{"id":4675,"date":"2016-03-07T22:09:42","date_gmt":"2016-03-07T21:09:42","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4675"},"modified":"2016-03-07T22:09:42","modified_gmt":"2016-03-07T21:09:42","slug":"midinbin-prayer-cafe-4-ta-marzu-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/midinbin-prayer-cafe-4-ta-marzu-2016\/","title":{"rendered":"Midinbin? &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 4 ta\u2019 Marzu 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a Prayer Cafe ta\u2019 nhar il-\u0120img\u0127a 4 ta\u2019 Marzu bdiet bil<a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/nies-midinba-jilqa-ghandu-ir-4-hadd-tar-randan-6-ta-marzu-2016\/#description-tab\" target=\"_blank\">-qari tal-Van\u0121elu me\u0127ud minn Lq 15:1-3,11-32<\/a>. Dawn li \u0121ejjin huma xi ftit mill-punti li \u0121ew tratati waqt il-laqg\u0127a.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019dan il-van\u0121elu nsibu \u017cew\u0121 gruppi ta\u2019 nies li qeg\u0127din ji\u0121ru wara \u0120esu biex jisimg\u0127uh. Nsibu l-Pubblikani u l-Midinbim, li huma g\u0127atxana biex jisimg\u0127uh; u hemm wkoll il-Fari\u017cej u l-Img\u0127allmin tal-Li\u0121i li wkoll iridu jisimg\u0127uh imma\u00a0 biex jonsbuh u jag\u0127tuh xi gambetta. Infatti fil-bidu ta\u2019 dan il-van\u0121elu nsibuhom igergru li \u0120esu kien jilqa\u2019 nies midinba\u00a0 g\u0127andu. G\u0127andna dawn i\u017c-\u017cew\u0121 aspetti tal-\u0127ajja tal-bniedem li jorbtu wkoll mal-aspetti fi\u017c-\u017cew\u0121t persona\u0121\u0121i msemmija fil-parabola. Il-Missier fil-parabola jirraprezenta lil Alla l-missier.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019din il-parabola tal-Iben il-\u0126ali g\u0127andna 4 aspetti fil-\u0127ajja tal-bniedem u minnha rridu naraw x\u2019jolqotna\u00a0 spe\u010bjalment f\u2019din is-sena tal-\u0127niena; irridu naraw x\u2019nistg\u0127u nie\u0127du minnha g\u0127al \u0127ajjitna. Il-vrus li ma nisimg\u0127ux huma \u017cew\u0121 paraboli o\u0127ra, il-parabola tan-ng\u0127a\u0121a l-mitlufa u l-parabola tat-talent il-mitluf. Meta Papa Fran\u0121isku nieda s-sena tal-\u0126niena min\u0127abba ra\u0121unijiet li jixtieq ida\u0127\u0127al l-ideja tal-\u0126niena f\u2019dinja fejn il-\u0127niena sfortunatament qeg\u0127ed tg\u0127ib; kellu dan il-van\u0121elu quddiemu- spe\u010bjalment il-parti tan-nag\u0127\u0121a l-mitlufa li hi wkoll l-\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0\u00a0 logo ta\u2019 din is-sena. Dan il-van\u0121elu ta\u2019 San Luqa infatti jissejja\u0127 il-van\u0121elu tal-\u0127niena. San Luqa jurina li meta se\u0127\u0127et din il-\u0121rajja lu \u0120esu kien riesaq lejn il-post li fih kien se jir\u010bievi l-martirju. San Luqa jiddedika g\u0127axar kapitli g\u0127al din il-mixja. Il-fus ta\u2019 dawn l-g\u0127axar kapitli huwa dan il-van\u0121elu; bih San Luqa ried jurina s-sens tal-\u0126niena fil-missjoni ta\u2019 \u0120esu. Dawn it-tlett paraboli taqadhom is-sens ta\u2019 im\u0127abba gratwita, abbundanti u bla qies li g\u0127andu l-Missier spe\u010bjalment lejn il-bniedem midneb; il-bniedem mitluf. In-nag\u0127\u0121a u l-iben li ntilfu u re\u0121g\u0127u instabu b\u2019fer\u0127 kbir!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">\n<p style=\"text-align: justify;\">Din il-parabola fiha 4 taqsimiet differenti:<\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\">\n<li>Il-pretensjonijiet tal-Iben i\u017c-\u017cg\u0127ir u l-firda minn ma missieru.