{"id":4192,"date":"2015-06-21T23:06:42","date_gmt":"2015-06-21T21:06:42","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4192"},"modified":"2015-06-21T23:12:38","modified_gmt":"2015-06-21T21:12:38","slug":"ghalfejn-nibzghu-prayer-cafe-19-ta-gunju-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/ghalfejn-nibzghu-prayer-cafe-19-ta-gunju-2015\/","title":{"rendered":"G\u0127alfejn Nib\u017cg\u0127u? \u2013 Prayer Caf\u00e8 \u2013 19 ta\u2019 \u0120unju 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>It-Tnax \u2013il \u0126add matul is-Sena.\u00a0<\/strong><strong>Evan\u0121elju ta\u2019 San Mark 4, 35-41.<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kemm-il darba a\u0127na ji\u0121rilna b\u0127all-appostli li \u0120es\u00f9 jkun qieg\u0127ed \u0127dejna imma a\u0127na jidhrilna li mhux qieg\u0127ed jag\u0127ti kasna. G\u0127alkemm nemmnu li qieg\u0127ed hemm a\u0127na nimtlew bil-be\u017cg\u0127at tag\u0127na. L-Appostli kienu jafuh \u0127afna imma xorta wa\u0127da iddubitaw mill-Messija, minn \u0120es\u00f9. \u0120es\u00f9 per\u00f2 dar fuqhom u staqsiehom g\u0127aliex qeg\u0127din jib\u017cg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-bi\u017c\u00e0 hija ingredjent mill-\u0127ajja tag\u0127na, minn meta konna \u017cg\u0127ar kellna \u0127afna be\u017cg\u0127at li bi\u017c-\u017cmien inbidlu u mhux spi\u010b\u010baw. Ilkoll kemm a\u0127na ng\u0127addu minnhom u konxji wkoll li hemm il-Mulej lest biex jg\u0127inna, per\u00f2 xorta wa\u0127da niddubitaw. Min-na\u0127a l-o\u0127ra importanti li jkollna ftit riskju u sens ta\u2019 avventura fil-\u0127ajja tag\u0127na. F\u2019parti o\u0127ra tal-Evan\u0121elju \u0120es\u00f9 jg\u0127idilna: \u201cEjjew g\u0127andi inti li tinsabu mtaqqlin u m\u0127abbtin u jiena nserra\u0127kom.\u201d X\u2019inhi dik il-\u0127a\u0121a li ttaqqalna u t\u0127abbatna? Huma l-problemi tal-\u0127ajja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kull ma nag\u0127mlu fih il-problemi u r-riskju. F\u2019dawn i\u010b-\u010bickustanzi rridu nemmnu, nemmnu b\u0127alma jemmnu t-tfal; ming\u0127ajr ma jistaqsu g\u0127aliex. Il-fidi tag\u0127na hija misteru imma rrid nafda u nemmen li l-Mulej qieg\u0127ed hemm lest biex jg\u0127inni. Hu jaf x\u2019inhu ji\u0121ri imma qieg\u0127ed jistenniena biex nitolbuh l-g\u0127ajnuna. San Tumas kien qal li \u0127ajjitna qisha b\u0127al meta a\u0127na qeg\u0127din mexjin ma\u2019 muntanja imma Alla qieg\u0127ed fil-qu\u010b\u010bata u minn hemm jista\u2019 jara t-triq li a\u0127na qeg\u0127din naqbdu. A\u0127na ma nistg\u0127ux inkunu \u010berti mit-triq tag\u0127na g\u0127aliex m\u2019a\u0127niex naraw e\u017catt x\u2019hemm wara l-kantuniera imma Alla qieg\u0127ed jara kollox minn fuq.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Mulej qieg\u0127ed mimdud fid-dg\u0127ajsa tag\u0127na imma huwa jimpurtah minna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Interessanti wkoll li naraw il-fidi qawwija tal-appostli f\u2019dan Alla li huma kienu jg\u0127ixu mieg\u0127u. Huma kienu jafu li huwa Alla mag\u0127mul bniedem li kien kapa\u010bi jwaqqaf it-tempesta. It-tempesti tal-\u0127ajja tag\u0127na huwa Alla li kapa\u010bi jwaqqafhom. Dun \u0120or\u0121 Preca kien jg\u0127id biex inkunu \u2018\u0127bieb mal-Mulej\u2019. Is-sagrament tal-Qrar, tar-Rikon\u010biljazzjoni jag\u0127mel proprju dan, jer\u0121a\u2019 j\u0127abbibna mal-Mulej. Bil-qrar nistg\u0127u niksbu mill-\u0121did din il-\u0127biberija tag\u0127na ma\u2019 Alla. \u0120es\u00f9 fil-mirakli li g\u0127amel b\u0127al tat-tifla li kienet mietet qal lil missierha sabiex jemmen u l-mirakli se\u0127\u0127. \u0120es\u00f9 dejjem qal li l-fidi tag\u0127na tfejjaqna. \u0120es\u00f9 jg\u0127idilna li ming\u0127ajru ma nistg\u0127u nag\u0127mlu xejn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">In-nuqqas ta\u2019 fidi jidher meta \u0120es\u00f9 deher wara l-qawmien lill-appostli. Pietru meta kien qieg\u0127ed jara lil \u0120es\u00f9 baqa\u2019 f\u2019wi\u010b\u010b l-ilma imma meta ddubita beda nie\u017cel. Tumas ukoll ried imiss b\u2019idejh u jpo\u0121\u0121i jdejh fuq il-marki tal-imsiemer u fil-kustat. Dan in-nuqqas ta\u2019 fidi tant we\u0121\u0121a\u2019 lil \u0120es\u00f9 li\u00a0 meta re\u0121a\u2019 deher \u0121img\u0127a wara re\u0121a staqsa g\u0127al Tumas sabiex ikabbar fih il-fidi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 qieg\u0127ed jg\u0127idilna: \u201cJiena Hu, afdaw fija.\u201d Ma jfissirx li l-problemi se nsolvuhom kollha jew b\u2019mod s\u0127i\u0127 imma l-fatt li npo\u0121\u0121uhom f\u2019ri\u0121lejn il-Mulej se jg\u0127inna naffrontawhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-Tnax \u2013il \u0126add matul is-Sena.\u00a0Evan\u0121elju ta\u2019 San Mark 4, 35-41. Kemm-il darba a\u0127na ji\u0121rilna b\u0127all-appostli li \u0120es\u00f9 jkun qieg\u0127ed \u0127dejna imma a\u0127na jidhrilna li mhux qieg\u0127ed jag\u0127ti kasna. G\u0127alkemm nemmnu <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4197,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4192"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4192"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4192\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4195,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4192\/revisions\/4195"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4197"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4192"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4192"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4192"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}