{"id":4404,"date":"2015-11-01T21:40:54","date_gmt":"2015-11-01T20:40:54","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4404"},"modified":"2015-11-01T21:41:36","modified_gmt":"2015-11-01T20:41:36","slug":"4404","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/4404\/","title":{"rendered":"Henjin? &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 30 t\u2019Ottubru 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Id-Diskors tal-Muntanja.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a bdiet b&#8217;talba u mbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu minn San Mattew, kapitlu 5, versi 1 \u2013 12 \u2013 il-Beatitudnijiet.\u00a0 Wara, kul\u0127add \u0121ie mistieden biex isemmi kelma jew fra\u017ci li tkun laqtitu mis-silta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-Van\u0121elu, imsejja\u0127 tal-Beatitudnijiet, jag\u0127mel parti mid-Diskors tal-Muntanja (Mattew kap 5 \u2013 7).\u00a0 Dan huwa l-magna karta ta&#8217; \u0120esu&#8217;, spe\u010bi ta&#8217; mission statement tieg\u0127u \u2013 x&#8217;kien ja\u0127seb, x&#8217;kellu f&#8217;qalbu, x&#8217;kienu l-prin\u010bipji tieg\u0127u.\u00a0\u00a0\u00a0 Prattikament huma l-linji gwida ta&#8217; dak kollu li jag\u0127mel bniedem nisrani.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu huwa Mose&#8217; il-\u0121did.\u00a0 Mose&#8217; tela&#8217; fuq il-muntanja u \u0121ab il-twavel tal-Li\u0121i, li l-Lhud kienu jsegwu b&#8217;reqqa kbira.\u00a0 \u0120esu&#8217;, fid-diskors tal-muntanja, jipperfezzjona u j\u0121edded il-Li\u0121i.\u00a0 Flok sensiela ta&#8217; li\u0121ijiet, dan id-diskors ji\u0121bor it-tag\u0127lim kollu ta&#8217; \u0120esu&#8217;.\u00a0 Huwa attitudni \u0121dida tan-nisrani.\u00a0 \u0120esu&#8217; qed jg\u0127idilna biex inkunu fer\u0127anin.\u00a0 Kull sentenza tibda bil-kelma \u201chenjin\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad \u0121iet irrakkuntata l-\u0121rajja ta&#8217; missjunarju li mar il-missjoni biex jifta\u0127 sptar.\u00a0 Meta bdew \u0121ejjin il-pazjenti, kien hemm tlieta li, meta \u0121ew f&#8217;kuntatt mal-missjunarju, idde\u010bidew li jitg\u0127ammdu.\u00a0 Xi \u0121img\u0127at wara, l-missjunarju mar fil-villa\u0121\u0121 ta&#8217; wie\u0127ed minnhom u sab li dan kien g\u0127adu jipprattika r-reli\u0121jon pagana.\u00a0 Meta staqsieh g\u0127aliex kien qed jag\u0127mel hekk, dan qallu li hu nisrani meta jkun l-isptar, imma fil-villa\u0121\u0121 jie\u0127u kontroll alla tag\u0127hom.\u00a0 Forsi a\u0127na \u0127afna drabi mhux hekk nag\u0127mlu?\u00a0 Qalbna marbuta wisq mal-postijiet.\u00a0 A\u0127na nsara meta mmorru l-quddies, meta nattendu g\u0127al-laqg\u0127at, imma mbag\u0127ad meta nkunu fuq ix-xog\u0127ol, fil-hajja mi\u017c\u017ceww\u0121a?\u00a0 Donnu l-\u0127ajja tag\u0127na nisranija maqsuma f&#8217;dawn il-\u0127afna kompartimenti.\u00a0 Dawn il-beatutnijiet jg\u0127inuna biex \u0127ajjitna ma tkunx hekk, imma jg\u0127aqqdu flimkien il-\u0127ajja tag\u0127na ta&#8217; kuljum mal-\u0127ajja spiritwali.\u00a0 Juruna kif ng\u0127ixu \u0127ajjitna, x&#8217;inhi l-kuntentizza vera.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara din l-introduzzjoni, re\u0121a&#8217; nqara il-Van\u0121elu u bdiet id-diskussjoni fuqu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201c\u0120esu&#8217; tala&#8217; fuq il-muntanja, qag\u0127ad bilqieg\u0127da, u resqu lejh id-dixxipli tieg\u0127u\u201d.\u00a0 \u0120esu&#8217; mar fil-bera\u0127, f&#8217;post pubbliku, biex juri li kul\u0127add kien mistieden.