{"id":4370,"date":"2015-10-24T10:06:37","date_gmt":"2015-10-24T08:06:37","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4370"},"modified":"2015-10-24T10:11:42","modified_gmt":"2015-10-24T08:11:42","slug":"fittagni-fidi-gratitudni-prayer-cafe-23-tottubru-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/fittagni-fidi-gratitudni-prayer-cafe-23-tottubru-2015\/","title":{"rendered":"Fitta\u0121ni &#8211; Fidi &#8211; Gratitudni \u2013 Prayer Caf\u00e8 \u2013 23 t\u2019Ottubru 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Evan\u0121elju ta\u2019 San Mark 10,46-52.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u0127alissa qeg\u0127din naqraw mill-evan\u0121elju ta\u2019 San Mark Kapitlu 10 fejn \u0120es\u00f9 flimkien mad-dixxipli tieg\u0127u qieg\u0127ed miexi lejn \u0120erusalemm. Fl-evan\u0121elju tal-lum tissemma l-belt ta\u2019 \u0120eriko. It-triq minn \u0120eriko g\u0127al \u0120erusalemm kienet prattikament de\u017cert tal-blat u d-distanza kienet li persuna b\u2019sa\u0127\u0127itha tie\u0127u xi tmien sig\u0127at biex timxiha. Mhux fa\u010bli g\u0127alhekk timma\u0121ina lil \u0120es\u00f9 g\u0127addej minn dan l-ambjent ostili jipprietka u jfejjaq. Fl-evan\u0121elju ta\u2019 San Mark dan huwa l-a\u0127\u0127ar miraklu qabel ma jid\u0127ol \u0120erusalemm; il-fejqan tal-g\u0127ama ta\u2019 \u0120eriko. Interessanti li fl-evan\u0121elju ta\u2019 San Mark biss insibu l-isem ta\u2019 dan l-g\u0127ama; kien jismu Bartimew.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 ma kienx qieg\u0127ed wa\u0127du fit-triq imma kien hemm kotra kbira ta\u2019 nies miexja, kul\u0127add miexi lejn \u0120erusalemm. Fost din il-kotra kbira ta\u2019 nies, anonimi; kien hemm wie\u0127ed tallab g\u0127ama jismu Bartimew. X\u2019kellu spe\u010bjali dan l-isem? Kellu isem u kien qieg\u0127ed mal-\u0121emb tat-triq. Meta\u00a0 sema\u2019 li kien \u0121ej \u0120es\u00f9 beda jg\u0127ajjat u jg\u0127id: \u201c\u0120es\u00f9 Bin David ikollok \u0127niena minni.\u201d Dan ir-ra\u0121el kien probabbli li sema\u2019 fuq \u0120es\u00f9. \u0126afna bdew isikktuh imma hu aktar beda jg\u0127ajjat sakemm \u0121ibed l-attenzjoni ta\u2019 \u0120es\u00f9. \u0120es\u00f9 waqaf u staqsieh xi jrid. Interessanti li kif \u0120es\u00f9 staqsieh xi jrid in-nies ta\u2019 madwaru ma baqg\u0127ux jg\u0127ajjtu mieg\u0127u imma bdew jg\u0127idulu biex jag\u0127mel il-qalb. Din ti\u0121ri kemm-il darba fil-\u0127ajja tag\u0127na meta pere\u017cempju ni\u0121\u0121udikaw lil xi \u0127add fuq l-ewwel impressjoni imbag\u0127ad wara kelma ta\u2019 xi \u0127add inbiddlu l-ideja tag\u0127na fuq dik il-persuna. \u0120es\u00f9 re\u0121a staqsieh xi jrid u wara li l-g\u0127ama qallu li jixtieq jer\u0121a jara. \u0120es\u00f9 qallu: \u201cMur, il-fidi tieg\u0127ek fejqitek.\u201d Interessanti li din il-persuna baqg\u0127et miexja wara \u0120es\u00f9.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nistg\u0127u naqsmu dan il-miraklu fi tliet stadji:<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>L-G\u0127ajta. Nistg\u0127u niddeskrivuha b\u0127ala fitta\u0121ni u wi\u010b\u010b tost g\u0127aliex l-g\u0127ama kien qieg\u0127ed jissikka lil \u0120es\u00f9 sabiex ifejqu. Per\u00f2 dan l-evan\u0121elju juri r-realt\u00e0 tag\u0127na llum g\u0127aliex juri t-talb tag\u0127na xi jfisser. It-talb ifisser dak kollu li a\u0127na nag\u0127mlu u ng\u0127idu. Dan l-g\u0127ama ried il-fejqan u nsista ma\u2019 \u0120es\u00f9 g\u0127al dan il-fejqan. Nistaqsu lilna nfusna: Jiena u inti kemm g\u0127andna \u0127in biex nitolbu? Triq idda\u0127\u0127alha it-talb b\u0127ala parti minn \u0127ajtek. Kemm qed nittratta \u0127in kuljum biex nitlob? Kul\u0127add jista\u2019 jsib \u0127in biex jitlob jew jaqra xi \u0127a\u0121a spiritwali. Ir-relazzjoni tal-g\u0127ajta tag\u0127na ma\u2019 \u0120es\u00f9 trid tinbena ftit ftit. Meta jkun hemm xi \u0127a\u0121a li \u0120es\u00f9 jkun jaf li mhix g\u0127all-\u0121id tieg\u0127u, huwa se jag\u0127tini anke sinjali g\u0127aliex mhux se jag\u0127tihieli. Il-problema hija n-nu\u010b\u010bali tal-fidi tag\u0127na. Xi kultant il-fidi tag\u0127na hija b\u0127al meta jittappan in-nu\u010b\u010bali tag\u0127na u ma nibqg\u0127u naraw xejn.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cIl-fidi tieg\u0127ek fejqitek.