{"id":4334,"date":"2015-10-03T17:01:05","date_gmt":"2015-10-03T15:01:05","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4334"},"modified":"2015-10-03T18:05:54","modified_gmt":"2015-10-03T16:05:54","slug":"tiggudikawx-prayer-cafe-2-tottubru-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/tiggudikawx-prayer-cafe-2-tottubru-2015\/","title":{"rendered":"Ti\u0121\u0121udikawx \u2013 Prayer Caf\u00e8 \u2013 2 t\u2019Ottubru 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: center;\">Is-sebg\u0127a u g\u0127oxrin \u0126add matul is-sena<\/p>\n<p style=\"text-align: center;\"><em>\u201cDak li g\u0127aqqad Alla, ma g\u0127andux jifirdu l-bniedem\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Inqrat is-silta mill-Evan\u0121elju skont San Mark (Mk 10, 2-16).\u00a0 Dan il-Van\u0121elu jittratta fuq is-su\u0121\u0121ett tad-divorzju.\u00a0 Jurina kemm \u0120es\u00f9 ma kienx jimxi mal-kurrent imma kien jemmen fl-ugwaljanza bejn il-mara u r-ra\u0121el.\u00a0 Dan ir-rakkont \u0121ara fil-\u0120udea u dak i\u017c-\u017cmien jekk mara tinqabad f\u2019adulterju kienet ti\u0121i m\u0127a\u0121\u0121ra. Fit-tieni vers, b\u0127as-soltu, il-Fari\u017cej jippruvaw jonsbu lil \u0120es\u00f9 billi staqsewh jekk ra\u0121el jistax jitlaq lil martu u mhux vi\u010bi versa g\u0127ax l-ir\u0121iel kienu dominanti. \u0120es\u00f9 rrispondihom b\u2019mistoqsija o\u0127ra: \u201cX\u2019ordnalkom Mose?\u201d u jfakkarhom x\u2019kien il-pjan ori\u0121inali t\u2019Alla, li \u201ct-tnejn isiru \u0121isem wie\u0127ed\u201d meta ji\u017c\u017ceww\u0121u.\u00a0 Mela dak li g\u0127aqqad Alla m\u2019g\u0127andux jifirdu il-bniedem.\u00a0 \u00a0Mela Alla ried li \u017c-\u017cwie\u0121 ikun komunita\u2019 ta\u2019 im\u0127abba u b\u0127ala persuni indaqs u mhux f\u2019pika bejniethom. \u00a0Alla ried li din tkun xbieha \u0127ajja tal-im\u0127abba tieg\u0127u, personali u s\u0127i\u0127a.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Van\u0121elu jkompli li meta marru lura d-dar d-dixxipli komplew jiddiskutu fuq id-divorzju. Anke d-dixxipli sabuha diffi\u010bli biex jifhmu l-\u0120es\u00f9. \u00a0Infatti qalulu \u00a0&#8220;<em>Mela ladarba din hi l-kundizzjoni tar-ra\u0121el mal-mara, ma jaqbilx li wie\u0127ed ji\u017c\u017cewwe\u0121.&#8221;<\/em> G\u0127ax huma riedu li r-ra\u0121el dejjem ikun minn fuq! I\u017cda Hu qalilhom<em>: &#8220;Mhux kul\u0127add jifhimha din il-\u0127a\u0121a, imma dawk li lilhom jing\u0127ata<\/em><em>,<\/em> <em>jifhmuha..<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 uriehom ukoll li bil-mi\u0121ja tieg\u0127u l-bidla mill-qieg\u0127 fil-qlub tal-bnedmin setg\u0127et isse\u0127\u0127. \u00a0Bi Kristu, l-bnedmin setg\u0127u jibdew i\u0127obbu b\u0127al Alla. \u00a0G\u0127al dawk li jing\u0127aqdu ma\u2019 Kristu, i\u017c-\u017cwie\u0121 sar Sagrament, ji\u0121ifieri sinjal li jurihom lil Kristu fosthom u jag\u0127tihom il-\u0127ajja u l-im\u0127abba tieg\u0127u. Dan ifisser li mhux x\u2019\u0127in tiddejjaq fi\u017c-\u017cwie\u0121 taqbad u titlaq g\u0127ax i\u017c-\u017cwie\u0121 huwa Sagrament. Dan ma je\u0127lisniex mill-i\u017cbalji, mid-difetti