{"id":4532,"date":"2015-12-15T23:58:59","date_gmt":"2015-12-15T22:58:59","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4532"},"modified":"2015-12-15T23:59:55","modified_gmt":"2015-12-15T22:59:55","slug":"inkunu-xhieda-bumilta-prayer-cafe-11-ta-dicembru-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/inkunu-xhieda-bumilta-prayer-cafe-11-ta-dicembru-2015\/","title":{"rendered":"Inkunu Xhieda b&#8217;Umilta&#8217; &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 11 ta\u2019 Di\u010bembru 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">L-laqg\u0127a Prayer Cafe,bdiet bit-talba tal-Moviment u wara sar introduzzjoni fuq it-Tielet \u0126add tal-Avvent. Il-\u0126add li jirraprezenta l-Fer\u0127.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Avvent b\u0127al Randan hu \u017cmien ta\u2019 penitenza. Wie\u0127ed hu mistenni li jag\u0127mel sagrifi\u010b\u010bji biex imbag\u0127ad inkunu nistg\u0127u nesperjenzaw il-Milied jew il-Qawmien ta\u2019 Kristu mill-mewt (skond i\u017c-\u017cmien) . Fl-avvent \u017cmien parties, drinks u ikliet l-penitenza donna saret issir b\u2019g\u0127oti ta\u2019 karita. B\u0127ala nsara mistennija li nag\u0127tu\u00a0 ming\u0127ajr ma n\u0127allu l-id ix-xellugi tkun taf x\u2019inhi tag\u0127mel il-leminija. Ji\u0121ifieri nag\u0127tu ming\u0127ajr daqq tat-trombi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qabel beda l-Avvent sal-Festa ta\u2019 Kristu Re,\u00a0 il-van\u0121eli kellhom messa\u0121\u0121 kemmxejn tal-bi\u017ca\u2019 ..l-ib\u0127ra jqumu&#8230;ji\u0121i u jsibu rieqed..imma f\u2019dan il-\u0126add il-van\u0121elu jg\u0127idilna biex ma nib\u017cg\u0127ux g\u0127ax wara dan kollu \u0121ej il-MESSIJA.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-litur\u0121ija ta\u2019 nhar il-\u0126add tag\u0127tina \u0127afna kura\u0121\u0121. Qisha simbolu tal-\u0127ajja tag\u0127na. Meta nkunu g\u0127addejin minn \u017cminijiet koroh, li kull\u0127add jaddi minnhom, f\u2019qalbek tibda tg\u0127id tib\u017cax dan g\u0127ad jaddi u anke min jibda jiprova jag\u0127tik kura\u0121\u0121 jg\u0127idlek \u2018 Kura\u0121\u0121 issa jaddi qed nitlob g\u0127alik.\u2019<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn inqara l-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ie mehud minn Luqa 3:10-18<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-qari ta\u2019 l-Ewwel Lezzjoni u S-Salm ta\u2019 nhar il-\u0126add huma qari ta\u2019 Fer\u0127 . Anke l-qassis f\u2019dan il-\u0126add jilbes ilbies roza sinjal ta\u2019 Fer\u0127.\u00a0\u00a0 Fl-ewwel lezzjoni nsibu: \u201c<em>infexx fil-hena u ifra\u0127 b\u2019qalbek kollha&#8230;min\u0127abba fik jithenna b\u2019hena kbir..fi m\u0127abbtu j\u0121eddek, jinfexx min\u0127abba fik f\u2019ag\u0127jat ta\u2019 fer\u0127,b\u0127allikieku f\u2019jum ta\u2019 festa<\/em>.\u201d \u201c<em>Aqbe\u017c bil-fer\u0127, g\u0127anni&#8230;g\u0127ax kbir hu f\u2019nofsok il-Qaddis ta\u2019 Israel<\/em>.\u201d Nsibu fis-salm. Fit-tieni lezzjoni mbag\u0127ad San Pawl jistieden lil insara Filippini biex \u201c<em>Ifir\u0127u dejjem fil-Mulej<\/em>..\u201d Il-van\u0121elu mbag\u0127ad huwa aktar fuq nota kwieta g\u0127alkemm it-tema tibqa\u2019 wa\u0127da ta\u2019 fer\u0127 u ta\u2019 stennija \u0127erqana g\u0127al mi\u0121ja tal-messija. \u201c<em>Il-poplu kien qieg\u0127ed jistenna<\/em> ..