<\/li>\n<li>Il-\u0127ajja mtajjra u l-waqg\u0127a fil-\u0127ama kemm spiritwali u kif ukoll morali tal-Iben il-\u0126ali.<\/li>\n<li>L-Indiema u d-de\u010bizzjoni li jer\u0121a jersaq lura lejn missieru .<\/li>\n<li>L-aspett tal-Iben il-Kbir.<\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\">F\u2019din il-parabola sempli\u010bi u mag\u0127rufa minn kul\u0127add irridu nirriflettu l-aspett tal-\u0127niena fiha. Hemm min isejj\u0127ilha l-van\u0121elu tal-van\u0121elu; jekk il-kotba kollha tal-van\u0121elu jinqerdu din il-parabola ti\u0121bor fiha il-messa\u0121\u0121 s\u0127i\u0127 tal-van\u0121elu tal-\u0127niena u l-abbundanza. \u0120esu b\u2019din il-parabola ried i\u0127alli messa\u0121\u0121 x\u2019g\u0127amel l-Iben il-\u0126ali i\u017cda riedna wkoll n\u0127arsu lejn l-Iben il-Kbir. Ng\u0127iduha kif inhi aktar nixxiebhu mal-Iben il-Kbir, \u0120esu jridna nindunaw li m\u2019g\u0127andniex naqg\u0127u fil-pre\u0121udizzju tal-Iben il-Kbir. \u0126a\u0121a li Papa Fran\u0121isku jirrepeti kontinwament. Pre\u0121udizzjoni li naqg\u0127u fih bla ma nafu kif u xi kultant kif \u0121ie \u0121ie.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Iben il-Kbir kien jintrabat mal-Farizej u l-Img\u0127almin\u00a0 tal-Li\u0121i. Huwa ma telaqx mid-dar ta\u2019 Missieru, segwa l-li\u0121ijiet \u2018 \u201cma berbaqtlekx flusek\u201d qallu lil missieru\u2019 pero li ma tiksirx il-li\u0121i biss nkunu g\u0127adna \u2018l bog\u0127od fil-mixja tal-fidi. L-Iben il-Kbir m\u2019a\u010b\u010bettax lil \u0127uh lura \u2013 da\u0127let is-suppervja. Meta ne\u017caminaw \u0127ajjitna u nqabbluha ma tal-Iben il-Kbir \u2013 irridu noqg\u0127odu attenti. L-Iben il-\u0126ali dineb imma qabad it-triq lura lejn il-Missier \u2013 lejn il-konversjoni. Jekk a\u0127na nsara tajba rridu ng\u0127arblu l-messa\u0121\u0121 li jrid jag\u0127tina \u0120esu. Noqg\u0127odu attenti ma nag\u0127mlux b\u0127al Farizej \u2013 \u201cJien pur \u2013 \u0127add ie\u0127or irid jinbidel\/jirran\u0121a.\u201d Parabola mimlija b\u2019rakonti ta\u2019 \u017cbalji, \u017cbal tal-Iben i\u017c-\u017cg\u0127ir, tal-Iben il-Kbir, imma l-i\u017cball \u010bentrali hu li a\u0127na ma nindunawx fejn a\u0127na. U allura ne\u0127lu, nilludu ru\u0127na li mexjin imma nibqg\u0127u mwa\u0127\u0127lin mal-u\u017canzi u d-drawwiet li m\u2019g\u0127andniex il-kura\u0121\u0121 li ninqatg\u0127u minn mag\u0127hom. Hawn \u0121iet kwotata sentenza li qal Fr Philip Cutajar waqt eser\u010bizzi \u201cA\u0127na l-Maltin g\u0127andna b\u017conn nieqfu ng\u0127ixu r-reli\u0121jon, u r-reli\u0121josita u nibdew ng\u0127ixu l-FIDI.\u201d Jekk ng\u0127ixu l-Fidi ; ir-reli\u0121jon u r-reli\u0121josita ti\u0121i wa\u0127eda \u2013 issir l-istil ta\u2019 kif ng\u0127ixu. L-iskop ta\u2019 din il-parabola hu li twassalna biex nifmhu min hu Alla, x\u2019inhu l-\u0121udizzju tieg\u0127u. Il-\u0121udizzju t\u2019Alla lilna jdejjaqna g\u0127aliex hu mibni fuq kriterju differenti minn tag\u0127na u na\u0127sbu li huwa in\u0121ust.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn \u0121ejna mfakkra fil-parabola meta s-sid \u0127are\u0121 ifittex \u0127addiema\u00a0 &#8211; mar fl-ewwel sieg\u0127a u baqa \u0127iere\u0121 f\u2019\u0127inijiet differenti isib \u0127addiema aktar. Meta \u0121ie biex i\u0127allas \u2013 \u0127allas lil kul\u0127add l-istess! X\u2019ag\u0127mlu dawk li \u0121ew fl-ewwel sieg\u0127a? Bdew igergru. Ppretendew li dawk li kienu bdew ja\u0127dmu fl-ewwel sieg\u0127a kellhom jie\u0127du aktar minn dawk li \u0121ew warajhom. Imma \u2018s-sid\u2019 ALLA rrispondihom: \u201cb\u2019\u0121idi \u2013 b\u2019dak li hu tieg\u0127i ma nistax nag\u0127mel li rrid jien?