\u00a0 Wie\u0127ed kitteb Fran\u010bi\u017c, Gilbert Cesbron, qal hekk dwar dan it-tag\u0127lim ta&#8217; \u0120esu&#8217;:\u00a0 \u201cG\u0127alija dan huwa l-iktar kitba mportanti fl-istorja tal-umanita&#8217;.\u00a0 Huwa ndirizzat g\u0127all-bnedmin kollha, dawk li jemmnu u dawk li le, u wara g\u0127oxrin seklu huwa l-uniku dawl li jiddi f&#8217;tant dlamijiet ta&#8217; vjolenza, bi\u017ca&#8217; u solitudni li fih tinsab id-dinja min\u0127abba s-suppervja u l-egoi\u017cmu.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127al min irid jibda jaqra l-Bibbja, id-Diskors tal-Muntanja hu l-post idejali minn fejn jibda, g\u0127ax jitkellem dwar dak kollu li jag\u0127milna bnedmin.\u00a0 Dan id-diskors jg\u0127odd g\u0127al kul\u0127add.\u00a0 Kieku kul\u0127add i\u0127enn, i\u0121ib il-pa\u010bi, kieku d-dinja tkun ferm a\u0127jar milli hi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara bdiet diskussjoni fuq il-fra\u017ci \u201c\u0126enjin il-foqra fl-ispirtu\u201d. \u00a0A\u0127na mdorrijin li d-dar hija tieg\u0127i, dik il-bi\u010b\u010ba art hija tieg\u0127i, imma dawn il-foqra x&#8217;saltna g\u0127andhom?\u00a0 G\u0127andhom is-saltna t&#8217;Alla, li ti\u0121i meta a\u0127na ma nkunux marbutin ma&#8217; dak li g\u0127andna, mal-prin\u010bipji tag\u0127na, mas-suppervja u l-kburija.\u00a0 Ma rridux insiru allat tag\u0127na nfusna.\u00a0 Irridu nintelqu f&#8217;idejn Alla u s-Saltna ting\u0127atalna minn issa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201c\u0126enjin dawk li j\u0121ibu l-pa\u010bi\u201d\u00a0 Xi tfisser il-pa\u010bi nisranija?\u00a0 Hi dik li tibda minn dawk ta&#8217; madwarek.\u00a0 Id-differenza bejn pa\u010bi ta&#8217; \u017cew\u0121 pajji\u017ci li kienu fi gwerra u l-pa\u010bi nisranija hi li l-ewwel wa\u0127da hi pa\u010bi ta&#8217; konvenjenza, filwaqt li l-pa\u010bi nisranija hi dik tal-qalb.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad saret riflessjoni fuq post fejn hemm il-pa\u010bi \u2013 i\u010b-\u010bimiterju.\u00a0 Il-mejtin ma ji\u0121\u0121ieldux.\u00a0 Ma rridx inkun mejjet \u0127aj.\u00a0 G\u0127andna \u0127afna mudelli: Gandhi, il-papiet, il-martri.\u00a0 Dawn \u0121abu l-pa\u010bi g\u0127ax kienu \u0127ajjin.\u00a0 Jekk ma nifhmux xi tfisser il-pa\u010bi ta&#8217; Kristu ma nistg\u0127ux ni\u017cirg\u0127uha f&#8217;dawk ta&#8217; madwarna u f&#8217;kull mument ta&#8217; \u0127ajjitna \u2013 fid-divertiment, fil-familja, fuq ix-xog\u0127ol.\u00a0 Jekk mo\u0127\u0127ni biss biex intaqqtaq, nipponta sebg\u0127i, nikkritika, inkun mejjet \u0127aj.\u00a0 Il-pa\u010bi ma tfissirx li g\u0127alik xejn mhu xejn, li ma tifta\u0127x \u0127alqek, imma li titkellem permezz tal-g\u0127ajnuna tal-Ispirtu s-Santu li twettaq ir-rieda t&#8217;Alla f&#8217;kull minuta.\u00a0 Din hi l-veru pa\u010bi tal-qalb, minkejja d-diffikultajiet li jista&#8217; jkollok.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201c\u0126enjin intom li jippersegwitawkom\u201d\u00a0 F&#8217;dawn il-mumenti, min\u0127abba l-idejat tieg\u0127ek, \u0127addie\u0127or jista&#8217; jwaqqek g\u0127a\u010b-\u010bajt, g\u0127ax ma tu\u017cax \u010bertu kliem, g\u0127ax tpo\u0121\u0121i l-familja qabel il-flus, g\u0127ax g\u0127andek prin\u010bijpji nsara, g\u0127ax tie\u0127u x-xog\u0127ol bis-serjeta&#8217; u ma tiskartax, g\u0127ax tattendi laqg\u0127at, g\u0127ax toqg\u0127od attent x&#8217;tara fuq l-internet, g\u0127ax ta\u0127fer.\u00a0 F&#8217;dawn il-mumenti tkun ippersegwitat min\u0127abba l-prin\u010bijpji nsara.