{"id":4664,"date":"2016-03-02T19:55:30","date_gmt":"2016-03-02T18:55:30","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4664"},"modified":"2016-03-02T20:03:07","modified_gmt":"2016-03-02T19:03:07","slug":"gustizzja-hniena-imhabba-prayer-cafe-26-ta-frar-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/gustizzja-hniena-imhabba-prayer-cafe-26-ta-frar-2016\/","title":{"rendered":"\u0120ustizzja, \u0126niena, Im\u0127abba &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 26 ta\u2019 Frar 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><strong>ABBU\u017b MILL-\u0126NIENA TA&#8217; ALLA? IT-3 \u0126ADD TAR-RANDAN \u2013 28 TA&#8217; FRAR 2016<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/abbuz-mill-hniena-ta-alla-l-3-hadd-tar-randan-28-ta-frar-2016\/#description-tab\" target=\"_blank\">Il-laqg\u0127a bdiet bil qari tal-Van\u0121elu skond San Luqa, Kapitlu 13, versi 1 \u2013 9<\/a><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-van\u0121elu jinqasam f&#8217;\u017cew\u0121 partijiet.\u00a0 L-ewwel parti titratta fuq \u017cew\u0121 disgrazzji: it-ta\u0127lit ta&#8217; demm Lhudi mad-demm tal-offerti lill-allat, u l-mewt ta&#8217; tmintax-il ra\u0121el meta waqg\u0127a t-torri ta&#8217; Silwe.\u00a0 Kien hemm min beda jistaqsi jekk dawn id-disgrazzji se\u0127\u0127ewx min\u0127abba li dawk in-nies, jew l-antenati tag\u0127hom, kienux dinbu.\u00a0 \u0120esu&#8217; qal li ma jfissirx hekk.\u00a0 Hu jag\u0127mlilna stedina \u2013 jekk a\u0127na ma nindmux, ninqerdu ag\u0127ar minn dawn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">A\u0127na \u0127afna drabi norbtu r-relazzjoni tag\u0127na m&#8217;Alla fuq relazzjoni daqsxejn infantili \u2013 jekk nag\u0127mel it-tajjeb, itini l-premju, u jekk nidneb jikkastigani.\u00a0 Din kienet l-attitudni fl-Antik Testment, u anke fi \u017cmien \u0120esu&#8217;. &#8216;A\u0127na wkoll, wara elfejn sena, g\u0127adna nirra\u0121unaw hekk.\u00a0 Meta xi \u0127add jg\u0127addi minn disgrazzja issib min jg\u0127id \u201cLa\u0127qu Alla\u201d jew \u201cIva x&#8217;g\u0127amilt biex \u0121rali hekk?\u201d.\u00a0 Jekk ng\u0127idu li Alla jie\u0127u gost bl-g\u0127aw\u0121 jew jixtieqilna d-deni nkunu qed ni\u017cbaljaw bl-ikrah.\u00a0 Jekk Alla jitlob minna li ng\u0127inu u n\u0127ennu, imbag\u0127ad Hu, li ta \u0127ajtu g\u0127alina, ser jixtieqilna d-deni?\u00a0 Mela g\u0127alfejn ji\u0121ri dan kollu?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-g\u0127aw\u0121, il-mard, id-disgrazzji, et\u010b, huma konsegwenzi tad-dnub ori\u0121inali.\u00a0 Meta l-bniedem daq il-\u0127a\u017cen, da\u0127al dan kollu fid-dinja.\u00a0 Alla ma jridhomx dawn.\u00a0 Tant hu hekk li g\u0127adda l-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-\u0127ajja tieg\u0127u pubblika jfejjaq u jke\u010b\u010bi x-xjaten.\u00a0 Allura la Alla hu omnipotenti, ma jistg\u0127ax jag\u0127mel xi \u0127a\u0121a?\u00a0 Alla jippermetti dan kollu g\u0127ax minnhom irid jo\u0127ro\u0121 xi ha\u0121a ta&#8217; \u0121id, jekk a\u0127na ng\u0127ixu dawn i\u010b-\u010birkostanzi kif irid Hu.\u00a0 Nie\u0127du l-mard.\u00a0 Il-marid g\u0127andu \u010bans jitg\u0127allem ma jorbotx qalbu ma&#8217; din id-dinja, japprezza dak li veru hu ta&#8217; valur, japprezza iktar il-\u0127ajja, jafda ru\u0127u f&#8217;idejn Alla, u j\u0127ossu jiddependi iktar fuq il-\u0127niena t&#8217;Alla.\u00a0 g\u0127all-qraba tieg\u0127u, dawn jitg\u0127allmu jie\u0127du \u0127sieb u jduru bil-marid u jikru aktar fl-im\u0127abba lejn min qed ibati.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Waqt il-mard, u kull inkwiet ie\u0127or, g\u0127andna nitolbu hekk: l-ewwel nitlob g\u0127all-qawwa biex naffronta din id-diffikulta; it-tieni nitlob biex jg\u0127ini u jdawwalli mo\u0127\u0127i biex nag\u0127raf x&#8217;\u0121id nista&#8217; no\u0127ro\u0121 minn dan il-g\u0127aw\u0121; it-tielet nitlob bex jekk hu ta&#8217; \u0121id g\u0127alija je\u0127lisni minn dan kollu.\u00a0 Din hi l-konver\u017cjoni li qed jitlob minna \u0120esu&#8217;.\u00a0 Nikkonvertu jfisser ma n\u0127allux l-g\u0127aw\u0121 ikissirna, imma n\u0127allu lil \u0120esu&#8217; jkisser l-g\u0127aw\u0121.\u00a0 M&#8217;humiex il-problemi li jkissruna, imma l-mod kif nirrea\u0121ixxu g\u0127alihom.