{"id":4362,"date":"2015-10-18T09:34:30","date_gmt":"2015-10-18T07:34:30","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4362"},"modified":"2015-10-18T09:41:08","modified_gmt":"2015-10-18T07:41:08","slug":"nkunu-qaddejja-prayer-cafe-16-tottubru-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/nkunu-qaddejja-prayer-cafe-16-tottubru-2015\/","title":{"rendered":"\u201cNkunu qaddejja\u201d \u2013 Prayer Caf\u00e8 \u2013 16 t\u2019Ottubru 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Fil-laqg\u0127a tas-16 t\u2019Ottubru ta\u2019 Prayer Caf\u00e9 trattajna l-van\u0121elu mid-disg\u0127a u g\u0127oxrin \u0126add ta\u2019 Matul s-sena B mehud mill-van\u0121elu ta\u2019 San Mark 10:35-45, van\u0121elu li jitratta kif min imexxi g\u0127andu jkun lest li jaqdi u jservi lil o\u0127rajn.Wara l-qari tal-van\u0121elu nqasmu diversi punti dwar it-tifsira ta\u2019 dan il-van\u0121elu. Dawn huma xi u\u0127ud minnhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Santu Wistin kien jg\u0127id <em>\u201c Alla li \u0127alqek ming\u0127ajr permess tieg\u0127ek irid l-g\u0127ajnuna tieg\u0127ek biex isalvak<\/em>\u201d. \u0126add ma talab biex jitwieled imma jekk rridu nsalvaw irridu nikkoperaw mal-messa\u0121\u0121 li tana l-Alla permezz Kristu. Qeg\u0127din ng\u0127ixu f\u2019so\u010bjeta fejn na\u0127sbu li huwa dritt ta\u2019 kull individwu li jag\u0127mel dak li jrid \u2013 pero jekk se nag\u0127mlu l-\u0127a\u017cin se n\u0127allsu g\u0127alih irridu jew le.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add nsibu: \u201c <em>min irid ikun kbir fostkom, g\u0127andu jkun qaddej tag\u0127kom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, g\u0127andu joqg\u0127od ilsir ta\u2019 kul\u0127add.\u201d<\/em> Paradoss fis-so\u010bjeta tal-llum. Kif nikmanda u nkun skjav? Skond il-van\u0121elu il-kap g\u0127andu biss dmir wie\u0127ed ..li jaqdi u jiffali\u010bita l-\u0127ajja ta\u2019 l-o\u0127rajn. A\u0127na lkoll skjavi- skjavi tad-dnub u \u0120ESU biex isalvana \u201c<em>sar skjav tal-iskjavi kollha<\/em>.\u201d Hu li ma kellu l-ebda \u0127tija kif jg\u0127idilna San Pawl. Dan jurina kif meta na\u0127sbu f\u2019\u0127addie\u0127or biss nistg\u0127u nsalvaw. Il-kontra li tg\u0127idilna s-so\u010bjeta moderna \u2013 l-ewwel jien, it-tieni jien, it-tielet jien u li jibqa\u2019 g\u0127alija ukoll. Kun\u010bett mxandar bil-mezzi tal-komunikazzjoni.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-en\u010biklika tieg\u0127u \u201cLaudato Si\u201d\u00a0 Papa Fran\u0121isku jissu\u0121\u0121erilna nibdlu l-istil ta\u2019 \u0127ajjitna biex in\u0127allu d-dinja a\u0127jar milli sibnieha g\u0127al dawk ta\u2019 warajna. Din hi sfida kbira fil-\u0127ajja ta\u2019 kuljum.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Knisja llum ma g\u0127adx g\u0127andha l-kollaborazzjoni tal-Istati. Qabel l-Istati ma kienux jaddu li\u0121ijiet kontra l-morali jew kontra l-li\u0121i tan-natura. Imma llum \u0127afna mill-politikanti jaddu l-li\u0121ijiet biex ja\u0127sbu g\u0127al rashom &#8230; ja\u0127sbu biex ma jitilfux il-poter u hekk nsibu li bl-iskuza tad-drittijiet tal-minoranzi dejjem jaddu li\u0121ijiet li jiddefendu l-minoranzi.\u00a0 A\u0127na wkoll b\u0127ala nsara kattoli\u010bi kif kien itenni Mons Pawlu Cremona u anke issa Mons Scicluna sirna minoranza. Allura a\u0127na ma g\u0127andniex drittijiet? Qeg\u0127din ng\u0127amlu \u0127ilitna biex ninstemg\u0127u? Kardinal Sarah, Afrikan u president tal-pontifi\u010bju tad-dutrina tal-fidi waqt is-Sinodu li g\u0127addej qal li b\u0127alma fis-seklu li g\u0127adda kien hemm il-faxxizmu issa er\u0121ajna g\u0127addejjin minn krizijiet o\u0127ra imma ta\u0127t forma o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127adna nuru li a\u0127na nsara f\u2019kwalunke sitwazzjoni? Kemm a\u0127na lesti li nsofru biex inwasslu lil Kristu lil o\u0127rajn?\u00a0 Papa Fran\u0121isku qieg\u0127ed jag\u0127mel \u0127iltu biex ji\u0121bed lura dawk li huma \u2018l barra mill-knisja. Anke Papa Benedittu XVI kien waqqaf grupp bl-isem \u201cIl-bit\u0127a tal-\u0120entili\u201d fejn kien jin\u0127oloq djalogu g\u0127al dawk li kienu j\u0127ossuhom fid-dubju fuq it-twemmin tag\u0127hom u li jkunu g\u0127adhom qed ifittxu l-verita.