fil-karattru, mill-inkwiet, il-mard u d-dwejjaq. F\u2019\u010birkostanzi diffi\u010bli b\u0127al dawn l-akbar prova hi li n\u0127obbu xorta wa\u0127da lil xulxin b\u0127al Kristu b\u0127alma nsibu fl-ittra ta\u2019 San Pietru (2:23-24) \u201c<em>meta g\u0127a<\/em><em>j<\/em><em>jru<\/em><em> lil <\/em>\u0120es\u00f9<em> ma we\u0121ibx bit-t<\/em><em>g\u0127ajj<\/em><em>ir, meta bata ma heddidx<\/em><em>\u201d<\/em>. Jekk il-mi\u017c\u017cew\u0121in jag\u0127rfu j\u0127obbu b\u0127alu, b\u2019dan il-mod, huma jaraw i\u017c-\u017cwie\u0121 tag\u0127hom jissa\u0127\u0127a\u0127, kif iweg\u0127du fir-rit ta\u017c-\u017cwie\u0121 \u201c<em>fir-risq tajjeb u l-\u0127a\u017cin,<\/em> <em>fil-mard u fis-sa\u0127\u0127a<\/em><em>\u201d<\/em><em>. <\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Papa Fran\u0121isku, fit 2 t\u2019April tas-sena l-o\u0127ra qal hekk <em>\u201c<\/em><em>biex tag\u0127mlu pa\u010bi m\u2019hemmx b\u017conn i\u010b\u010bemplu lill-\u0120nus Mag\u0127quda biex ji\u0121u huma d-dar \u0127alli tag\u0127mlu pa\u010bi.\u00a0 Bi\u017c\u017cejjed \u0121est \u010bkejken, \u017ceg\u0127ila, tislima!\u00a0 U nkomplu <\/em><em>l-<\/em><em>g\u0127ada!\u00a0 U g\u0127ada nibdew mill-\u0121did.\u00a0 U din hi l-\u0127ajja, hekk irridu mmexxuha \u2019l quddiem, nimxu \u2019l quddiem bil-kura\u0121\u0121 li rridu ng\u0127ixuha flimkien.\u00a0 <\/em><em>T<\/em><em>liet kelmiet li g\u0127andna ng\u0127iduhom dejjem fid-dar tag\u0127na<\/em><em> huma<\/em><strong><em>: <\/em><\/strong><em>jekk jog\u0127\u0121bok, grazzi, sku\u017cani<\/em><em>\u201d<\/em><strong><em>.<\/em><\/strong>\u00a0 It-tliet kelmiet ma\u0121i\u010bi, jg\u0127id il-Papa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u2019dawn it-tliet kelmiet, bit-talb tar-ra\u0121el u l-mara g\u0127al xulxin, billi nag\u0127mlu pa\u010bi dejjem qabel tintemm il-\u0121urnata, i\u017c-\u017cwie\u0121 jimxi \u2019l quddiem.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019udjenza \u0121enerali\u00a0 o\u0127ra li saret f\u2019 April ta\u2019 din is-sena il-Papa Fran\u0121isku j\u0127e\u0121\u0121i\u0121na biex ma nib\u017cg\u0127ux nistiednu lil \u0120es\u00f9 g\u0127all-festa tat-tie\u0121. <em>\u201c<\/em><em>Ma nib\u017cg\u0127ux nistednuh fid-dar tag\u0127na, biex ikun mag\u0127na u j\u0127ares il-familja tag\u0127na.<\/em>\u201d Eku mill-kliem qawwi tal-qaddis Papa \u0120wanni Pawlu II li kien qal: <em>\u201c<\/em><em>Spalancate le porte a Cristo<\/em>\u201d. Ift\u0127u l-bibien ta\u2019 qlubkom bera\u0127 g\u0127al Kristu!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kompla jg\u0127idilna biex ma nib\u017cg\u0127ux nistiednu wkoll lil Ommu Marija. Fi kliem Papa Fran\u0121isku, l-Insara, meta ji\u017c\u017cew\u0121u \u201cfil-Mulej\u201d, jinbidlu f\u2019sinjal effika\u010bi tal-im\u0127abba ta\u2019 Alla.\u00a0 L-Insara ma ji\u017c\u017cew\u0121ux biss g\u0127alihom infushom: ji\u017c\u017cew\u0121u fil-Mulej g\u0127all-\u0121id tal-komunit\u00e0 kollha, tas-so\u010bjet\u00e0 kollha kemm hi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar tal-Van\u0121elu, \u0120es\u00f9 jg\u0127id lit-tfal biex jersqu lejH. \u00a0F\u2019dak i\u017c-\u017cmien, it-tfal kienu meqjusa l-inqas importanti fis-so\u010bjet\u00e0\u00a0Lhudija.