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127al min irid imaqdar, dawn il-Beatutnijiet jidher li fihom \u0127afna kontradizzjonijiet \u2013 kif tkun fqir u jkollok saltna, kif tkun bil-\u0121u\u0127 u mxabba&#8217;?\u00a0 Jaqrahom min jaqrahom, jekk dak li jkun jipprova jag\u0127milhom tieg\u0127u, xorta se j\u0127ossu kuntent, g\u0127ax jitkellmu fuq dak li jag\u0127mel persuna bniedem.\u00a0 Kieku d-dinja tkun perfetta!\u00a0 Jekk trid tg\u0127ix tajjeb u timxi fuqhom, ikollok il-kuntentizza vera.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na nitkellmu dwar min jippersegwitana, imma rridu noqog\u0127du attenti li ma nkunux a\u0127na li nippersegwitaw li \u0127addie\u0127or \u2013 meta ni\u0121\u0121udikaw, inqassqsu, nisirqu minn fuq ix-xog\u0127ol, nag\u0127tu e\u017cempju \u0127a\u017cin lit-tfal, innikktu bil-kliem vojt, in\u0127arrxu lil \u0127addie\u0127or b&#8217;g\u0127emilna, intellfu l-pa\u010bi, indafflu fellus f&#8217;ras dak li jkun.\u00a0 A\u0127na b\u0127ala nsara g\u0127andna responsabbilta&#8217; kbira.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Imbag\u0127ad issemma&#8217; il-\u0120ublew tal-\u0126niena.\u00a0 L-enfasi hi fuq il-\u0127niena li \u0121\u0121ib il-ma\u0127fra.\u00a0 Fil-parabbola tal-Iben il-\u0126ali, il-missier \u0127afer lill-ibnu li g\u0127amillu nsult pubbliku.\u00a0 Li titlob g\u0127al min g\u0127amillek id-deni mhix fa\u010bli.\u00a0 Imma hemm issib il-vera pa\u010bi tal-qalb.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">X&#8217;inhu dak li jag\u0127mel persuna \u0127ienja?\u00a0 Issemma&#8217; l-papa \u0120wanni Pawlu 1 \u2013 il-papa tat-tbissima.\u00a0 Dan qal \u201cIt-tama t&#8217;Alla tag\u0127ti s-serenita&#8217; tal-qalb g\u0127aliex il-pjan ikun dak ta&#8217; Alla g\u0127alina u mhux bil-kontra.\u201d\u00a0 Irridu nag\u0127mlu tag\u0127na dak li hu ta&#8217; \u0120esu&#8217;.\u00a0 Jekk nimxu fuq dan id-diskors tal-muntanja jkollna aktar \u0127e\u0121\u0121a biex nag\u0127mlu affarijiet li forsi wa\u0127edna ma nag\u0127mluhomx.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar saret riferenza g\u0127all-festa tal-qaddisin kollha u tal-erwie\u0127 li mxew fuq dawn il-linji gwida tal-beatutnijiet.\u00a0 Filwaqt li l-kmandamenti jg\u0127idulna x&#8217;mg\u0127andniex nag\u0127mlu, il-beatutdinijet jiggwidawna dwar x&#8217;g\u0127andna nag\u0127mlu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a ntemmet bil-kwotazzjoni ta&#8217; C.S. Lewis: <strong><em>\u201cThe stamp of the saint is that he can waive his own rights and obey the Lord Jesus.\u201d<\/em><\/strong><\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Id-Diskors tal-Muntanja. Il-laqg\u0127a bdiet b&#8217;talba u mbag\u0127ad inqara l-Van\u0121elu minn San Mattew, kapitlu 5, versi 1 \u2013 12 \u2013 il-Beatitudnijiet.\u00a0 Wara, kul\u0127add \u0121ie mistieden biex isemmi kelma jew fra\u017ci li <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4405,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[59,204,136],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4404"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4404"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4404\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4407,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4404\/revisions\/4407"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4405"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4404"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4404"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4404"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}