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qaddisa ta\u2019 \u017cmienna \u2013 Mother Theresa \u2013 kienet g\u0127addiet minn mumenti ta\u2019 tbatija ukoll. Kienu l-perseveranza ,l-konvinzjoni u d-determinazzjoni tag\u0127ha li wasluha biex tippersevera ssaqsi lil Isqof biex jag\u0127tiha permess twaqqaf is-so\u010bjeta tag\u0127ha. So\u010bjeta li tg\u0127in lil min hu fil-b\u017conn&#8230;ming\u0127ajr ,ma t\u0127ares la lejn kulur ,la lejn twemmin u lanqas politika.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-poter hija tentazzjoni g\u0127al kul\u0127add u x-xitan jattakana biex nag\u0127mlu kompromessi. A\u0127na nsara konvinti? Jew qisna l-Farizej &#8230;minn barra nidhru li qed nosservaw il-li\u0121i t\u2019Alla imma mbag\u0127ad nqabblu fejn jaqblilna? Il-poter g\u0127andu l-\u0127ila li jamina&#8230;jixtrina&#8230;Din hi l-\u0121lieda f\u2019\u0127ajjitna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-Van\u0121elu ta\u2019 San Mark naraw li \u0120esu j\u0127abbar g\u0127at-tielet darba l-passjoni tieg\u0127u.\u00a0 Id-dixxipli ma fehmuhx.\u00a0 anzi, ulied \u017bebedew u d-dixxipli l &#8211; o\u0127ra bdew ifittxu l-glorja.\u00a0 \u0120esu jurihom xi tfisser tmexxi.\u00a0 Tag\u0127mel sens biss jekk isservi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u0120akbu u \u0120wanni, ulied \u017bebedew, resqu lejh u qalulu: \u201cMg\u0127allem, dak li se nitolbuk <u>irriduk tag\u0127tihulna<\/u>.\u201d <\/em>It-talb tag\u0127na kif inhu arroganti b\u0127al ta\u2019 dawn i\u017c-\u017cew\u0121 dixxipli \u201c<em>irriduk tag\u0127tihulna<\/em>.\u201d ? Llum ukoll nsibu min jistenna Gratifikazjoni Immedjata. I\u017c-\u017cmien kif i\u0127ares lejh il-Mulej hu differenti minn kif in\u0127arsu lejh a\u0127na. Fil-ktieb ta\u2019 \u0120ob nsibu : \u201c <em>Nilqg\u0127u t-tajjeb minn g\u0127and Alla allura t-tbatija ma nilqg\u0127uhiex? <\/em>\u201d Fl-omelija tas-16 t\u2019Ottubru Papa Fran\u0121isku qal li t-talb hu l-qofol ta\u2019 kollox. Meta nitolbu importanti li nkunu miftuhin g\u0127al Ispirtu biex dan idawwalna u na\u010b\u010bettaw ir-rieda t\u2019Alla f\u2019\u0127ajjitna. We\u0127idna ma naslux.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-servizz li jitkellem fuqu Kristu huwa s-solidarjeta \u2013 solidarjeta mal-proxxmu \u2013 il-kmandamenti kollha jin\u0121abru f\u2019wie\u0127ed. \u201c<em>\u0126obb lil Alla u lil g\u0127ajrek b\u0127alek innifsek<\/em>.\u201d Irridu nkunu solidarji ma kul\u0127add u ma n\u0127arsux lejn l-u\u010buh jew twemmin. Biex naslu g\u0127al dan g\u0127andna b\u017conn tlett ingredjenti (i) Perseveranza (ii) Determinazzjoni (iii) Umilta (doza kbira ta\u2019 Umilta).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Quote:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ti\u017c\u017cewwi\u0121x persuna li tista\u2019 tg\u0127ix mag\u0127ha imma persuna li ma tistax tg\u0127ix ming\u0127ajrha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a nng\u0127alqet bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nistednuk u n\u0127e\u0121\u0121uk ting\u0127aqad mag\u0127na\u00a0 nhar il-\u0120img\u0127a 23 Ottubru g\u0127al laqg\u0127a o\u0127ra ta\u2019 Prayer Cafe biex nkomplu nikbru fil-fidi tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Fil-laqg\u0127a tas-16 t\u2019Ottubru ta\u2019 Prayer Caf\u00e9 trattajna l-van\u0121elu mid-disg\u0127a u g\u0127oxrin \u0126add ta\u2019 Matul s-sena B mehud mill-van\u0121elu ta\u2019 San Mark 10:35-45, van\u0121elu li jitratta kif min imexxi g\u0127andu jkun <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4366,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[118,204,100],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4362"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4362"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4362\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4364,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4362\/revisions\/4364"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4366"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4362"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4362"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4362"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}