\u201d Dak li kien weg\u0127dhom kien tahulhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Matul din is-sena tal-\u0126niena meta nisimg\u0127u li rridu nkunu \u0121eneruzi ma l-o\u0127rajn na\u0127sbu li kemm il-darba n\u0127abbtu lil \u0121ar tag\u0127na u ng\u0127amlu pa\u010bi mieg\u0127u nkunu l\u0127aqna l-iskop ta\u2019 din is-sena \u2013 imma fil-fatt rridu nibdew minna nfusna \u2013 irridu na\u0127fru lilna nfusna, g\u0127aliex jekk iktar iridu nkunu qrib t\u2019Alla rridu na\u0127fru u ninsew li r\u010bevejna xi tort u ninsew li g\u0127andna f\u2019qalbna g\u0127al \u0127addie\u0127or g\u0127aliex interessanti li l-Mulej jg\u0127idilna \u0127obbu l-g\u0127adu tag\u0127kom dik hija t-\u2018twist\u2019 importanti mit-Testment l-Qadim g\u0127at-Testment il-\u0120did li nindunaw li l-ewwel g\u0127adu tag\u0127na mhux ta\u2019 \u0127dejja jew ta\u2019 fa\u010b\u010bata huwa a\u0127na stess g\u0127ax in\u017commu f\u2019qalbna; meta lil \u0120esu kienu qeg\u0127din ja\u0127qruh ming\u0127ajr \u0127tija kif stqarr Pilatu stess: \u201c Jien ma nsib l-ebda \u0127tija f\u2019dan ir-ra\u0121el.\u201d( U dan lanqas kien xi dixxiplu ta\u2019 \u0120esu! ) \u0120esu xorta talab g\u0127al min kien qieg\u0127ed ja\u0127qru minn fuq il-forka \u2013 s-salib tieg\u0127u \u2013 \u0127afer lil min kien qieg\u0127ed ja\u0127qru. Mela a\u0127na ma rridux nibqg\u0127u irrabjati. Huwa diffi\u010bli. Pero g\u0127andna l-g\u0127ajnuniet &#8211; g\u0127andna l-Ispirtu t\u2019Alla li jista\u2019 jieqaf mag\u0127na. Irid jkollna l-Fidi mhux r-reli\u0121josita \u2013 il-FIDI li \u010b\u010baqlaq il-muntanji. Biex a\u0127na dejjem nersqu lejn il-perfezzjoni \u2013 il-fidi li twassalna nifhmu li fejn ma naslux a\u0127na hemm \u0120esu jaqbe\u017c g\u0127alina. Il-Papa Fran\u0121isku j\u0127obb jg\u0127id li \u0120esu g\u0127ad g\u0127andu l-Pjagi f\u2019idejh u f\u2019saqajh; u kull meta jrid jinter\u010bjedi g\u0127alina lill Alla \u2019l missier jg\u0127idlu \u2018 Dawn min\u0127abba fihom g\u0127amilthom biex nressaqhom lejn im\u0127abbtek.\u201d Irid ikollna Fidi li g\u0127andna lil xi \u0127add jaqbe\u017c g\u0127alina. G\u0127aliex il-Fidi tg\u0127ina naslu fejn ma naslux we\u0127idna \u2013 tag\u0127tina fidu\u010bja li \u0120esu qieg\u0127ed jaqbe\u017c g\u0127alina. Imma sfortunatament a\u0127na l-aktar sentimenti fa\u010bli g\u0127alina huma l-vendetta u t-tpattija \u2013 allura s-salib huwa skandlu g\u0127ax fuqu \u0120esu urina li t-twe\u0121iba g\u0127al vendetti mhumiex il-vendetti o\u0127ra imma l-im\u0127abba u g\u0127alhekk is-Salib idarrasna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Lura g\u0127al parabola tal-qari tal-van\u0121elu ta\u2019 nhar il-\u0126add li \u0121ej. Fiha g\u0127andna l-sfond ta\u2019 dar din tirraprezenta d-dinja. L-Missier\/ir-ra\u0121el jirraprezenta lil Alla. Nsibu wkoll lil qaddejja \u2013 mela kien hemm universalita. Mhux il-figura tal-iben il-\u0126ali ddarras lil Alla i\u017cda l-figura tal-iben il-kbir li \u0127afna drabi jirraprezenta lilna. Ta min isemmiha l-<em>Parabola tal-Missier il-\u0126ali fl-Im\u0127abba<\/em> din il-parabola. Niftakru li madwarna hemm ta\u2019 denbu