{"id":4302,"date":"2015-09-26T15:26:47","date_gmt":"2015-09-26T13:26:47","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4302"},"modified":"2015-09-26T17:31:14","modified_gmt":"2015-09-26T15:31:14","slug":"prayer-cafe-25-ta-settembru-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/prayer-cafe-25-ta-settembru-2015\/","title":{"rendered":"Inqarrbu jew nbieg\u0127du n-nies minn Alla? &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 25 ta\u2019 Settembru 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Fl-ewwel laqg\u0127a Prayer Caf\u00e8 wara l-waqfa tas-sajf, \u0121ie diskuss<strong> <a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/tazza-ilma-u-skandli-is-26-hadd-matul-is-sena-27-ta-settembru-2015\/#description-tab\" target=\"_blank\">il-Van\u0121elu tas-26 \u0126add tas-Sena B (27 ta\u2019 Settembru)<\/a><\/strong>. Dan il-van\u0121elu g\u0127andu \u017cew\u0121 temi. L-ewwel jitkellem dwar it-tolleranza lejn dawk li avolja m&#8217;humiex id-dixxipli tieg\u0127u, jag\u0127mlu l-\u0121id f\u2019ismu. Imbag\u0127ad \u0120es\u00f9 jitkellem dwar kundizzjonijiet li g\u0127andna nosservaw jekk irridu nid\u0127lu fis-Saltna t\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Dan huwa van\u0121elu attwali \u0127afna.\u00a0 \u010aerti nies fil-Knisja jew fi gruppi fi \u0127dan il-Knisja, i\u0127arsu lejn dawk \u0121odda fil-grupp \/ knisja b\u0127ala xi \u0127a\u0121a inqas, iktar il-bog\u0127od minn Alla. Fil-Knisja ssib nies li huma nvoluti u ma jie\u0127dux gost li xi \u0127add \u0121did jinvolvi ru\u0127u. Din it-tip t\u2019attitudni tag\u0127mel il-\u0127sara u tbieg\u0127ed in-nies minn Kristu. Leader g\u0127andu jmexxi billi jservi. Il-Mulej g\u0127andu missjoni g\u0127al kul\u0127add u m\u2019g\u0127andniex inkunu a\u0127na li ntellfu lil xi \u0127add mill-missjoni tieg\u0127u. A\u0127na g\u0127andna nuru ospitalit\u00e0 lejn kul\u0127add &#8211; ikun min ikun. Jekk f\u2019g\u0127ajnejja bniedem ma jkunx sew, jien b\u0127ala nisrani g\u0127andi nilqg\u0127u xorta u mhux nitka\u017ca bih. Wara kollox, a\u0127na kollha midinbin, ta\u0127t sema wa\u0127da. F\u2019dan il-van\u0121elu \u0120es\u00f9 qed jg\u0127idilna li a\u0127na g\u0127andna na\u010b\u010bettaw it-tajjeb li \u0121ej minn \u0127addie\u0127or, ji\u0121i minn fejn ji\u0121i, u jkun min jkun. It-tajjeb kollu tad-dinja mhux \u0121ej biss minna l-kattoli\u010bi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 A\u0127na g\u0127andna nkunu \u010berti li bl-azzjonijiet tag\u0127na nqarrbu n-nies lejn Alla u mhux nbeg\u0127duhom minnu. G\u0127alhekk importanti li ma ni\u0121\u0121udikawx g\u0127ax meta ni\u0121\u0121udikaw, inbeg\u0127du n-nies minn Alla. A\u0127na g\u0127andna nkunu nies li nibnu mhux li ni\u0121\u0121udikaw, g\u0127ax kif qal \u0120es\u00f9 \u201cmin mhux kontra tag\u0127na, huwa mag\u0127na\u201d. Fl-istess \u0127in g\u0127andu jkollna iktar sens ta&#8217; komunit\u00e0, g\u0127ax meta nkunu komunit\u00e0 nkunu nistg\u0127u nag\u0127tu s-sapport lil xulxin. \u00a0Fl-isess \u0127in, ma nistax ng\u0127in lil min hu mag\u0127na biss. M&#8217;g\u0127andiex in\u0127ares lejn l-u\u010buh imma lejn il-qlub.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Fit-tieni parti ta\u2019 dan il-Van\u0121elu, naraw li rridu noqg\u0127odu attenti kif n\u0121ibu ru\u0127na u x\u2019ng\u0127idu, g\u0127ax nistg\u0127u nag\u0127tu \u201cskandlu\u201d u nag\u0127mlu \u0127sara lil dawk li qed jarawna jew jisimg\u0127una u nbeg\u0127duhom minn Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mill-Kateki\u017cmu tal-Knisja Kattolika:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 30px; text-align: justify;\"><em>\u201cL-iskandlu hu atte\u0121\u0121jament jew im\u0121iba li twassal lil \u0127addie\u0127or biex jag\u0127mel dak li hu \u0127a\u017cin. Min jiskandalizza, ikun i\u0121arrab l-g\u0127ajru. Ihedded il-virt\u00f9 u t-tjieba. Jista\u2019 jwassal lil \u0127uh g\u0127all-mewt spiritwali, g\u0127all-mewt tar-ru\u0127. L-iskandlu hu \u0127tija serja jekk b\u2019g\u0127emil jew nuqqas ta\u2019 g\u0127emil iwassal lil xi \u0127add ie\u0127or biex jag\u0127mel xi dnub gravi.