{"id":4616,"date":"2016-02-13T22:37:46","date_gmt":"2016-02-13T21:37:46","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4616"},"modified":"2016-02-13T22:42:55","modified_gmt":"2016-02-13T21:42:55","slug":"joy-boys-ir-rebbieha-tal-premju-zaghzugh-tas-sena-2015","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/joy-boys-ir-rebbieha-tal-premju-zaghzugh-tas-sena-2015\/","title":{"rendered":"Joy Boys ir-rebbie\u0127a tal-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena 2015"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: center;\"><strong>12 ta&#8217; Frar 2016<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena 2015 organizzat mill-Moviment Ker\u0177gma din is-sena intreba\u0127 mill-grupp Joy Boys mill-G\u0127arb, G\u0127awdex.\u00a0 Ir-rebbie\u0127 tal-premju, li huwa sponsorjat minn APS Bank, \u0121ie m\u0127abbar mill-President tal-Moviment Ker\u0177gma, is-Sinjura Tania Borg.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-pre\u017centazzjoni tat-trofew saret mill-E\u010b\u010bellenza Tag\u0127ha Marie-Louise Coleiro Preca, President ta\u2019 Malta, fi tmiem ta\u2019 quddiesa li saret fil-Knisja ta\u2019 San Duminku r-Rabat, il-\u0120img\u0127a, 12 ta&#8217; Frar 2016.\u00a0 Pre\u017centi wkoll g\u0127al din i\u010b-\u010berimonja kien hemm ir-ra\u0121el tal-President is-Sur Edgar Preca, il-Prof. Emanuel P. Delia, \u010aermen tal-APS Bank li sponsorjaw l-okka\u017c\u017cjoni u s-Sinjura Tania Borg, President tal-Moviment Ker\u0177gma, Dr George Hyzler \u010aerman tal-Board tal-G\u0127a\u017cla u mistednin o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">&#8220;<strong> Joy Boys<\/strong> huwa grupp ta\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127, ta\u2019 bejn is-sittax u t-tletin sena, mwielda l-G\u0127arb. \u00a0\u017bg\u0127a\u017cag\u0127 li bla dubju jmissu qalb kul\u0127add g\u0127al \u0127idma u l-impenn tag\u0127hom fil-volontarjat b\u2019mod spe\u010bjali r-residenti ta\u2019 l-G\u0127arb bil-modi ta\u2019 impenji li juru lejn kul\u0127add.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-grupp ta\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tista\u2019 tg\u0127id li jmiddu jdejhom g\u0127al kollox b\u2019mod partikolari xog\u0127ol ta\u2019 l-idejn. \u00a0Fil-\u0127in liberu tag\u0127hom jag\u0127tu servizz fil-b\u017connijiet fil-knisja, i\u010b-\u010bentru parrokkjali u xog\u0127ol fil-ma\u0127\u017cen tal-armar tal-festa, iffukati fuq xog\u0127ol ta\u2019 restawr fuq l-armar tal-festa tar-ra\u0127al. \u00a0Dan jinkludi brix, \u017cebg\u0127a, manutenzjoni fuq l-armar kif ukoll jag\u0127mlu \u2018fiber glass\u2019 li jie\u0127u \u0127afna \u0127in ta\u2019 xog\u0127ol ta\u2019 pa\u010benzja u dedikazzjoni i\u017cda fuq kollox xog\u0127ol li jitlob attenzjoni minn l-att ta\u2019 sa\u0127\u0127a.\u00a0 Kull meta tkun se ssir xi attivita\u2019 fir-ra\u0127al dawn ikunu minn ta\u2019 l-ewwel li jag\u0127tu daqqa t\u2019id biex kollox jimxi \u0127arir.\u00a0 Ta\u2019 sikwit jorganizzaw ikliet u attivitajiet g\u0127al fundraising biex imbag\u0127ad il-flus imorru f\u2019\u0127afna manutenzjonijiet li jsiru fir-ra\u0127al b\u2019mod partikolari g\u0127all-manutenzjoni ta\u010b-\u010bentru parrokkjali.\u00a0 Dan i\u010b-\u010bentru huwa t-tieni dar g\u0127a\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-lokalita\u2019 fejn isirilhom laqg\u0127at ta\u2019 informazzjoni spiritwali, attivitajiet u \u0127afna aktar sabiex dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jkollhom opportunitajiet li jiltaqg\u0127u f\u2019ambjent sabi\u0127 u li jkollhom i\u010b-\u010bans li jitg\u0127allmu aktar.