{"id":4592,"date":"2016-02-02T13:40:22","date_gmt":"2016-02-02T12:40:22","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4592"},"modified":"2016-02-02T13:48:20","modified_gmt":"2016-02-02T12:48:20","slug":"jehtieg-izda-li-nahbtu-ma-gzira-prayer-cafe-29-ta-jannar-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/jehtieg-izda-li-nahbtu-ma-gzira-prayer-cafe-29-ta-jannar-2016\/","title":{"rendered":"\u201cJe\u0127tie\u0121 i\u017cda li na\u0127btu ma\u2019 g\u017cira.\u201d &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 29 ta\u2019 Jannar 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019 Prayer Caf\u00e9 nhar id-29 ta\u2019 Jannar tkellimna \u00a0dwar il-Qari tal-\u0126add 31 ta\u2019 Jannar, f\u2019Malta biss se jitratta fuq dwar in-Nawfra\u0121ju ta\u2019 San Pawl. \u0120urnata g\u0127a\u017ci\u017ca g\u0127alina l-Maltin b\u2019mod spe\u010bjali g\u0127ax kienet il-bidu tal-fidwa tag\u0127na lejn il-fidi nisranija. Huwa privile\u0121\u0121 li isem ta\u010b-\u010bkejken pajji\u017cna jissemma fi ktieb daqshekk Kbir! Ma nafx intom imma jien jaqbadni xewk xewk nisma lil isem pajjizi jissemma f\u2019dan il-pasa\u0121\u0121. L-aktar tkun f\u2019xi pajji\u017c barrani jkollok aptit tqum tg\u0127ajjat \u2018 Oi jien Malti! \u2019<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara li lkoll \u0127adna kikkra kafe, n\u0121barna billi g\u0127idna t-Talba tal-Moviment u nqara\u00a0 l\u2013pasa\u0121\u0121 tat-tieni qari mehud mill-Atti 27:16-28,6 passa\u0121\u0121 pjutost twil li juri kif il-poplu Malti qaleb g\u0127ar-reli\u0121jon Nisranija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dawn li \u0121ejjin huma xi punti li ssemmew dwar x\u2019laqatna f\u2019dan il-passa\u0121\u0121. Ssemma li kif meta l-lifg\u0127a gidmet id Pawlu u dan ma \u0121ralu xejn naraw li l-Maltin ndunaw li kien hemm xi \u0127a\u0121a sopranaturali f\u2019Pawlu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fuq il-\u0121ifen Pawlu ma kienx imdawwar b\u2019insara, anzi b\u2019suldati Rumani u pri\u0121unieri o\u0127ra. Imma hu bla ebda bi\u017ca\u2019 xorta qasam it-twemmin tieg\u0127u mag\u0127hom: \u201c..dal-lejl deherli\u00a0 An\u0121lu ta\u2019 dak Alla li tieg\u0127u jien u li lilu nqim, u qalli, \u2018Tib\u017cax, Pawlu&#8230;..Alla tak il-\u0127ajja ta\u2019 dawk kollha li qeg\u0127din jivja\u0121\u0121aw mieg\u0127ek. ..\u201d\u00a0 U huma f\u2019sitwazzjoni ta\u2019 ba\u0127ar u mewt <strong>semg\u0127uh, emmnuh. <\/strong>Setg\u0127u qabduh u tefg\u0127uh il-ba\u0127ar dak il-\u0127in imma emmnuh. Mhux \u00a0hekk biss imma hu \u201cqabad il-\u0127ob\u017c, radd il-\u0127ajr \u2018l Alla quddiem kul\u0127add qasam u beda jiekol.\u201d \u00a0F\u2019dak l-abissi li kienu fih San Pawl jaddi l-messa\u0121\u0121 tieg\u0127u u jikkonforthom bih! Tant emmnuh li meta nduna li xi ba\u0127rin kienu qed jipprovaw ja\u0127arbu mill-\u0121ifen qatg\u0127u l-ktajjen u \u0127allew d-dg\u0127ajsa titlaq g\u0127al ri\u0127a. Pawlu li hu marbut mar-rieda t\u2019Alla \u2013 jorbot it-tama t\u2019Alla fih u jaddiha lil o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Niesu stess li kienu jafu min hu Alla ma emmnuhx lil Pawlu u kemm il-darba riedu ja\u0127tfuh &#8230;imma f\u2019dan il-passa\u0121\u0121 naraw kif kemm il-\u0121entili ta\u2019 fuq il-\u0121ifen u l-barbari\u00a0 li laqg\u0127uh fuq l-art emmnuh.