\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Lil \u0120wanni nsibuh b\u0127ala l-prekursur \u2013 dak li \u0121ie qabel \u0120es\u00f9. Il-van\u0121elu maqsum fi tliet partijiet. In-nies kienu jsegwu xi jg\u0127id \u0120wanni b\u2019interess, hu kellu \u0127afna dixxipli warajh \u2013 staqsewh \u201cX\u2019g\u0127andna nag\u0127mlu?\u201d Nsibu tliet tipi ta\u2019 nies: il-folla \u0121enerali: lil dawn \u0120wanni qalilhom biex jaqsmu dak li g\u0127andhom mal-o\u0127rajn. U dawn xi 2 ilbiesi kien ikollhom mhux gwardarobba mimlija b\u0127al \u0127afna minna llum! Mbag\u0127ad kien hemm ukoll il-pubblikani li kienu ji\u0121bru t-taxxi mill-poplu biex jg\u0127adduhom lil <em>\u0127akkiema<\/em> tal-poplu, ir-Rumani. Lil dawn \u0120wanni qalilhom biex ma jissikkaw lil \u0127add b\u2019taxxi \u017cejda. Kien hemm ukoll suldati jisimg\u0127uh u lil dawn \u0120wanni \u0127e\u0121\u0121i\u0121hom biex jikkuntentaw bil-paga tag\u0127hom u ma jisirqu lil \u0127add b\u2019theddid.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan kollu jg\u0127odd g\u0127alina lkoll llum, g\u0127andna lkoll nag\u0127tu minn dak li g\u0127andna, u nkunu kuntenti bil-pagi li g\u0127andna. B\u0127ala nsara g\u0127andna nkunu ta\u2019 e\u017cempju g\u0127all-o\u0127rajn billi \u0127ina nag\u0127tuh kollu fuq ix-xog\u0127ol u mhux niskartaw jew nitilqu qabel il-\u0127in. G\u0127andna n\u0127allu lil \u0127addie\u0127or jg\u0127addi \u0127inu fuq il-post tax-xog\u0127ol trankwill u mhux nag\u0127mlu l-\u0127ajja tal-o\u0127rajn infern.\u00a0 Dawn huma l-affarijiet li <strong>jag\u0127tu xhieda li a\u0127na nsara<\/strong>.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019dan il-Van\u0121elu naraw ukoll l-umilt\u00e0 ta\u2019 \u0120wanni l-Battista. G\u0127alkemm kellu \u0127afna nies segwa\u010bi tieg\u0127u ma \u0127alliex li dan jitla\u2019 g\u0127al rasu. Meta kien ji\u0121i mistoqsi jekk hux hu l-mistenni Messija. Hu kien jg\u0127idilhom li lanqas jist\u0127oqqlu jkun is-serv tieg\u0127u. \u201c ..jien ma jist\u0127oqqlix in\u0127oll il-qfieli tal-qorq tieg\u0127u..\u201d Dak i\u017c-\u017cmien kellhom uzanza li meta ji\u0121i mistieden id-dar il-qaddejja kienu ja\u0127slulu saqajh. Din it-tip ta\u2019 umilta rajnieha ukoll fil-Madonna mat-t\u0127abbira tal-An\u0121lu li kellha tkun Omm Alla ma \u0127assithiex superjuri i\u017cda wie\u0121bet \u2018Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej&#8230;\u2019 Huwa importanti li <strong>na\u0127dmu b\u2019umilt\u00e0<\/strong>.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ir-rwol tag\u0127na llum mhuwiex differenti minn ta\u2019 \u0120wanni l-Battista. A\u0127na l-insara; sew jekk laj\u010bi, sew jekk reli\u0121juzi importanti li nkunu l-prekursuri ta\u2019 \u0120ES\u00d9. Importanti li nressqu n-nies lejn \u0120es\u00f9 u l-konver\u017cjoni fil-\u0127ajja tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-sena tal-\u0120ublew tal-\u0126niena bdiet fit-8 ta\u2019 Di\u010bembru 2015, solennit\u00e0 tal-Immakulata Kun\u010bizzjoni. Din se tkun sena tal-Grazzja u tal-Ma\u0127fra. Fl-antik, il-Poplu Lhudi kien ji\u010b\u010belebra s-Sena tal-\u0120ublew kull 50 sena. Skont il-Levitiku l-iskjavi u l-pri\u0121unieri kienu ji\u0121u me\u0127lusa, id-djun ma\u0127fura u l-\u0127niena ta\u2019 Alla tkun murija b\u2019mod spe\u010bjali. [Levitiku 25:8-23]\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>[Lev:25:8] \u201cMbag\u0127ad tg\u0127odd seba&#8217; \u0121img\u0127at ta&#8217; snin, seba&#8217; snin g\u0127al seba&#8217; darbiet, li j\u0121ibu disg\u0127a u erbg\u0127in sena. [Lev:25:9] U ddoqq it-tromba fl-g\u0127axra tas-seba&#8217; xahar, f&#8217;jum l-espjazzjoni, u ssemmg\u0127u t-trombi ma&#8217; artkom kollha. [Lev:25:10] Tqaddsu intom il-\u0127amsin sena u tniedu\u00a0 l-\u0127elsien fl-art lil kull min jg\u0127ammar fiha. Tkun is-sena tal-\u0121ublew g\u0127alikom: kull wie\u0127ed jer\u0121a&#8217; g\u0127al li kellu u g\u0127al ma&#8217; niesu.