\u201d Din is-sentenza hija qawwija, il-fidi mhix fa\u010bli. Hemm b\u017conn li l-fidi nrawwmuha \u0121ewwa fina, anke meta ng\u0127addu minn \u017cminijiet li m\u2019g\u0127andix aptit nitlob. Tinsiex li meta tipprova tag\u0127mel xi \u0127a\u0121a tajba \u0127a ssib mill-ewwel xi \u0127add li jipprova jkissrek; mill-ewwel u bil-fatti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-folla ta\u2019 quddiem \u0120es\u00f9 kul\u0127add kellu l-b\u017connijiet, per\u00f2 kien wie\u0127ed li kellu l-kura\u0121\u0121 jg\u0127ajjat jg\u0127ajjat g\u0127all-g\u0127ajnuna. Kien jaf li hu xi \u0127add spe\u010bjali g\u0127aliex qallu Bin David, u anke sejja\u0127lu Rabbuni, mg\u0127allem. Irridu nifhmu li dan ir-ra\u0121el g\u0127amel il-pass importanti li staqsa lil \u0120es\u00f9. G\u0127andna l-kura\u0121\u0121 li niffittaw lil \u0120es\u00f9 f\u2019fidi? Bartimew kellu l-fidi li tg\u0127ajjat u ta\u0121ixxi. Ma rridux noqog\u0127du b\u2019idejna marbuta. \u0120es\u00f9 qieg\u0127ed hemm g\u0127alina imma a\u0127na rridu nag\u0127mlu l-parti tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nirriflettu wkoll li a\u0127na rridu wkoll ng\u0127inu lil min jitlobna l-g\u0127ajnuna jew naraw li g\u0127andhom b\u017conn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nitolbu wkoll lill-Mulej li jdawwarna b\u2019nies li jg\u0127inuna ninbidlu. Ma nistennewx li nbiddlu lil dawk ta\u2019 madwarna biex ji\u0121u jaqblu mag\u0127na imma mportanti wkoll li naraw kif nistg\u0127u ninbidlu a\u0127na sabiex aktar naqblu ma\u2019 dawk ta\u2019 madwarna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-fatt li dan ir-ra\u0121el talab l-g\u0127ajnuna turi wkoll l-umilt\u00e0 tieg\u0127u.<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Il-Fejqan. Min\u0127abba li \u0120es\u00f9 huwa mimli \u0127niena, huwa fejjqu. Meta dan ir-ra\u0121el ra li hemm il-grazzja lesta g\u0127alih, huwa ne\u0127\u0127a l-mantar minn fuqu u \u0121era lejn \u0120es\u00f9.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kull darba li nir\u010bievu l-Ewkaristija, a\u0127na qeg\u0127din nir\u010bievu lil \u0120es\u00f9 fina. Kemm g\u0127andna fidi f\u2019dan \u0120es\u00f9 li jkun pre\u017centi fina? Ejjew na\u0127sbu kemm l-Ewkaristija hija xi \u0127a\u0121a kbira. G\u0127aliex immorru l-quddiesa \u0121img\u0127a wara \u0121img\u0127a u nibqg\u0127u l-istess?<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Il-Gratitudni. Dan l-g\u0127ama imfejjaq beda jara u beda jimxi wara \u0120es\u00f9 fit-triq. Wara li fieq huwa rringrazzja lil \u0120es\u00f9 u baqa\u2019 miexi warajh. Irridu nkunu grati meta naqilg\u0127u xi \u0127a\u0121a li nkunu tlabna u anke meta naqilg\u0127u l-affarijiet tajba li forsi ma nkunux tlabna g\u0127alihom. Ejjew napprezzaw l-affarijiet li g\u0127andna li forsi ni\u0127duhom \u2018for granted\u2019 b\u0127ad-dawl elettriku, l-ilma, id-dar fejn noqog\u0127du, il-familja, il-karozza, l-iskola u l-edukazzjoni e\u010b\u010b.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tajjeb li nag\u0127mlu ma\u2019 \u0127addie\u0127or it-tajjeb li a\u0127na stess inkunu qlajna. B\u2019hekk inkunu qeg\u0127din in\u0127addmu l-fidi tag\u0127na; b\u2019affarijiet tan\u0121ibbli. Il-\u0121esti \u017cg\u0127ar tal-\u0127ajja tag\u0127na huma mera tal-\u0127ajja\u00a0 u l-fidi tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kwotazzjoni: \u0120es\u00f9 qatt ma ddejjaq li jkun mal-marid:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify; padding-left: 30px;\"><strong>&#8220;<em>A\u0127jar Knisja mwe\u0121\u0121a\u2019 u ma\u0127mu\u0121a g\u0127ax to\u0127ro\u0121 fit-toroq milli Knisja mag\u0127luqa.<\/em>&#8221; Papa Fran\u0121isku<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Evan\u0121elju ta\u2019 San Mark 10,46-52. B\u0127alissa qeg\u0127din naqraw mill-evan\u0121elju ta\u2019 San Mark Kapitlu 10 fejn \u0120es\u00f9 flimkien mad-dixxipli tieg\u0127u qieg\u0127ed miexi lejn \u0120erusalemm. Fl-evan\u0121elju tal-lum tissemma l-belt ta\u2019 \u0120eriko. It-triq <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4377,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[118,204],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4370"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4370"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4370\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4379,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4370\/revisions\/4379"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4377"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4370"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4370"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4370"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}