twil ma saqajna u dejjem jimlilna mo\u0127\u0127na b\u2019idejat \u017cbaljati dwar Alla; g\u0127aliex dejjem nippretendu li Alla g\u0127andu jag\u0127mel l-affarijiet kif irridu a\u0127na u mhux kif ja\u0127seb li l-a\u0127jar Hu g\u0127alina. U b\u2019hekk tonqosna l-umilta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-Bibbja nsibu \u0121rajjiet o\u0127ra fejn naraw l-infinita tal-Im\u0127abba t\u2019Alla. Per e\u017cempju fit-tie\u0121 ta\u2019 Kana biddel 600 litru ilma f\u2019inbid, bihom kien jisqi ra\u0127al s\u0127i\u0127; fit-tkattir tal-\u0127ob\u017c n\u0121abbru tnax-il-qoffa wara li kiel kul\u0127add; is-sajda mirakoluza tant qabdu \u0127ut li kienu se jg\u0127erqu. Dawn kollha juruna l-abbundanza tal-Im\u0127abba t\u2019 Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Anke minn fuq is-salib permezz ta\u2019 Kristu, Alla qieg\u0127ed jg\u0127idilna bi\u010b\u010birni, sawwatni, oqtolni, offendini imma jien nibqa\u2019 n\u0127obbok xorta.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-parabola ta\u2019 llum nsibu \u017cew\u0121 ulied li jirraprezentaw aspetti differenti mill-\u0127ajja tag\u0127na. Ma min nqablu ru\u0127na mal-iben il-kbir jew i\u017c-\u017cg\u0127ir jew qisna pendlu daqqa b\u0127al wie\u0127ed u o\u0127ra b\u0127al ie\u0127or?! I\u017c-\u017cg\u0127ir talab lil missier jag\u0127tih sehmu mill-\u0121id tieg\u0127u,(dan jirrifletti kif a\u0127na b\u0127ala so\u010bjeta irridu nwarrbu lil Alla, nilludu ru\u0127na li sirna allat minfloku!) l-missier ma jmerrihx, jaqsam \u0121idu ma\u017c-\u017cew\u0121 ulied, stmag\u0127hom l-istess. Mela Alla ried itina l-liberta, Alla ma jrid lil \u0127add skjav tieg\u0127u \u2013 iridna mieg\u0127u b\u2019g\u0127a\u017cla libera. Kemm il-darba nisimg\u0127u min jg\u0127id li r-reli\u0121jon tg\u0127amlek skjav \u2013 g\u0127ax g\u0127andek \u0127afna regoli \u2013 imma l-iskop tar-reli\u0121jon hu li nkunu fer\u0127ana \u201cIl-fer\u0127 tag\u0127kom jibda minn din id-dinja.\u201d \u0126afna drabi hawn min ifittex il-fer\u0127 f\u2019drogi, fix-xorb i\u017cda dawn huma fer\u0127 ta\u2019 ftit mumenti biss, b\u2019konsegwenzi koroh. Kul\u0127add irid id-DRITTIJIET imma id-DMIRIJIET \u0127add ma jridhom. U dan i\u0121ib mieg\u0127u nuqqas ta\u2019 rispett. Qabel tela\u2019 s-sema Kristu tag\u0127na kmandament tal-Im\u0127abba. Dan jitlob minna li\u00a0 na\u0127fru u li jkollna \u0127niena. Irridu nimxu kontra l-istint tag\u0127na ta\u2019 tpattija, rridu n\u017commu kontrol fuq ir-rabja. Alla \u0127ares Alla kellu jirra\u0121una bil-mod tat-tpattija g\u0127ax kieku kollha rasna maqtuha!<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-parabola nsibu li l-Iben il-\u0126ali wara li missieru tah sehmu mar u berbaq kollox u telaq lejn id-dezert \u2013 waqa\u2019 \u0121u\u0127 kbir f\u2019dak il-pajjiz tant li kellu jmur jirg\u0127a l-\u0127niezer. \u0126afna drabi ssib min jistaqsi \u2018 Imma Alla fejn kien f\u2019xi dizgrazzja b\u0127al dik tal-holocaust\u2019 Kien hemm f\u2019nies eroj b\u0127al Edith Stein, Maximillion Kolbe. Dak i\u017c-\u017cmien ir-rg\u0127ajja tal-\u0127nie\u017cer lanqas kienu jit\u0127allew jid\u0127lu fil belt \u2013 mela l-iben il-\u0126ali kien mess il-qieg\u0127 nett. F\u2019dik is-sitwazzjoni irejalizza li l-qaddejja f\u2019dar missieru \u00a0kienu ferm a\u0127jar minnu \u2013 nidem u qabad it-triq lura lejn dar missieru \u2013 beda l-pro\u010bess tal-konversjoni. Malli