\u00a0 Irridu nag\u0127mlu din il-konver\u017cjoni biex ng\u0127ixu dan kollu fid-dawl t&#8217;Alla, g\u0127ax Hu \u0127are\u0121 rebbie\u0127 fuq il-\u0127a\u017cen.\u00a0 A\u0127na rridu nilqg\u0127u lil \u0121esu&#8217; fil-qalb tag\u0127na biex Hu jirba\u0127 il-\u0127a\u017cen fil-\u0127ajja tag\u0127na.\u00a0 L-g\u0127aw\u0121 \u0127afna drabi hu ikbar minna, imma Alla hu ikbar minn kull g\u0127aw\u0121.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-tieni parti tal-van\u0121elu hi r-rakkont tal-parabbola tas-si\u0121ra tat-tin.\u00a0 \u0120esu&#8217; qed iqabbel il-poplu ma&#8217; din is-si\u0121ra.\u00a0 Alla ji\u017cra&#8217; l-Kelma Tieg\u0127u fil-qalb tag\u0127na biex minna jo\u0127or\u0121u opri ta&#8217; \u0121ustizzja, opri ta&#8217; \u0127niena, u opri ta&#8217; m\u0127abba.\u00a0 Dawn imorru flimkien.\u00a0 M&#8217;hemmx wa\u0127da ming\u0127ajr l-o\u0127ra.\u00a0 Il-\u0121ustizzja hi li nag\u0127ti lill-o\u0127rajn dak li hu tag\u0127hom.\u00a0 L-im\u0127abba hi li nag\u0127ti minn dak li hu tieg\u0127i lill-o\u0127rajn, g\u0127all-\u0121id tag\u0127hom.\u00a0 M&#8217;hemmx im\u0127abba jekk m&#8217;hemmx \u0121ustizzja.\u00a0 Il-\u0127niena hi li n\u0127oss g\u0127all-ie\u0127or \u2013 mhux nit\u0127assru (pity), imma li n\u0127oss il-\u0127ti\u0121ijiet tieg\u0127u daqs li kieku huma tieg\u0127i u nwie\u0121eb g\u0127alihom (mercy).\u00a0 Il-\u0127niena twassalna g\u0127all-im\u0127abba.\u00a0 Dawn it-tlieta huma l-frott li jrid \u0121esu&#8217;.\u00a0 Alla jfittex minn kull wie\u0127ed minna dak li ji\u017cra&#8217;.\u00a0 Alla jrid li fi\u010b-\u010bokon tag\u0127na nag\u0127mlu l-parti tag\u0127na.\u00a0 Na\u010b\u010bettaw il-konver\u017cjoni biex meta Alla jfittex il-frott, isib.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara din l-ispjega kien hemm ftit \u0127in g\u0127all-mistoqsijiet.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk saret riferenza g\u0127all-inklu\u017cjoni so\u010bjali, li tfisser li na\u010b\u010bettaw lill-kul\u0127add fi\u010b-\u010brieki tag\u0127na.\u00a0 B\u0127ala nsara, a\u0127na fid-dmir li ng\u0127ixu l-inklu\u017cjoni so\u010bjali.\u00a0 Ma jfissirx li biex nag\u0127mlu hekk irid ikun hemm inklu\u017cjoni ekkle\u017cjali.\u00a0 Nies li koxjentament ma jridux jg\u0127ixu l-\u0127ajja nisranija, ma jistg\u0127ux jipparte\u010bipaw fil-\u0127ajja sagramentali, sakemm ma jindmux u jibdlu \u0127ajjithom.\u00a0 A\u0127na lkoll midinbin u qeg\u0127din f&#8217;mixja ta&#8217; konver\u017cjoni.\u00a0 Fil-knisja hemm post g\u0127al kull midneb b&#8217;kundizzjoni li jindem, anke jekk jer\u0121a jaqa&#8217;, u li g\u0127andu r-rieda li jg\u0127ix il-\u0127ajja nisranija.\u00a0 Kul\u0127add g\u0127andu \u010b-\u010bans li jimxi l-mixja tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Saret riferenza wkoll g\u0127all-Mag\u0127mudija.\u00a0 Din g\u0127andha ting\u0127ata jekk hemm il-kundizzjoni me\u0127tie\u0121a, ji\u0121ifieri, li t-tfal jitrabbew f&#8217;ambjent li jg\u0127inhom jikbru fil-\u0127ajja nisranija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bil-kwotazzjoni ta&#8217; Mahatma Gandhi:<\/p>\n<blockquote>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cThe future depends on what you do today\u201d<\/p>\n<\/blockquote>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu&#8217; jg\u0127idilna \u201cJekk ma tindmux, tintilfu\u201d<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u00a0ABBU\u017b MILL-\u0126NIENA TA&#8217; ALLA? IT-3 \u0126ADD TAR-RANDAN \u2013 28 TA&#8217; FRAR 2016 Il-laqg\u0127a bdiet bil qari tal-Van\u0121elu skond San Luqa, Kapitlu 13, versi 1 \u2013 9 Dan il-van\u0121elu jinqasam f&#8217;\u017cew\u0121 <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4669,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[87,141,153],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4664"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4664"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4664\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4667,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4664\/revisions\/4667"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4669"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4664"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4664"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4664"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}