{"id":4516,"date":"2015-12-07T13:02:07","date_gmt":"2015-12-07T12:02:07","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4516"},"modified":"2015-12-07T13:55:55","modified_gmt":"2015-12-07T12:55:55","slug":"nehhu-n-nikket-prayer-cafe-4-ta-dicembru-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/nehhu-n-nikket-prayer-cafe-4-ta-dicembru-2015\/","title":{"rendered":"Niskru bil-Milied? &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 4 ta&#8217; Di\u010bembru 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>NE\u0126\u0126U N-NIKET \u2013 IT-TIENI \u0126ADD TAL-AVVENT \u2013 6 TA&#8217; DI\u010aEMBRU<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a bdiet bit-talba tal-Moviment, u mbag\u0127ad inqara l-van\u0121elu minn San Luqa, Kapitlu 3, versi 1 \u2013 6, li jitkellmu fuq \u0120wanni l-Battista: \u201cLe\u0127en ta&#8217; wie\u0127ed jg\u0127ajjat fid-de\u017cert&#8230;.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara saret introduzzjoni, u mbag\u0127ad infet\u0127et id-diskussjoni bil-mistoqsija: \u201cTa\u0127sbu li l-bidla li \u0121ab Gesu&#8217; qed isse\u0127\u0127 fi \u017cminijietna?\u201d\u00a0 G\u0127alkemm hemm min jg\u0127id li morna l-ba\u0127ar, pero&#8217; fil-fatt it-tajjeb g\u0127adu jse\u0127\u0127, imma ma jag\u0127milx \u0127oss b\u0127al \u0127a\u017cen. Il-qawwa t&#8217;Alla qeg\u0127da fuqna; il-fanati\u010bi\u017cmu fir-reli\u0121jonijiet minn dejjem kien je\u017cisti, imma l-bidla li \u0121ab Kristu g\u0127adha tin\u0127ass \u2013 mhux dejjem turi ru\u0127ha bl-istess mod, imma te\u017cisti u tibqa&#8217; sal-a\u0127\u0127ar ta\u017c-\u017cminijiet.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu&#8217; huwa dejjem mag\u0127na.\u00a0 Il-Milied g\u0127andu jkun is-sena kollha.\u00a0 Kieku taf x&#8217;bidla jkun hawn!\u00a0 G\u0127alkemm dan i\u017c-\u017cmien \u0121ie kkommer\u010bjalizzat, g\u0127andna nkunu a\u0127na li npo\u0121\u0121u l-\u0120esu&#8217; fl-ewwel post fil-Milied.\u00a0 M&#8217;g\u0127andniex naqtg\u0127u qalbna, inkunu fejn inkunu.\u00a0 Jista&#8217; jkun li jid\u0127qu bina, li jwaqquna g\u0127a\u017c-\u017cufjett.\u00a0 Ma rridux nib\u017cg\u0127u nuru t-twemmin tag\u0127na, ma noqog\u0127dux lura milli ng\u0127idu kelma tajba.\u00a0 Il-Mulej itina l-qawwa.\u00a0 A\u0127na, li verament konvinti, g\u0127andna b\u017conn li nintervjenu.\u00a0 Il-Mulej qed isejj\u0127ilna biex na\u0127dmu fl-g\u0127alqa Tieg\u0127u.\u00a0 Mhux bi\u017c\u017cejjed li nattendu l-laqghat u nikbru flimkien, imma rridu mmorru hemm barra u nwasslu l-Kelma t&#8217;Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu g\u0127andu jkun f&#8217;qalbna dejjem, imma forsi \u017cmien il-Milied irattbilna u jift\u0127ilna qalbna biex in\u0121ibu iktar g\u0127aqda u iktar qbil, biex b&#8217;hekk inkunu nsara ta&#8217; veru u iktar twajba ma&#8217; ta&#8217; madwarna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">Qalbi hi lesta g\u0127all-Milied?<\/div>Kieku nimxu fuq l-e\u017cempju tal-Papa Fran\u0121isku, na\u010b\u010bettaw lil kul\u0127add l-istess.\u00a0 L-ewwel mistoqsija li g\u0127andna nag\u0127mlu hi: \u201cXi jfisser il-Milied g\u0127alija? Dan il-Milied se jkun differenti mill-o\u0127rajn?\u201d\u00a0 Veru li nag\u0127mlu \u0127afna preparamenti, imma qalbi hi lesta g\u0127al dan il-Milied?\u00a0 \u0126a jkun hemm \u0120esu&#8217; fiha, jew \u0127a no\u0127ro\u0121 lil Bambin biex in\u017cejjen u ner\u0121a n\u017carmah wara li jg\u0127addu l-festi!\u00a0 X&#8217;inhu l-iktar importanti: it-ti\u017cjin, jew li \u0120esu&#8217; jitwieled \u0121o qalbna?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Milie<br \/>\nd irridu n\u0127ossuh tassew jekk a\u0127na nag\u0127mlu xi \u0127a\u0121a li tbiddel lilna u ta&#8217; madwarna.\u00a0 \u0120esu&#8217; mhux qieg\u0127ed hemm biex no\u0127or\u0121uh mill-kaxxa fil-Milied u ner\u0121g\u0127u nerfg\u0127uh fil-kaxxa wara l-Milied.\u00a0 Kieku ma nsibux fejn inkunu rfajna l-Bambin nie\u0127du xokk.\u00a0 Ji\u0121rilna hekk jekk ma nsibuhx f&#8217;\u0127ajjitna?\u00a0 U dan ng\u0127aqqduh ma&#8217; dak li qed ji\u0121ri fid-dinja b\u0127alissa.\u00a0 \u0126afna nies, b&#8217;solidarjeta&#8217; ma&#8217; dak li \u0121ara fi Franza, \u017cebg\u0127u il-profil tag\u0127hom fuq facebook bil-kuluri ta&#8217; dan il-pajji\u017c.