{"id":4601,"date":"2016-02-07T12:18:17","date_gmt":"2016-02-07T11:18:17","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4601"},"modified":"2016-02-07T12:19:02","modified_gmt":"2016-02-07T11:19:02","slug":"lesti-nitfghu-x-xbiek-prayer-cafe-5-ta-frar-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/lesti-nitfghu-x-xbiek-prayer-cafe-5-ta-frar-2016\/","title":{"rendered":"Lesti Nitfg\u0127u x-Xbiek? &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 5 ta\u2019 Frar 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/sajjieda-fi-krizi-il-5-hadd-matul-is-sena-7-ta-frar-2016\/#description-tab\" target=\"_blank\">Evan\u0121elju ta\u2019 San Luqa 5: 1-11.<\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127an-nies tal-qedem il-ba\u0127ar kien il-post fejn jg\u0127ammru l-ispirti \u0127\u017ciena u l-qawwiet tal-\u0127a\u017cen. Ix-xbiha ta\u2019 bniedem ma\u0127kuk mill-\u0127a\u017cen kienet g\u0127alhekk xbiha ta\u2019 bniedem ma\u0127kum mill-qawwiet tal-\u0127a\u017cen li jo\u0127duha kontra Alla u li jwasslu g\u0127at-telfien ta\u2019 dejjem. Meta \u0120es\u00f9 qal lill-appostli li se jag\u0127milhom sajjieda tal-bnedmin, kien se jafdalhom il-\u0127idma li jsalvaw lin-nies mill-\u0127akma tad-dnub u tal-\u0127a\u017cen u jwassluhom g\u0127all-\u0127elsien ta\u2019 wlied Alla. Il-\u0127idma tas-salvazzjoni li \u0120es\u00f9 kien ir\u010bieva ming\u0127and missieru, issa kien qieg\u0127ed jag\u0127tiha lil Pietru li min-na\u0127a tieg\u0127u kien qieg\u0127ed iwassalha g\u0127all-Knisja kollha.<br \/>\n<img decoding=\"async\" loading=\"lazy\" width=\"500\" height=\"281\" class=\"alignright size-full wp-image-4603\" src=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/09_Jesus_Calls_Disciples_1920_SMALL.jpg\" alt=\"09_Jesus_Calls_Disciples_1920_SMALL\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/09_Jesus_Calls_Disciples_1920_SMALL.jpg 500w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/09_Jesus_Calls_Disciples_1920_SMALL-300x169.jpg 300w\" sizes=\"(max-width: 500px) 100vw, 500px\" \/><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-evan\u0121elju tal-lum \u0120es\u00f9 qieg\u0127ed jistedinna biex nie\u0127du sehem minn din il-Knisja. Sabiex inkunu sajjieda tal-bnedmin, je\u0127tie\u0121 li l-ewwel Alla juri lilu nnifsu lilna. Hu se jurina t-triq u jag\u0127tina l-qawwa.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Je\u0127tie\u0121 li Alla jag\u0127tina r-rigal tal-fidi li fih Alla hu l-aktar qaddis u l-aktar g\u0127oli u fi Kristu jag\u0127tina sehem mill-g\u0127erf u l-qdusija tieg\u0127u. Je\u0127tieg\u0127 imbag\u0127ad nag\u0127rfu li a\u0127na midimbin. Il-gwaj hu li huma \u0127afna dawk in-nies li ma jammettux li huma midimbin u jag\u0127\u017clu li aktar iwa\u0127\u0127lu f\u2019\u0127addie\u0127or u jippuntaw subg\u0127ajhom lejhom. B\u0127ala bnedmin g\u0127andna b\u017conn nag\u0127rfu li filwaqt li we\u0127idna m\u2019a\u0127na kapa\u010bi nag\u0127mlu xejn; ma\u2019 \u0120es\u00f9 a\u0127na nkunu kapa\u010bi nag\u0127mlu kollox.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nemmnu li Kristu qieg\u0127ed fostna u jg\u0127ammar fina? Kienu diversi d-dixxipli li bdew jimxu wara \u0120es\u00f9 imma kienu ftit dawk li kienu lesti jibdew jitfg\u0127u ix-xbiek, li jikkommettu ru\u0127hom g\u0127al din il-missjoni ta\u2019 \u0120es\u00f9. Sabiex tkun sajjied tajjeb, trid tkun ippreparat tajjeb u l-istess biex tkun sajjied tal-bnedmin, irridu nkunu ppreparati. F\u2019din is-sajda tal-bnedmin, irid ikun \u0120es\u00f9 li jmiss il-qlub tan-nies u mhux a\u0127na biss li se na\u0127dmu g\u0127as-saltna t\u2019Alla. Il-Mulej tana s-setg\u0127a per\u00f2 l-qawwa irridu n\u0121ibuha ming\u0127and Alla. Kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna g\u0127andna d-doni u t-talenti tag\u0127na u ta\u2019 kull\u0127add huma differenti, per\u00f2 kull wie\u0127ed u wa\u0127da minna g\u0127andna l-missjoni tag\u0127na u a\u0127na msej\u0127in sabiex naqduha. Irridu nkunu xhieda ta\u2019 Kristu fix-xog\u0127ol tag\u0127na, hu x\u2019inhu. Irridu nkunu xhieda ta\u2019 Kristu mill-mod li bih ng\u0127ixu, bl-attitudni tieg\u0127ek u bi kliemek. In-nies li niltaqg\u0127u mag\u0127hom kuljum huma l-missjoni tag\u0127na; \u017cgur li mhux bilfors li mmorru x\u2019imkien fil-missjoni. B\u0127ala nsara irridu nimxu fit-triq li \u0120es\u00f9 pprepara g\u0127alina.