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">U <strong>llum <\/strong>qeg\u0127din na\u010b\u010bettawh l-messa\u0121\u0121 ta\u2019 \u0120esu?\u00a0 Bil-paroli u r-reli\u0121jo\u017cita ng\u0127idu iva kieku \u2013 mmorru l-quddies , quddiesa nhar ta\u2019 \u0126add ma nitilfuhiex, nqerru, nitqarbnu, <strong>imma <\/strong>x\u2019\u0127in ni\u0121u biex niddiskutu l-emigranti llegali? X\u2019TA\u0126SBU? Nibdew nqasqsu hemm? Kieku \u0121ie San Pawl llum \u2013 konna nilqg\u0127uh jew ner\u0121g\u0127u nibg\u0127atuh lura minn fejn \u0121ie! Il-Maltin ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien mhux li ma a\u010b\u010betawhomx imma nsibu \u201cLaqg\u0127una tajjeb&#8230;qabdulna \u0127u\u0121\u0121ie\u0121a&#8230;\u201d. Sa ftit \u017cmien ilu konna nifta\u0127ru bihom dawn il-frazijiet. Imma llum g\u0127adna poplu ospitabli? Jew ospitabli g\u0127al \u0121in\u0121lin biss jew g\u0127al dawk li j\u0121ibulna l-flus f\u2019pajji\u017cna? L-o\u0127rajn le, le g\u0127ax huma ta\u2019 pi\u017c fuqna u sa\u0127ansitra ssib lil min ju\u017ca r-reli\u0121jon \u00a0bi skuza biex nibg\u0127atuhom lura g\u0127ax inkella dawn se jkaxkruna!! U l-Papa Fran\u0121isku jipriedka l-\u0127niena mal-foqra!!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Lura g\u0127al passa\u0121\u0121. Nsibu l-frazi \u201c.kien ilhom erbatax-il \u0121urnata sajmien &#8230; tlifna kull tama li nsalvaw&#8230;\u201d min jaf f\u2019liema stat fi\u017ciku kienu! Pero nsibu li San Pawl qalilhom \u201clanqas xag\u0127ara wa\u0127da mhi se tintilef.\u201d X\u2019konvinzjoni ! Xi twemmin dak! L-erbatax-il \u0121urnata tfakkarna fl-erbatax- il jum li l-poplu Lhudi g\u0127amel qabel l-mog\u0127dija tal-An\u0121lu. U dawn l-erbatax-il \u0121urnata mhumiex il-mog\u0127dija ta\u2019 Malta? F\u2019San Luqa 12:7 nsibu \u201c U intom, sa x-xag\u0127ar ta\u2019 raskom, kollu mag\u0127dud..\u201d Xi sbu\u0127ija din il-Kelma t\u2019Alla! Kif jag\u0127qad kollox flimkien.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Problema li jista\u2019 jkollna f\u2019dan it-test hu li nintilfu fir-romanti\u010bi\u017cmu tieg\u0127u&#8230; Ara Malta!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-ba\u0127ar fil-kuntest bibliku \u0127afna drabi g\u0127andu kuntest negattiv jew denomiku. Din it-tempesta u dan il-\u0121ifen g\u0127addej minn fuq it-tempesta nistg\u0127u nqabbluh mal-\u0127a\u017cen li jrid jibla\u2019 kollox . Mat-taqbid li niltaqg\u0127u mieg\u0127u fil-\u0127ajja ta\u2019 kuljum. \u201cWara li xebg\u0127u ,bdew i\u0127effu l-\u0121ifen u jwaddbu l-qam\u0127 il-ba\u0127ar.\u201d Bl-iskop biex isalvaw l-\u0121ifen. (Ma kienx xi \u0121ifen ckejken, kellu \u201cmitejn u sitta u sebg\u0127in\u201d persuna fuqu.) Kultant a\u0127na wkoll jkollna narmu din it-tag\u0127bija tag\u0127na biex insalvaw. Tkun iebsa..de\u010bizzjoni iebsa, biex tarmija imma ne\u010besarja jekk trid isalva. Nog\u0127qodu attenti ma nintrabtux mal-valur materjali u ng\u0127erqu bih b\u2019kollox.G\u0127ax imbag\u0127ad jintilef dak li g\u0127ereq u a\u0127na mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">San Pawl \u0127eles mill-g\u0127arqa &#8230; l-missjoni tieg\u0127u kienet g\u0127adha ma