\u00a0 Kieku kull darba li nag\u0127mlu dnub ni\u017cbg\u0127u il-profil tag\u0127na a\u0127mar, kieku kul\u0127add jispi\u010b\u010ba b&#8217;dan il-kulur, g\u0127ax xi ftit jew wisq kollha nonqsu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Milied i\u0121ib festi kbar fil-Litur\u0121ija ta&#8217; qabel u anke wara l-Milied \u2013 litur\u0121ija qawwija li tant inkunu \u201cfis-sakra tal-Milied\u201d li lanqas nifhmu is-sinifikat tag\u0127ha.\u00a0 \u0120esu&#8217; se jitwieled, imma xi jfisser it-twelid ta&#8217; \u0120esu&#8217;?\u00a0 Il-Litur\u0121ija tal-Knisja tag\u0127tina twe\u0121iba:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">il-Martirju ta&#8217; San Stiefnu (26 ta&#8217; Di\u010bembru), San \u0120wann il-Battista (27 ta&#8217; Di\u010bembru), l-Inno\u010benti (28 ta&#8217; Di\u010bembru).\u00a0 Kemm minna nikkommemoraw il-qtil tal-inno\u010benti?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" class=\"wp-image-2412 alignleft\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2013\/12\/ADVENT-WREATH-212x300.jpg\" alt=\"ADVENT WREATH\" width=\"156\" height=\"236\" \/>Ma nistg\u0127ux niltaqg\u0127u ma&#8217; Kristu u nibqg\u0127u fejn inkunu.\u00a0 Hu biss jista&#8217; j\u0121ib l-aqwa rivoluzzjoni fil-\u0127ajja tag\u0127na, ji\u0121ifieri dik li tista&#8217; tin\u017cel f&#8217;qalb il-bniedem biex tbiddlu mill-qieg\u0127.\u00a0 G\u0127alhekk a\u0127na g\u0127andna g\u0127a\u017cla: il-\u0127ajja fi Kristu, li twassalna g\u0127all-\u0127ajja ta&#8217; dejjem, jew il-mewt, li twassalna g\u0127at-telfien ta&#8217; dejjem.\u00a0 Ejjew mela nduru b&#8217;indiema lejn \u0120esu&#8217;, in\u0127alluh jibdilna u jsawwarna bl-Ispirtu qaddis Tieg\u0127u.\u00a0 Qeg\u0127din fl-Avvent, \u017cmien ta&#8217; t\u0127ejjija.\u00a0 Ejjew mela nag\u0127mlu de\u010bi\u017c\u017cjoni bis-serjeta&#8217; sabiex lil Kristu, u lil Kristu biss, in\u0127alluh ikun is-Sid ta&#8217; \u0127ajjitna, biex jibdilna u jqaddisna sakemm iwassalna g\u0127all-perfezzjoni.\u00a0 Ma n\u0127allux li dan il-Milied ikun b\u0127all-o\u0127rajn.\u00a0 Irid ikun Milied spe\u010bjali \u2013 Milied ta&#8217; bidla, ta&#8217; twelid mill-\u0121did g\u0127al \u0127ajja a\u0127jar fi Kristu \u0120esu&#8217;.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><div class=\"creativ-shortcode creativ-shortcode-pullright creativ-shortcode-pullright-colour-red\">\u201cForgiveness is the final form of love\u201d.          Karl Paul Reinhold Niebuhr <\/div>L-g\u0127eluq sar bil-kliem ta&#8217; San Pawl lill-Efesin: \u201cNitolbu lill-Ispirtu s-Santu sabiex ifejjaqna mid-dnub u jdawwalna u jsa\u0127\u0127a\u0127na biex ng\u0127ixu b\u0127ala wlied id-dawl\u201d &#8211; b&#8217;kull ma hu tajjeb, b&#8217;kull ma hu \u0121ustizzja, b&#8217;kull ma hu veru.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127qa g\u0127alqet b&#8217;dan il-\u0127sieb: San \u0120wann kien jg\u0127ammed.\u00a0 Il-mag\u0127mudija hi att ta&#8217; ma\u0127fra.\u00a0It-teologu Amerikan Karl Paul Reinhold Niebuhr kien qal hekk fuq il-ma\u0127fra: \u201cForgiveness is the final form of love\u201d.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>NE\u0126\u0126U N-NIKET \u2013 IT-TIENI \u0126ADD TAL-AVVENT \u2013 6 TA&#8217; DI\u010aEMBRU Il-laqg\u0127a bdiet bit-talba tal-Moviment, u mbag\u0127ad inqara l-van\u0121elu minn San Luqa, Kapitlu 3, versi 1 \u2013 6, li jitkellmu fuq <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4523,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[133,59,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4516"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4516"}],"version-history":[{"count":8,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4516\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4529,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4516\/revisions\/4529"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4523"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4516"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4516"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4516"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}