[Lev:25:11] Tkun g\u0127alikom il-\u0127amsin sena, is-sena tal-\u0121ublew; la ti\u017cirg\u0127u u lanqas ta\u0127sdu milli tnibbet l-art, u anqas ti\u0121bru l-g\u0127eneb mid-dwieli bla \u017cbir. [Lev:25:12] G\u0127ax hu \u017cmien il-\u0121ublew, \u017cmien li g\u0127andkom tqaddsu, u tieklu mir-raba&#8217; dak li trodd l-art.<\/em><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Is-Sena tal-\u0120ublew\u00a0 tikkonsisti f\u2019ma\u0127fra \u0121enerali, indul\u0121enza miftu\u0127a g\u0127al kul\u0127add, u l-possibilt\u00e0 ta\u2019 ti\u0121did tar-rapport tan-nisrani ma\u2019 Alla u mal-proxxmu.\u00a0 G\u0127alhekk is-Sena tal-\u0120ublew trid tkun opportunit\u00e0 ta\u2019 approfondiment tal-fidi u biex il-\u0127ajja nisranija tkun mg\u0127ejxa b\u2019aktar xhieda awtentika.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ir-rit tal-bidu tas-Sena tal-\u0120ublew ikun jikkonsisti fil-ftu\u0127 tal-Porta Santa li fi snin o\u0127ra dan jin\u017camm dejjem mag\u0127luq.\u00a0 Dan ir-rit jissimbolizza li matul din is-Sena tal-\u0120ublew, l-insara qed ikunu mog\u0127tija passa\u0121\u0121 ie\u0127or straordinarju fil-mixja spiritwali tag\u0127hom. F\u2019 Malta l-\u0126amis 10 ta\u2019 Di\u010bembru nfeta\u0127 Bieb il-\u0126abs minn Mons Grech u qal: Jalla din is-sena tkun is-sena ta\u2019 konver\u017cjoni .<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127alina li a\u0127na nsara parte\u010bipanti, rridu nag\u0127mlu din il-mixja ta\u2019 konver\u017cjoni kuljum u importanti li nag\u0127mluha bil-fer\u0127. Irridu nkunu pozitivi. Li timxi wara l-kmandamenti mhijiex fa\u010bli, anke li nsegwu b\u2019mod regolari r-regolamenti tag\u0127na b\u2019konsistenza &#8230;naqraw il-Kelma t\u2019Alla kuljum, mmorru l-quddiesa kull nhar ta\u2019 \u0126add u jekk possibli anke mal-\u0121img\u0127a, li nersqu b\u2019mod regolari lejn is-sagrament tal-qrar. Xi kultant ng\u0127addu minn konflitti fina nfusna spe\u010bjalment jekk nkunu qeg\u0127din nag\u0127mlu \u0127ilitna biex insegwu r-regolamenti kollha u l-\u0127ajja ttik bil-\u0127arta \u2013 hija \u0127a\u0121a naturali li nistaqsu imma \u2018G\u0127aliex jien?\u2019 Dan ma g\u0127andux jaqtag\u0127lna qalbna. Meta l-kuxjenza tag\u0127na hi safja \u2013 fina nsibu \u010berta pa\u010bi.\u00a0 Ma nistg\u0127ux nikkonvertu lil \u0127addie\u0127or jekk a\u0127na nfusna m\u2019a\u0127niex konvertiti.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ejjew inkunu \u0121enituri li ntellg\u0127u lil uliedna bi spirtu Kristjan. Familja Kristjana hi familja fer\u0127ana. Id-dar issir post fejn kull membru jkollu seba\u2019 mitt sena biex jer\u0121a\u2019 jirritorna fiha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-g\u0127alliema wkoll huma b\u0127al \u0120wanni l-Battista. G\u0127alliema Kristjana jridu jkunu konxji mill-azzjonijiet tag\u0127hom f\u2019kull mument quddiem l-istudenti, hu x\u2019inhu s-su\u0121\u0121ett li qeg\u0127din jg\u0127allmu. Student jista\u2019 lanqas biss ju\u017ca