\u00a0 I\u017cda \u0120esu jg\u0127id \u201cTassew ng\u0127idilkom, li min is-Saltna ta\u2019 Alla ma jilqag\u0127hiex b\u2019qalb ta\u2019 tifel \u010bkejken, ma jid\u0127olx fiha \u201d. Irridu nemmnu fih u na\u010b\u010bettawh\u00a0 bl-istess inno\u010benza tat-tfal.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mid-diskussjoni tqajjmu xi punti interessanti:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fuq it-tema ta\u017c-\u017cwie\u0121, \u0121ie mfakkar li dan ix-xahar ser ikun hemm is-Sinodu Straordinarju tal-Isqfijiet fuq il-familja.\u00a0 Irridu noqg\u0127odu attenti \u0127afna mill-midja min\u0127abba t-tg\u0127awwi\u0121 u t-ta\u0127wid tal-fatti. Il-Papa, hu u \u0121ej lura mill-Amerika kien mistoqsi mill-\u0121urnalisti rigward i\u017c-\u017cwie\u0121 u d-divorzju. Hu kien \u010bar fir-risposta tieg\u0127u: I\u017c-\u017cwie\u0121 huwa indissolibbli.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Niftakru li a\u0127na ma nistg\u0127ux ni\u0121\u0121udikaw, fuq ebda persuna, tkun xi tkun il-po\u017cizzjoni tag\u0127ha: mi\u017c\u017cew\u0121a, divorzjata, omosesswali.\u00a0 Alla biss jista\u2019 ji\u0121\u0121udika, a\u0127na nistg\u0127u biss nitolbu g\u0127al dik il-persuna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Anke rigward it-tfal tag\u0127na.\u00a0 Il-Mulej jrid li l-\u0121enituri jrabbu t-tfal sewwa.\u00a0 Jekk dawn meta jikbru, j\u0121ibu ru\u0127hom \u0127a\u017cin, il-\u0121enituri ma ja\u0127tux.\u00a0 Alla ji\u0121\u0121udika lit-tfal u mhux il-\u0121enituri, g\u0127ax huma g\u0127andhom il-kuxjenza tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar inqrat kwotazzjoni li qalha l-Papa Fran\u0121isku fl-Udjenza \u0120enerali fid 29 t\u2019April ta\u2019 din is-sena: \u201cL-insara ma ji\u017c\u017cew\u0121ux biss g\u0127alihom infushom, ji\u017c\u017ceww\u0121u fil-Mulej g\u0127al \u0121id tal-komunita\u2019 kollha, tas-so\u010bjet\u00e0\u00a0kollha kemm hi\u201d.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Is-sebg\u0127a u g\u0127oxrin \u0126add matul is-sena \u201cDak li g\u0127aqqad Alla, ma g\u0127andux jifirdu l-bniedem\u201d Inqrat is-silta mill-Evan\u0121elju skont San Mark (Mk 10, 2-16).\u00a0 Dan il-Van\u0121elu jittratta fuq is-su\u0121\u0121ett tad-divorzju.\u00a0 Jurina <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4337,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[118,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4334"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4334"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4334\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4342,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4334\/revisions\/4342"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4337"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4334"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4334"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4334"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}