rah \u0121ej il-missier ma qag\u0127adx janalizza b\u2019liema indiema \u0121ie lura i\u017cda ni\u017cel ji\u0121ri u tah mer\u0127ba b\u2019tg\u0127anniqa. Hawn tidher il-\u0126niena bla limiti tal-Missier. L-ma\u0127fra tag\u0127na hekk jew nfittxu l-kompromess? Jien n\u010bedi bi\u010b\u010ba u inti o\u0127ra! X\u2019\u0127in l-iben jistqarr dnubietu l-missier lanqas qag\u0127ad iwiddbu imma ordna li ssir festa g\u0127ax <strong><em>Ibnu kien mejjet u issa re\u0121a\u2019 qam. <\/em><\/strong><em>Libbsuh \u010b-\u010burkett u z-zarbun. <\/em>Issa jid\u0127ol l-iben il-kbir fl-istorja li malli sema\u2019 li l-missier kien qeg\u0127ed jag\u0127mel festa g\u0127al \u0127uh, issupervja u lanqas ried jid\u0127ol. Mudell ta\u2019 kif in\u0121ibu ru\u0127na a\u0127na li mmorru l-knisja sfortunatament, nkejlu kollox bix-xiber tag\u0127na, il-\u0121ustizzja nag\u0127tiha b\u2019kompromess mhux gratwita.L-Iben il-kbir g\u0127a\u017cel li jinqata\u2019 \u2019l barra mill-festa g\u0127aliex l-kriterji tal-Missier ma kienux tieg\u0127u. L-istess ji\u0121ri lilna meta n\u0121ibu ru\u0127na b\u0127al Farizej na\u0127sbu li a\u0127na bla difetti. Issa niftakru li fil-bidu tal-parabola nsibu li l-missier qasam \u0121idu bejn it-tnejn indaqs. Mela dan ta\u2019 l-a\u0127\u0127ar kien \u0127a daqs l-ie\u0127or. Dan juri nuqqas ta\u2019 apprezzament ta\u2019 dak li kien \u0121a \u0127a l-iben il-kbir.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nirriflettu fuq il-\u0127ajja tag\u0127na fuq dawn l-erba\u2019 mudelli: Pubblikani u l-midinbin; l-Farizej; l-Iben il-\u0126ali u l-Iben il-Kbir. Liema aspett jg\u0127odd g\u0127alija fil-\u0127ajja tieg\u0127i? J&#8217;Alla l-mudell tag\u0127na jkunu l-Pubblikani u l-midinbin, g\u0127ax hekk ng\u0127arfu li a\u0127na midinba u li g\u0127andna b\u017conn il-ma\u0127ra, u nistg\u0127a\u0121bu bit-tg\u0127alim li g\u0127allimna \u0120esu. Imma irridu nkunu wkoll b\u0127al mudell tal-Iben il-\u0126ali li g\u0127araf dnubietu u beda l-mixja lejn il-konversjoni. Mela ma rridux inkunu ri\u0121idi b\u0127al Farizej u lanqas suppervji b\u0127al Iben il-Kbir. Irridu nift\u0127u qalbna kif dejjem itenni Papa Fran\u0121isku g\u0127al \u0126niena u l-Ma\u0127fra t\u2019Alla.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a spi\u010b\u010bat bi kwotazzjoni ta\u2019 Santu Wistin: INTI QATT MA TITLAQNA MULEJ IMMA A\u0126NA NSIBUHA DIFFI\u010aLI LI NI\u0120U LURA.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-laqg\u0127a Prayer Cafe ta\u2019 nhar il-\u0120img\u0127a 4 ta\u2019 Marzu bdiet bil-qari tal-Van\u0121elu me\u0127ud minn Lq 15:1-3,11-32. Dawn li \u0121ejjin huma xi ftit mill-punti li \u0121ew tratati waqt il-laqg\u0127a. F\u2019dan il-van\u0121elu <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4676,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[59,87,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4675"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4675"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4675\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4678,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4675\/revisions\/4678"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4676"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4675"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4675"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4675"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}