a\u0127na b\u0127ala bnedmin, a\u0127na dg\u0127ajfa ,u g\u0127alhekk hemm b\u017conn li ner\u0121g\u0127u nitqawwew wara xi waqg\u0127a biex ner\u0121g\u0127u nqumu.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>A\u0127na strumenti tal-bxara t-tajba u hekk hu a\u0127na strumenti t\u2019Alla \u2013 strument wa\u0127du ma jdoqqx, a\u0127na rridu nkunu l-istrumenti t\u2019Alla biex inwasslu l-messa\u0121\u0121 tieg\u0127u. <\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara nqara passa\u0121\u0121 mill-Atti tal-Appostli Kap 3.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Jista\u2019 jkun li l-egoi\u017cmu tag\u0127na ma j\u0127alliniex na\u010b\u010bettaw il-fatt li g\u0127andna b\u017conn l-g\u0127ajnuna tal-Ispirtu s-Santu li jiggwidana? San Pietru meta fejjaq lill-mag\u0127tub tat-tempju (Atti 3, 1-10) qal lill-mag\u0127tub: \u201cFidda u deheb ma g\u0127andix; imma dak li g\u0127andi se nag\u0127tihulek: fl-isem ta\u2019 \u0120es\u00f9 Kristu ta\u2019 Nazaret, imxi!\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mela ifejjaq huwa Alla biss. L-Ispirtu s-Santu jg\u0127allem u j\u0127arre\u0121 lid-dixxiplu biex f\u2019ismu jag\u0127mel il-mirakli.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Video 2:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">San Pietru jfejjaq il-mag\u0127tub bil-qawwa ta\u2019 \u0120es\u00f9 ta\u2019 Nazaret<\/p>\n<p><iframe loading=\"lazy\" width=\"980\" height=\"551\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/tRLVMTJIhjU?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allowfullscreen><\/iframe><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Video li juri kif ntqal fil-bidu tal-laqg\u0127a meta twassal l-messa\u0121\u0121 ta\u2019 \u0120esu stenna l-persekuzzjoni infatti l-video jispi\u010b\u010ba bid-dixxipli jintefg\u0127u l-\u0127abs. I\u017cda kif stqarr Pietru fil-video \u201cWe have a duty to speak..\u201d hekk ukoll a\u0127na \u2013 ma nistg\u0127ux nieqfu nxandru.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din il-persekuzzjoni hi attwali fid-dinja tal-llum, fil-\u0127ar\u0121a ta\u2019 Xandar il-Kelma nsibu li fis-sena 2013 \u0121ew maqtula 135,000 nsara min\u0127abba l-fidi tag\u0127hom. B\u0127alissa hemm 150 miljun nsara mhedda madwar id-dinja kollha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a ng\u0127alqet bil-qari tas-Sekwenza u bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n<p><iframe loading=\"lazy\" width=\"980\" height=\"551\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/OZE_qOu7PNc?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allowfullscreen><\/iframe><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-laqg\u0127a ta\u2019 Prayer Caf\u00e9, tat-22 ta\u2019 Mejju 2015, \u00a0wara li \u0127adna kikkra kafe flimkien, trattajna l-qari tal-quddiesa ta\u2019 nhar il-\u0126add 25 ta\u2019 Mejju; it-tmien \u0126add tal-G\u0127id jew G\u0127id il-\u0126amsin. It-tema <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4113,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4108"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4108"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4108\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4115,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4108\/revisions\/4115"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4113"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4108"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4108"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4108"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}