{"id":4347,"date":"2015-10-12T12:13:11","date_gmt":"2015-10-12T10:13:11","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4347"},"modified":"2015-10-12T12:19:15","modified_gmt":"2015-10-12T10:19:15","slug":"mulej-min-jista-jsalva-prayer-cafe-9-tottubru-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/mulej-min-jista-jsalva-prayer-cafe-9-tottubru-2015\/","title":{"rendered":"\u201cMulej, min jista&#8217; jsalva?\u201d \u2013 Prayer Caf\u00e8 \u2013 9 t\u2019Ottubru 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">It-Tmienja u G\u0127oxrin \u0126add tas-Sena<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Inqrat is-silta mill-Van\u0121elu ta&#8217; San Mark, Kapitlu 10, versi 17 \u2013 30, fejn l-evan\u0121elista jg\u0127idilna li mar fuq \u0120esu&#8217; wie\u0127ed jg\u0127a\u0121\u0121el, ni\u017cel g\u0127arkobbtejh quddiemu u qallu: \u201cMg\u0127allem tajjeb, x&#8217;g\u0127andi nag\u0127mel biex nikseb il-\u0127ajja ta&#8217; dejjem?\u201d\u00a0 Interessanti l-fatt li fil-bidu tar-rakkont ma jissemmiex li dan kien ra\u0121el g\u0127ani. Dan insibuh fl-a\u0127\u0127ar tas-silta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu, qabel ma tah risposta, staqsieh: \u201cG\u0127aliex qieg\u0127ed issejja\u0127li tajjeb?\u00a0 \u0126add ma hu tajjeb \u0127lief Alla biss.\u201d\u00a0 Il-fatt li r-ra\u0121el indirizzah b\u0127ala mg\u0127allem tajjeb turi li dan irrikonoxxa l-qawwa ta&#8217; \u0120esu&#8217;, li fit-twe\u0121iba tieg\u0127u stqarr id-divinita&#8217; tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad kompla jg\u0127idlu \u201cInti l-kmandamenti tafhom&#8230;\u201d\u00a0 L-istess b\u0127al ma nafuhom a\u0127na, imma \u0127afna drabi na\u0127sbu li g\u0127ax a\u0127na ma noqtlux, ma nisirqux, allura hekk bi\u017c\u017cejjed. Ma nid\u0127lux fid-dettalji.\u00a0 Kemm-il darba nistg\u0127u noqtlu bi kliemna!\u00a0 Kemm-il darba ng\u0127iru u nixtiequ dak ta&#8217; \u0127addie\u0127or!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">U r-ra\u0121el wie\u0121eb: \u201cMg\u0127allem, jien dan kollu ili n\u0127arsu minn \u017cg\u0127o\u017citi.\u201d\u00a0 Wie\u0121eb b&#8217;\u010berta konvinzjoni li la darba kien jobdi l-kmandamenti u j\u0127allas id-de\u010bmi, allura kollox sew.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad \u0120esu&#8217; xe\u0127et fuqu \u0127arsa ta&#8217; m\u0127abba u qallu: \u201c\u0126a\u0121a wa\u0127da tonqsok: mur, bigh li g\u0127andek, ag\u0127tih lill-fqar, u jkollok te\u017cor fis-sema; imbag\u0127ad ejja u imxi warajja.\u00a0 Imma g\u0127al dan il-kliem ir-ra\u0121el qarras wi\u010b\u010bu u telaq b&#8217;qalbu sewda, g\u0127aliex kellu bosta \u0121id.\u201d\u00a0 Ta&#8217; min isemmi li g\u0127all-poplu Lhudi fi \u017cmien \u0120esu&#8217;, li tkun sinjur kien meqjus b\u0127ala privile\u0121\u0121, g\u0127ax hekk kienu jistg\u0127u jg\u0127inu lill-fqar u j\u0127allsu d-de\u010bmi.\u00a0 Mhux bilfors li dan ir-ra\u0121el \u0127ass we\u0121g\u0127a g\u0127ax qalbu kienet marbuta wisq mal-\u0121id, imma g\u0127ax \u0127aseb li jekk jag\u0127mel hekk mhux se jkun jista&#8217; jkompli jg\u0127in.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu&#8217; mbag\u0127ad dar fuq id-dixxipli tieg\u0127u u qalhom: \u201cKemm hi iebsa g\u0127all-g\u0127onja li jid\u0127lu fis-Saltna ta&#8217; Alla&#8230;..\u201d\u00a0 L-g\u0127onja mhux bilfors tfisser dawk li g\u0127andhom bosta \u0121id.\u00a0\u00a0 Jistg\u0127u jkunu s-suppervi, dawk li j\u0127ossuhom fuq kul\u0127add, li qalbhom marbuta mas-setg\u0127a, li jg\u0127aff\u0121u l-o\u0127rajn basta jil\u0127qu huma.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta \u0120esu&#8217; qal lid-dixxipli tieg\u0127u li e\u0127fef li \u0121emel jg\u0127addi minn g\u0127ajn ta&#8217; labra milli wie\u0127ed g\u0127ani jid\u0127ol fis-Saltna ta&#8217; Alla, dawn sta\u0121g\u0127bu wisq aktar, u bdew jg\u0127idu wie\u0127ed lill-ie\u0127or: \u201cMela min jista&#8217; jsalva?\u201d\u00a0 Hawnhekk \u0120esu&#8217; jassigurhom li g\u0127al Alla kollox jista&#8217; jkun.