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kif tkun qed toqrob il-festa tar-ra\u0127al dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jinsew kollox biex ikunu jistg\u0127u jiffokaw fuq l-armar, manutezjoni u \u0127afna aktar li g\u0127andu x\u2019jaqsam mag\u0127ha.\u00a0 Dan jolqot armar fil-knisja ta\u2019 \u0121ewwa u ta\u2019 barra, armar madwar ir-ra\u0127al, \u00a0attivitajiet o\u0127ra u \u0127afna aktar.\u00a0 Ta\u2019 min jg\u0127id li dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kollha g\u0127andhom l-impjieg tag\u0127hom u g\u0127alhekk iqattg\u0127u l-bqija tal-\u0127in tag\u0127hom ja\u0127dmu. \u00a0Xi drabi jibqg\u0127u ja\u0127dmu matul il-lejl. \u00a0Tista\u2019 tg\u0127id li kwa\u017ci biddlu l-bozoz kollha g\u0127al dawk LED u saru wkoll fistuni \u0121odda. \u00a0\u0126afna drabi jag\u0127mlu xog\u0127ol ta\u2019 armar fejn bosta drabi ikunu fil-g\u0127oli u jkun ta\u2019 periklu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fis-sajf li g\u0127adda, dan il-grupp g\u0127amel esperjenza missjunarja \u0121ewwa l-Albanija, fil-parro\u010b\u010ba<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">ta\u2019 Dun Manwel Cutajar jisimha Torovice. \u00a0Hemmhekk i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-G\u0127arb wettqu xog\u0127ol ta\u2019 kostruzzjoni u manutenzjoni fi djar ta\u2019 3 familji fost l-ifqar tal-Albanija.\u00a0 Prin\u010bipalment dan kien jinkludi kisi u \u017cebg\u0127a tal-\u0127itan tad-djar, installazzjoni tas-sistema tal-elettriku u f\u2019ka\u017c minnhom kisi tal-art.\u00a0 L-ispejje\u017c g\u0127al din il-kostruzzjoni t\u0127allsu mid-donazzjonijiet li \u0121abru mil-parru\u010b\u010bani tal-G\u0127arb. \u00a0Dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 \u0127admu bla heda.\u00a0 Ta\u2019 min isemmi li f\u2019\u0121urnata minnhom dawn g\u0127a\u0121nu b\u2019idejhom 17-il xkora kisi u 5 xkejjer siment.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Huma ppreparaw ukoll u qassmu 150 hamper b\u2019ikel ba\u017ciku g\u0127all-ifqar fost il-fqar tal-Albanija. \u00a0Fost l-o\u0127rajn dan kien jinkludi ross, g\u0127a\u0121in, dqiq u \u017cejt.\u00a0 Il-hampers tqassmu f\u2019ra\u0127al mitluf \u0121ol-muntanji mag\u0127ruf b\u0127ala Malecaj-Kampi, post li fil-passat kien kamp ta\u2019 kon\u010bentrament. \u00a0Dawn il-hampers li ma jiswew xejn g\u0127alina huma kollox g\u0127alihom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Huma rregalaw ukoll baqra lill-mara armla fqira ta\u2019 38 sena, mara li sofriet \u0127afna mir-ra\u0121el tag\u0127ha meta kien g\u0127adu \u0127aj. \u00a0Din il-baqra li tiswa \u20ac700, \u0121iet iffinanzjata minn familja mill-G\u0127arb G\u0127awdex u ser tkun ta\u2019 g\u0127ajnuna kbira g\u0127all-g\u0127ixien ta\u2019 din il-mara miskina u l-erba ulied tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Iz-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 irregalaw wkoll 8 nag\u0127\u0121iet li jiswew \u20ac500 biex koppja o\u0127ra jkollha biex tg\u0127ajjex lil 4 uliedha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Huma \u017caru ukoll dar li tospita persuni b&#8217;di\u017cabilit\u00e0 severa mmexxija mis-Sorijiet ta\u2019 Madre Tere\u017ca, fir-ra\u0127al ta\u2019 Shkoder.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-grupp ta\u2019 \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 bla dubju ma jieqaf qatt. \u00a0Il-kalendarju ta&#8217; attivitajiet g\u0127as-sena 2016 jinsab preparat u mimli daqs bajda. \u00a0U\u0127ud mill-attivitajiet ikunu fundraising u o\u0127rajn attivitajiet filantropi\u010bi kemm fil-komunita\u2019 parrokkjali u anke o\u0127rajn f&#8217;istituti barra l-lokalita\u2019. \u00a0Wara l-esperjenza fil-missjoni fl-Albanija dan il-grupp ta&#8217; \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 i\u0127ares \u2018il quddiem g\u0127all-esperjenza o\u0127ra, fejn il-grupp jinsab \u010bert li o\u0127rajn ser jakkumpanjawhom. \u00a0L-esperjenza fl-Albanija \u0127alliet impatt po\u017cittiv fuqhom spiritwalment u so\u010bjalment u b\u2019mod spe\u010bjali fuq il-popolazzjoni fqira ta\u2019 l-Albanija.