spi\u010b\u010batx. Il-konverzjoni tag\u0127na wa\u0127da minnhom. Il-kapa\u010bita t\u2019Alla li jo\u0127loq il-grazzja mid-disgrazzja. Kemm hi kbira l-providenza t\u2019Alla. Fl-ewwel qari mill-ktieb tal-G\u0127erf 14:3 nsibu \u201c O Missier, bil-provvidenza tieg\u0127ek inti tmexxih(il-bniedem). \u201d Provvidenza divina fil-kuntest bibliku \u0127afna drabi meqjusa b\u0127ala l-\u0127a\u0121a li fuq kollox hemm Alla u jekk Alla jrid jag\u0127mel l-\u0121id b\u2019xi \u0127a\u0121a lanqas erbatax-il \u0121urnata ta\u2019 ba\u0127ar jibla\u2019 l-art mhu se jwaqqfu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ir-Reb\u0127a ta\u2019 Kristu fuq id-dnub u fuq il-mewt u fuq ix-xitan ma jista\u2019 jwaqqafha xejn. G\u0127amilt x\u2019g\u0127amilt il-\u0127niena t\u2019Alla li qed ni\u010b\u010belbraw din is-sena hija kbira \u0127afna. Alla ma jg\u0127ejja qatt i\u0127enn. A\u0127na ng\u0127ejjew\u00a0 nitolbu dik il-\u0127niena, jew ix-xitan jaqtalna qalbna. Imma l-provvidenza t\u2019Alla hija kbira \u2013 dak li g\u0127alina ma jag\u0127milx sens \u2013 dak li narawh jikrolla quddiem g\u0127ajnejna li jkollna nduru fuq il-Mulej u nistaqsu; \u2018 Imma g\u0127aliex Mulej? G\u0127aliex it-tajjeb ibg\u0127ati u l-\u0127a\u017cin jirnexxi?\u00a0 U hija iebsa meta tara lil xi \u0127add ji\u0121i minnek f\u2019qieg\u0127 ta\u2019 sodda mag\u0127kus b\u2019xi marda. Irridu nintelqu f\u2019idejn il-Mulej g\u0127ax jekk hemm xi\u00a0 \u0127add li vera j\u0127obbna huwa Hu. Forsi l-\u0121enituri tag\u0127na imma anke dik qed tirrokka llum! L-im\u0127abba tieg\u0127u immensa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dak li reba\u0127 \u0120esu g\u0127alina ji\u017cboq kull forza tal-\u0127a\u017cen. \u0120esu li ma kien jonqsu xejn kif kien jg\u0127id San Pawl lil Filippini, Hu ftaqar kompletament g\u0127alina biex isalvana, \u00a0\u0121ie fostna u mill-bidu sal-mewt\u00a0 \u0127lief kuntrarju ma rax. Imbag\u0127ad a\u0127na nippretendu li kollox\u00a0 g\u0127andu ji\u0121ina sew? Li ta\u010b\u010betta r-rieda t\u2019Alla mhux dejjem hija fa\u010bli.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-qofol ta\u2019 dan il-passa\u0121\u0121 hu \u201c<strong>Tib\u017cax, Pawlu. Je\u0127tie\u0121 li inti tidher quddiem \u010aesari; ara Alla tak il-\u0127ajja ta\u2019 dawk kollha li qeg\u0127din jivja\u0121\u0121aw mieg\u0127ek. Mela qawwu qalbkom, \u0121bieb. Jien nemmen f\u2019Alla li hekk isir, sewwa sew kif t\u0127abbar lili. Je\u0127tie\u0121 i\u017cda li na\u0127btu ma g\u017cira.<\/strong>\u201d <strong><em>\u201cJien nemmen f\u2019Alla li hekk isir\u201d<\/em><\/strong> \u2013 il-fidi ta\u2019 San Pawl kienet kbira. L-istess San Pawl li 15\/20 sena qabel kien jg\u0127ix skond il-pre\u010betti tal-li\u0121i tal-Lhud u kien ja\u0127seb li permezz bihom hu se ji\u0121i me\u0127lus..i\u017cda issa narawh jara s-salvazzjoni tieg\u0127u permezz tal-fidi b\u0127al ma jg\u0127id il-Galatin.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u201c<\/strong><strong>Je\u0127tie\u0121 i\u017cda li na\u0127btu ma\u2019 g\u017cira<\/strong><strong>.\u201d<\/strong> Ma qalx se na\u0127btu ma g\u017cira jew se ninkaljaw ma g\u017cira qal <strong>JE\u0126TIE\u0120. <\/strong>G\u0127aliex je\u0127tie\u0121 ? Xi trid minna Mulej? Imma \u017cgur li meta xi \u0127add jg\u0127id <strong>je\u0127tie\u0121<\/strong> hu sinjal li g\u0127andu xi \u0127a\u0121a f\u2019mo\u0127\u0127u.