\u00a0 Alla hu \u0127anin u jaqra fil-qlub.\u00a0 G\u0127al Alla xejn ma hu mo\u0127bi, la fis-sema u lanqas fl-art.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar qabe\u017c Pietru u qallu: \u201cTajjeb! A\u0127na \u0127allejna kollox u \u0121ejna warajk\u201d\u00a0 U \u0120esu&#8217;\u00a0 jwie\u0121bu u jg\u0127idlu li l-\u0127las g\u0127ad ikun g\u0127al mitt darba i\u017cjed, sa minn din id-dinja stess.\u00a0 Imma ma dan kollu j\u017cid il-kelma \u201cpersekuzzjonijiet\u201d!\u00a0 Meta nisimg\u0127u din il-kelma \u0127afna drabi na\u0127sbu fil-martri ta&#8217; l-ewwel \u017cminijiet tal-Knisja, imma r-realta&#8217; hi li llum hawn \u0127afna nies li qed ji\u0121u ppersegwitati u maqtula min\u0127abba t-twemmin tag\u0127hom.\u00a0 G\u0127andna napprezzaw il-liberta&#8217; li nistg\u0127u nitkellmu fil-miftu\u0127, u g\u0127alhekk g\u0127andna d-dmir li ma nibqg\u0127ux \u0127alqna mag\u0127luq u li ma nib\u017cg\u0127ux nitkellmu fuq it-twemmin tag\u0127na.\u00a0 Il-persekuzzjonijiet huma wkoll \u201cl-g\u0127aliex?\u201d fil-\u0127ajja tag\u0127na: g\u0127aliex qed ji\u0121ri hekk meta tant nipprova nag\u0127mel tajjeb? G\u0127aliex, g\u0127aliex&#8230;Dan huwa mezz biex iressaqna lejn il-qdusija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ner\u0121g\u0127u nag\u0127mlu riflessjoni fuq il-fra\u017ci \u201cmur bigh kollox\u201d\u00a0 Fil-prattika dan mhux possibli.\u00a0 Ma nistg\u0127ux nittraskuraw id-dmirijiet tag\u0127na lejn il-familja, imma nistg\u0127u naraw x&#8217;g\u0127andna b\u017conn tassew.\u00a0 Kul\u0127add g\u0127andu r-realta&#8217; tieg\u0127u. Irridu nag\u0127mlu g\u0127a\u017cliet u naraw x&#8217;nistg\u0127u innaqqsu.\u00a0 Jekk in\u0127arsu lejn il-Papa, g\u0127andna ezempju \u010bar ta&#8217; dan.\u00a0 Qed jospita familji refu\u0121jati fil-Vatikan, ju\u017ca karozza komuni, ipprovda showers u hairdressers g\u0127an-nies bla dar.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar tal-laqg\u0127a saret riferenza g\u0127as-Sinodu fuq il-Familja.\u00a0 B\u0127al issa l-membri qed jitqassmu fi gruppi skond il-lingwa.\u00a0 Qed juru biss opinjonijiet u x&#8217;jixtiequ li ji\u0121i diskuss.\u00a0 Malta hi rrappre\u017centata mill-Isqof Mario Grech.\u00a0 Qed jie\u0127du sehem 370 ru\u0127.\u00a0 270 minn dawn huma isqfijiet u l-o\u0127rajn awdituri, fosthom sorijiet u familji.\u00a0 Hemm rappre\u017centanti mill-Kattoli\u010bi Orjentali, u mill-Knejjes Ortodossi b\u0127ala osservaturi.\u00a0 Kien hemm min ried li t-titlu tas-Sinodu jkun \u201cIl-\u0126ajja ta\u017c-\u017bwie\u0121 lejn il-Familja\u201d, i\u017cda l-Papa ma xtaqx hekk g\u0127ax ried li jintla\u0127qu l-familji kollha.\u00a0 Il-Knisja trid tkun miftu\u0127a g\u0127al kul\u0127add.\u00a0 Alla ma jikkundannax u ma jag\u0127milx tabelli.\u00a0 Kul\u0127add hwa inklu\u017c.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar tal-laqg\u0127a nqrat kwotazzjoni ta\u2019 C.S.Lewis:<em><strong> \u201cTrue humility is not thinking less of yourself.\u00a0 It is thinking of yourself less\u201d<\/strong><\/em><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-Tmienja u G\u0127oxrin \u0126add tas-Sena Inqrat is-silta mill-Van\u0121elu ta&#8217; San Mark, Kapitlu 10, versi 17 \u2013 30, fejn l-evan\u0121elista jg\u0127idilna li mar fuq \u0120esu&#8217; wie\u0127ed jg\u0127a\u0121\u0121el, ni\u017cel g\u0127arkobbtejh quddiemu u <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4351,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[118,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4347"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4347"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4347\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4354,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4347\/revisions\/4354"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4351"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4347"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4347"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4347"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}