\u00a0 I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fi \u0127dan dan l-grupp issibhom dejjem lesti g\u0127al kull eventwalita\u2019 sabiex iwettqu kull xorta ta&#8217; xog\u0127ol fil-volontarjat u jwettqug\u0127 b\u2019dedikazzjoni u impenn kbir.&#8221;<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 nominati g\u0127al dan il-Premju kienu: Gabriel Cassar minn Kirkop, Nicholas Cassar mi\u017c-\u017bebbu\u0121 G\u0127awdex, Joy Boys mill-G\u0127arb G\u0127awdex, Nikita Mizzi mill-Birgu u l-Oratorju Salesjan Sliema.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan it-trofew jing\u0127ata kull sena f\u2019\u0121ie\u0127 il-mejjet Dr Rudolph Saliba li kien l-ewwel president tal-Moviment Ker\u0177gma. \u00a0Is-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca fer\u0127et lill-rebbie\u0127a, l-finalisti l-o\u0127ra u l-Moviment Kerygma g\u0127all-organizzazzjoni ta&#8217; dan l-avveniment annwali fejn jesponu il-\u0127idma volontarja ta&#8217; tant \u017cg\u0127a\u017cag\u0127. Qalet li l-iktar \u0127a\u0121a importanti mhux li tag\u0127ti l-flus i\u017cda li tag\u0127ti mill-\u0127in tieg\u0127ek biex tg\u0127in lill-o\u0127rajn, \u0127in li qatt ma jistax ji\u0121i rkuprat. Hija qalet li x-xog\u0127ol volontarju jittrasforma l-persuna li tag\u0127mlu imma spe\u010bjalment is-so\u010bjet\u00e0 nnifisha f&#8217;pajji\u017c li g\u0127andu b\u017conn kbir tal-valur tal-im\u0127abba. G\u0127alkemm g\u0127al grazzja ta&#8217; Alla a\u0127na m&#8217;g\u0127andniex gwerer, \u0121irien qrib tag\u0127na huma g\u0127addejjin minn \u0127afna konflitti u \u017cminijiet diffi\u010bli \u0127afna b&#8217;familji s\u0127a\u0127 g\u0127addejjin minn tant tbatija u telf, ba\u017cikament min\u0127abba l-ri\u017cultat ta&#8217; l-egoi\u017cmu. \u00a0G\u0127alhekk huwa importanti \u0127afna li a\u0127na nkomplu nsa\u0127\u0127u l-valur tal-im\u0127abba g\u0127all-o\u0127rajn anke fis-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na li qed tiffa\u010b\u010bja sfidi kbar. \u00a0Hemm il-possibbilt\u00e0 li ji\u0121ri lilna wkoll li l-egoi\u017cmu jikber u ninsew it-tbatija ta&#8217; \u0127addie\u0127or.\u00a0 G\u0127alhekk huwa \u00a0importanti li dawn i\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 ikomplu jg\u0127inu lill-o\u0127rajn u b&#8217;hekk jibdlu s-so\u010bjet\u00e0 tag\u0127na. \u00a0Dan il-valur tal-im\u0127abba g\u0127all-o\u0127rajn kien mg\u0127oddi lilna minn missirijietna u huwa importanti li jkompli jikber u jissa\u0127\u0127a\u0127 u li a\u0127na ng\u0127addu dawn il-valuri lill \u0121enerazzjonijiet futuri. \u00a0Hija temmen li hemm \u0127afna li qed jg\u0127inu f&#8217;dan ir-rigward u g\u0127alhekk hi awgurat lil finalisti li qatt ma jieqfu jag\u0127tu daqqa t&#8217;id-o\u0127rajn fil-b\u017conn.<\/p>\n\n\t\t<style type=\"text\/css\">\n\t\t\t#gallery-2 {\n\t\t\t\tmargin: auto;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 .gallery-item {\n\t\t\t\tfloat: left;\n\t\t\t\tmargin-top: 10px;\n\t\t\t\ttext-align: center;\n\t\t\t\twidth: 33%;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 img {\n\t\t\t\tborder: 2px solid #cfcfcf;\n\t\t\t}\n\t\t\t#gallery-2 .gallery-caption {\n\t\t\t\tmargin-left: 0;\n\t\t\t}\n\t\t\t\/* see gallery_shortcode() in wp-includes\/media.php *\/\n\t\t<\/style>\n\t\t<div id='gallery-2' class='gallery galleryid-4616 gallery-columns-3 gallery-size-thumbnail'><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2076a.