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u00a0Irridu nibdew mid-dar tag\u0127na stess, mat-tfal pere\u017cempju, li forsi rridu nikkore\u0121uhom biex ikomplu mexjin fit-triq it-tajba. Irridu nintervjenu meta xi \u0127add qieg\u0127ed iwassal messa\u0121\u0121 \u0127a\u017cin. Kull\u0127add g\u0127andu din il-missjoni u m\u2019g\u0127andniex naqtg\u0127u qalbna li nidhru koroh jew jid\u0127aq bina b\u2019dak li qed nag\u0127mlu. J\u2019Alla meta niltaqg\u0127u ma\u2019 Alla wi\u010b\u010bimbwi\u010b\u010b ma\u2019 Alla wara \u0127ajjitna fuq din l-art ma jg\u0127idilniex li ma jafniex g\u0127aliex ma nkunux wettaqna dak li \u0127ejja g\u0127alina hu mal-o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Tajjeb li b\u0127ala bnedmin ma n\u0127allux l-istejjer negattivi biss jinfluwenzawna. Je\u017cistu per\u00f2 \u0127afna stejjer po\u017citttivi li a\u0127na mdawra bihom. F\u2019din is-sena ddedikata mill-Papa Fran\u0121isku g\u0127all-\u0127niena tajjeb li naraw kemm hu mportanti li nuru \u0127niena ma\u2019 dawk ta\u2019 madwarna. Huma \u0127afna dawk li jipprattikaw il-\u0127niena kuljum, fil-familji, fuq ix-xog\u0127ol u kullimkien. L-insara jridu jkunu kapa\u010bi jirriflettu fuq dak li qed jag\u0127mlu. Dan jista\u2019 jsir b\u2019mod spe\u010bjali bil-kelma t\u2019Alla, mhux bil-quddiesa biss. Tajjeb li nsibu ftit \u0127in kuljum li fih nu\u017caw il-Kelma t\u2019Alla biex ikollna t-trankwillit\u00e0 \u0127alli naffa\u010b\u010bjaw il-\u0127ajja tag\u0127na bl-g\u0127ajnejn ta\u2019 \u0120es\u00f9. Irridu nidraw nintelqu f\u2019idejn ir-rieda t\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 lil Pietru qallu biex jix\u0127et ix-xibka fil-fond, ji\u0121ifieri f\u2019post fejn m\u2019hemmx sodizza u m\u2019hemm xejn \u010bert. Ejjew nilbsu n-nu\u010b\u010bali ta\u2019 \u0120es\u00f9 \u0127alli naraw dak li qieg\u0127ed ise\u0127\u0127 madwarna bl-g\u0127ajnejn ta\u2019 \u0120es\u00f9. Il-fond li semma\u2019 \u0120es\u00f9 huwa l-qtieg\u0127 il-qalb u l-problemi ta\u2019 kuljum; \u0120es\u00f9 jridna nitfg\u0127u ix-xibka tieg\u0127u f\u2019dawn l-abbissi, f\u2019dawn il-problemi li niltaqg\u0127u mag\u0127hom. It-talb g\u0127andu jkun l-g\u0127odda tan-nisrani biex ng\u0127inu lil dawk ta\u2019 madwarna. It-talb u l-Kelma t\u2019Alla g\u0127andhom ikunu l-g\u0127odda li permezz tag\u0127hom inwettqu din il-missjoni ta\u2019 \u0120es\u00f9. B\u0127all-appostli rridu ng\u0127idu x\u2019g\u0127amel Alla f\u2019Ibnu \u0120es\u00f9.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Kwotazzjoni: \u201cChristian witness is concrete, words without actions are empty.\u201d<\/strong> <em>(Ix-xhieda nisranija hija konkreta u b\u2019sa\u0127\u0127itha, kliem ming\u0127ajr azzjoni huma vojta)<\/em>. Papa Fran\u0121isku.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>Talba:<\/strong> Mulej \u0120es\u00f9, ag\u0127tini d-dawl u d-dehem biex infittex biss dak li jibnini b\u0127ala dixxiplu tieg\u0127ek u li na\u0127rab dak kollu li jfixkilni, i\u0127awwadni u jaqtag\u0127ni minnek. Ammen.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Evan\u0121elju ta\u2019 San Luqa 5: 1-11. G\u0127an-nies tal-qedem il-ba\u0127ar kien il-post fejn jg\u0127ammru l-ispirti \u0127\u017ciena u l-qawwiet tal-\u0127a\u017cen. Ix-xbiha ta\u2019 bniedem ma\u0127kuk mill-\u0127a\u017cen kienet g\u0127alhekk xbiha ta\u2019 bniedem ma\u0127kum mill-qawwiet <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4602,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[59,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4601"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4601"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4601\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4605,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4601\/revisions\/4605"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4602"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4601"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4601"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4601"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}