<strong> \u00a0<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">B\u0127al meta fil-passa\u0121\u0121 li smajna l-\u0121img\u0127a l-o\u0127ra Ananija ddubita meta l-Mulej qallu jie\u0127u \u0127sieb lil San Pawl wara li waqa\u2019 fit-triq ta\u2019 Damasku; qallu \u2018Mulej dan \u0121ie hawn biex i\u0127arbatna\u2019 U l-Mulej qallu \u2018Mur Ananija g\u0127ax minn dan se nag\u0127mel g\u0127odda prezzju\u017ca g\u0127alija u je\u0127tie\u0121 li jbati g\u0127alija. Kellu pjan Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127aliex JE\u0126TIE\u0120? Nitolbu fuqha l-a\u0127wa g\u0127ax tinkludi lilna lkoll li nissej\u0127u Maltin. Il-kburija li semmejna fil-bidu g\u0127ax hemm isem pajjizna fi ktieb daqshekk importanti l-BIBBJA, \u0121\u0121ib mag\u0127ha responsabilta. Jekk San Pawl \u0121ieu \u00a0\u0127allielna te\u017cor sabi\u0127 je\u0127tie\u0121 nipprote\u0121uh u nwassluh.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn inqara l-van\u0121elu tal-\u0126add mehud minn Mk 16:15-20 fejn insibu l-Mulej jibg\u0127at lill-appostli tieg\u0127u jxandru l-Bxara t-Tajba\u00a0 lill-bnedmin kollha. Dan hu li \u0120esu jrid minna <strong>\u201cMorru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba lill-\u0127olqien kollu.\u201d <\/strong>\u00a0Dan ma jfissirx li rridu nsiefru i\u017cda jfisser li rridu nag\u0127tu xhieda tal-fidi tag\u0127na ma dawk li niltaqg\u0127u mag\u0127hom f\u2019\u0127ajjitna \u2013jalla l ezempju tag\u0127na jkun xhieda ta\u2019 dik il-\u0127tie\u0121a li l-Mulej ra fin-Nawfra\u0121ju ta\u2019 San Pawl. Mela nitolbu biex kull wie\u0127ed minna jinduna x\u2019je\u0127tie\u0121 il-Mulej minnu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Quote: Min jag\u0127mel it-tajjeb mhux dejjem apprezat.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">(Ma g\u0127andniex na\u0127sbuha darbtejn meta hemm b\u017conn ta\u2019 kelma jew azzjoni tajba g\u0127andna nag\u0127mluha g\u0127ax dan hu mod ie\u0127or kif a\u0127na nxandru l-bxara tal-van\u0121elu. )<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a ntemmet bit-talba tal-Missierna.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>F\u2019 Prayer Caf\u00e9 nhar id-29 ta\u2019 Jannar tkellimna \u00a0dwar il-Qari tal-\u0126add 31 ta\u2019 Jannar, f\u2019Malta biss se jitratta fuq dwar in-Nawfra\u0121ju ta\u2019 San Pawl. \u0120urnata g\u0127a\u017ci\u017ca g\u0127alina l-Maltin b\u2019mod spe\u010bjali <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4598,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[146,59,145],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4592"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4592"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4592\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4596,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4592\/revisions\/4596"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4598"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4592"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4592"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4592"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}