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2076a-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"President of Malta together with members of the Joy Boys Group\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-4621\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2076a-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2076a-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-4621'>\n\t\t\t\tPremju \u017bg\u0127a\u017cug\u0127 tas-Sena 2015: President of Malta together with members of the Joy Boys Group\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2071a.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2071a-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"President of Malta together with Adrian Formosa, representing Joy Boys G\u0127arb\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-4620\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2071a-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2071a-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-4620'>\n\t\t\t\tPremju \u017bg\u0127a\u017cug\u0127 tas-Sena 2015: President of Malta together with Adrian Formosa, representing Joy Boys G\u0127arb\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><dl class='gallery-item'>\n\t\t\t<dt class='gallery-icon landscape'>\n\t\t\t\t<a href='https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2083a.jpg'><img width=\"275\" height=\"200\" src=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2083a-275x200.jpg\" class=\"attachment-thumbnail size-thumbnail\" alt=\"President of Malta together with all this year\u2019s finalists. L to R: David Camilleri representing Sliema Salesians, Nicholas Cassar, Nikita Mizzi, Adrian Formosa representing Joy Boys G\u0127arb and Gabriel Cassar.\" decoding=\"async\" aria-describedby=\"gallery-2-4619\" loading=\"lazy\" srcset=\"https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2083a-275x200.jpg 275w, https:\/\/kerygma.org.mt\/wp-content\/uploads\/2016\/02\/DSC2083a-150x110.jpg 150w\" sizes=\"(max-width: 275px) 100vw, 275px\" \/><\/a>\n\t\t\t<\/dt>\n\t\t\t\t<dd class='wp-caption-text gallery-caption' id='gallery-2-4619'>\n\t\t\t\tPremju \u017bg\u0127a\u017cug\u0127 tas-Sena 2015: President of Malta together with all this year\u2019s finalists. L to R: David Camilleri representing Sliema Salesians, Nicholas Cassar, Nikita Mizzi, Adrian Formosa representing Joy Boys G\u0127arb and Gabriel Cassar.\n\t\t\t\t<\/dd><\/dl><br style=\"clear: both\" \/>\n\t\t<\/div>\n\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>12 ta&#8217; Frar 2016 \u00a0 Il-Premju \u017bag\u0127\u017cug\u0127 tas-Sena 2015 organizzat mill-Moviment Ker\u0177gma din is-sena intreba\u0127 mill-grupp Joy Boys mill-G\u0127arb, G\u0127awdex.\u00a0 Ir-rebbie\u0127 tal-premju, li huwa sponsorjat minn APS Bank, \u0121ie m\u0127abbar <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4620,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[36,52,84,147],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4616"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4616"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4616\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4624,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4616\/revisions\/4624"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4620"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4616"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4616"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4616"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}