\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"padding-left: 30px; text-align: justify;\"><em>\u201cL-iskandlu jista\u2019 jing\u0127ata ukoll mil-li\u0121i jew mill-istituzzjonijiet, jew mill-moda jew mill-opinjoni pubblika. Huma g\u0127alhekk \u0127atja ta\u2019 skandlu dawk li jag\u0127mlu li\u0121ijiet jew jibnu strutturi so\u010bjali li jwasslu biex ibaxxu l-im\u0121iba morali tan-nies, jew i\u0127assru l-\u0127ajja reli\u0121ju\u017ca,\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">San Luqa Kap 17 Vers 1:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 30px; text-align: justify;\"><em>\u201cDarba lid-dixxipli tieg\u0127u qalilhom: &#8220;Ma jistax ikun li ma jing\u0127atawx skandli; imma \u0127a\u017cin g\u0127alih min ikun \u0127tija tag\u0127hom!\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0 \u00a0 \u00a0G\u0127alhekk irridu noqg\u0127odu attenti li ma nkunux a\u0127na li nag\u0127tu skandlu. A\u0127jar kelma nieqsa milli \u017cejda. Bil-\u0127sieb jew ming\u0127ajr \u0127sieb, nistg\u0127u nkunu ta\u2019 skandlu g\u0127all-o\u0127rajn. G\u0127alhekk irridu nqa\u010b\u010btu minn \u0121ewwa fina u minn madwarna, dak kollu li jfixkilna. G\u0127andna nitbeghdu minn xi \u0127a\u0121a li nafu li tista&#8217; twaqqana, jew xi darba waqqg\u0127atna fid-dnub.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Biex nag\u0127mlu dan g\u0127andna b\u017conn, u g\u0127andna nitolbu lill-Ispirtu s-Santu, biex jg\u0127inna nag\u0127rfu t-tajjeb mill-\u0127a\u017cin. Kieku a\u0127na l-Insara nag\u0127tu kas iktar tal-Van\u0121elu u nimxu skont dak li hemm fih, kieku d-dinja hija \u0127afna a\u0127jar minn dik li hi llum.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tajjeb ukoll li n\u017commu f\u2019mo\u0127\u0127na dan il-vers mill-Ittra lill-Lhud, Kapitlu 12, Versi 1 u 2:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><em>\u201cEjjew inwarrbu minna kull xkiel u kull dnub li malajr ifixkilna, u b&#8217;qalbna qawwija nibqg\u0127u ni\u0121ru t-triq tal-prova li g\u0127andna quddiemna;\u00a0n\u017commu g\u0127ajnejna merfug\u0127a lejn \u0120es\u00f9, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tag\u0127na\u201d<\/em><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 Fl-ewwel laqg\u0127a Prayer Caf\u00e8 wara l-waqfa tas-sajf, \u0121ie diskuss il-Van\u0121elu tas-26 \u0126add tas-Sena B (27 ta\u2019 Settembru). Dan il-van\u0121elu g\u0127andu \u017cew\u0121 temi. L-ewwel jitkellem dwar it-tolleranza lejn dawk li <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4305,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[118,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4302"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4302"}],"version-history":[{"count":6,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4302\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4316,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4302\/revisions\/4316"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4305"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4302"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4302"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4302"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}