l-materjal li tg\u0127allem fis-su\u0121\u0121ett li studja i\u017cda l-personalit\u00e0 tal-g\u0127alliem\/a tieg\u0127u jibqa\u2019 jiftakarha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mela hu x\u2019inhu rwol tag\u0127na fil-\u0127ajja, l-aktar mod effettiv kif ng\u0127addu lil Kristu lil o\u0127rajn hu bl-ezempju ta\u2019 \u0127ajjitna. B\u0127al \u0120wanni l-Battista xg\u0127olna hu li nressqu n-nies lejn \u0120es\u00f9 mbag\u0127ad n\u0127allu Lilu jag\u0127mel xg\u0127olu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-istess \u0127in, \u0120es\u00f9 g\u0127andu b\u017conn il-koperazzjoni tag\u0127na, Hu ja\u0127dem bil-mezz ta\u2019 kull \u0121enitur, g\u0127alliem u dawk kollha li g\u0127andhom sej\u0127a biex jifformaw in-nies. Pietru u Indri kienu dixxipli ta\u2019 \u0120wanni l-Battista sakemm iltaqg\u0127u ma \u0120es\u00f9 u marru warajh. Imbag\u0127ad kienu huma li ressqu nies o\u0127ra biex isiru jafu u jesperjenzaw lil \u0120es\u00f9. Dan hu l-disinn u t-tifsira tal-evan\u0121elizzazzjoni, li twassal il-van\u0121elu lill-o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a tkompliet bi kwotazzjoni tal-qaddisa Mother Theresa: \u201c Meta persuna fqira tmut bil-\u0121u\u0127, dan ma jkunx se\u0127\u0127 g\u0127ax Alla ma jimpurtahx minnu jew minnha. Se\u0127\u0127 g\u0127aliex la inti u lanqas jien ma ridna nag\u0127tu lil dik il-persuna dak li kellha b\u017conn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Inti u jien, a\u0127na l-knisja le? A\u0127na rridu naqsmu\u00a0 dak li g\u0127andna ma l-poplu tag\u0127na. It-tbatija tg\u0127ezisti llum g\u0127aliex in-nies flok jag\u0127tu u jaqsmu dak li g\u0127andhom, qeg\u0127din ja\u0127\u017cnu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 g\u0127amilha \u010bara \u0127afna. \u201cDak kollu li tag\u0127mel mal-i\u010bken minn \u0127uti, qieg\u0127ed tag\u0127mlu mieg\u0127i.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ag\u0127ti tazza ilma, tkun qieg\u0127ed tag\u0127tiha lili. A\u010b\u010betta tifel \u010bkejken, u tkun qed tir\u010bievi lili.\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar g\u0127alaqna l-laqg\u0127a bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nistiednek lilek li qrajt dan il-blog ting\u0127aqad mag\u0127na nhar il-\u0121img\u0127a 18 ta\u2019 Di\u010bembru tie\u0127u kikkra kafe mag\u0127na u taqsam mag\u0127na l-Kelma tal-Mulej.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-laqg\u0127a Prayer Cafe,bdiet bit-talba tal-Moviment u wara sar introduzzjoni fuq it-Tielet \u0126add tal-Avvent. Il-\u0126add li jirraprezenta l-Fer\u0127. L-Avvent b\u0127al Randan hu \u017cmien ta\u2019 penitenza. Wie\u0127ed hu mistenni li jag\u0127mel sagrifi\u010b\u010bji <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4535,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[133,59,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4532"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4532"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4532\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4536,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4532\/revisions\/4536"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4535"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4532"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4532"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4532"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}