{"id":4704,"date":"2016-04-09T19:57:00","date_gmt":"2016-04-09T17:57:00","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4704"},"modified":"2016-04-09T20:05:58","modified_gmt":"2016-04-09T18:05:58","slug":"imxi-warajja-prayer-cafe-8-tapril-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/imxi-warajja-prayer-cafe-8-tapril-2016\/","title":{"rendered":"Imxi Warajja &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 8 t\u2019April 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Evan\u0121elju tat-3 \u0126add tal-G\u0127id (Sena \u010a): \u0120w 21, 1-19<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:1] Wara dan, \u0120es\u00f9 ra\u0121a&#8217; deher lid-dixxipli \u0127dejn il-ba\u0127ar ta&#8217; Tiberija. Dehrilhom hekk:<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Bil-verb \u2018deher\u2019 l-Evan\u0121elista \u0120wanni juri li kien se jse\u0127\u0127 avveniment kbir. Li \u0120es\u00f9 deher kienet di\u0121\u00e0 xi \u0127a\u0121a straordinarja imma li \u2018re\u0121a\u2019 deher tfisser li kien hemm relazzjoni ta\u2019 \u0120es\u00f9 mad-dixxipli tieg\u0127u wara l-qawmien. Tfisser ukoll li \u0120es\u00f9 jag\u0127ti ka\u017c tad-dettalji, b\u0127al meta deher lill-appostli u Tumas ma kienx pre\u017centi u d-darba ta\u2019 wara meta re\u0121a\u2019 deher lill-appostli \u0120es\u00f9 sejja\u0127\u00a0 lil Tumas biex ida\u0127\u0127al sebg\u0127u fil-kustat tieg\u0127u \u0127alli jemmen li huwa verament l-Iben ta\u2019 Alla. Il-fatt li \u0120es\u00f9 re\u0121a\u2019 deher lid-dixxipli g\u0127at-tielet darba ifisser ukoll li jag\u0127ti \u0127afna aktar minn \u010bans wie\u0127ed; \u0120es\u00f9 jimxi bil-pass tag\u0127na, ma ji\u0121\u0121udikaniex u jippretendi affarijiet \u2018il barra mill-personalit\u00e0 tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:2] Xmun Pietru, Tumas, li jg\u0127idulu\u00a0 t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied \u017bebedew u tnejn o\u0127ra mid-dixxipli tieg\u0127u kienu flimkien,<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Pietru u s-sitt dixxipli l-o\u0127ra \u0127ar\u0121u mi\u010b-\u010benaklu u marru lura g\u0127all-\u0127ajja tag\u0127hom ta\u2019 qabel, tas-sajd. \u0120es\u00f9 bil-mewt u l-qawmien tieg\u0127u kien g\u0127adu ma messilhomx qalbhom u biddilhom. Niftakru kif anke d-dixxipli t\u2019G\u0127emmaws ma kinux g\u0127arfuh qabel il-qsim tal-\u0127ob\u017c.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 deher lil komunit\u00e0 (kienu sebg\u0127a min-nies, in-numru perfett) u mhux individwu wa\u0127du. Din tfakkarna meta \u0120es\u00f9 qal li fejn hemm tnejn jew tlieta mi\u0121bura f\u2019ismu hemm hu jkun f\u2019nofshom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:3] u Xmun Pietru qalilhom: &#8220;Sejjer nistad.&#8221; Qalulu: &#8220;\u0126a ni\u0121u mieg\u0127ek a\u0127na wkoll.&#8221; Marru, rikbu\u00a0 d-dg\u0127ajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn.<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Wara \u2018lejl\u2019 ta\u2019 sajd wa\u0127idhom ma kienu qabdu xejn. Niftakru f\u2019Luqa 5,1-11 fl-ewwel miraklu tal-qabda tal-\u0127ut li g\u0127andu \u0127afna similaritajiet mas-silta tal-evan\u0121elju tal-lum. Kien id-dlam, kienu fis-solitudni wa\u0127idhom, kienu falliment f\u2019xog\u0127olhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:4] Fil-g\u0127odu mas-seb\u0127, \u0120es\u00f9 kien qieg\u0127ed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien \u0120es\u00f9.<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u2018Filg\u0127odu mas-seb\u0127\u2019 dawn id-dixxipli ma baqg\u0127ux fid-dlam. \u0120es\u00f9 irritorna mal-appostli b\u0127ala d-dawl g\u0127alkemm huma kienu g\u0127adhom ma g\u0127arfuhx. Huma kienu g\u0127adhom fil-b\u017conn li jid\u0127lu aktar fil-fond u ma jibqg\u0127ux wa\u0127idhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:5] \u0120es\u00f9 qalilhom: &#8220;G\u0127andkom x&#8217;tieklu, \u0127bieb?&#8221; &#8220;Le,&#8221; we\u0121buh.<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-inizjattiva \u0121iet minn \u0120es\u00f9, il-grazzja ti\u0121i minnu u mhux minna. Bi kliemu hu wriehom x\u2019kienet is-sitwazzjoni tag\u0127hom. \u201cG\u0127andkom x\u2019tieklu \u0127bieb?\u201d<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Kelma t\u2019Alla dejjem tapplika g\u0127alina u tid\u0127ol fil-fond tal-personalit\u00e0 tag\u0127na u l-karatteristi\u010bi tag\u0127na. Lest na\u010b\u010betta ir-rimarka ta\u2019 \u0120es\u00f9 fuq il-\u0127ajja tieg\u0127i u hija vojta? G\u0127andi l-kura\u0121\u0121 na\u010b\u010betta li g\u0127andi b\u017connu jew is-suppervja tag\u0127mel bija? Jekk ma n\u0127allix id-dawl tieg\u0127u jiddi fuqi, ma nistax ninbidel.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:6] Qalilhom: &#8220;Waddbu x-xibka n-na\u0127a tal-lemin tad-dg\u0127ajsa u ssibu.&#8221; Dawn waddbu x-xibka, u mbag\u0127ad ma fel\u0127ux ji\u0121bduha daqs kemm qabdu \u0127ut! <\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hu stedinhom biex jitfg\u0127u ix-xibka n-na\u0127a tal-lemin; hu kien qieg\u0127ed jg\u0127id lis-sajjieda kif g\u0127andhom jistadu. Per\u00f2 l-ubbidjenza tag\u0127hom twassal g\u0127al miraklu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">(Interessanti li f\u2019dan il-punt ma kinux g\u0127arfu di\u0121\u00e0 lil \u0120es\u00f9: l-g\u0127ajnuna g\u0127andna na\u010b\u010bettawha mhux meta \u0121ejja minn miraklu imma anke min-nies ta\u2019 madwarna; \u0127alliha li indirettament tkun \u0121ejja ming\u0127and \u0120es\u00f9 xorta wa\u0127da.)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Kelma t\u2019Alla tasal g\u0127andi b\u2019diversi modi; bil-persuni, laqg\u0127at ta\u2019 talb, kliem ta\u2019 nies o\u0127ra. Imma l-Kliem li jibdilni dejjem \u0121ej ming\u0127and \u0120es\u00f9 li jridilna biss il-\u0121id.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:7] Id-dixxiplu li kien i\u0127obb \u0120es\u00f9 qal lil Pietru: &#8220;Il-Mulej dan!&#8221; G\u0127alhekk Xmun Pietru, kif sama&#8217; li kien il-Mulej, xe\u0127et fuqu l-libsa ta&#8217; fuq, g\u0127ax kien g\u0127oddu g\u0127eri, u ntafa&#8217; l-ba\u0127ar.<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120wanni g\u0127araf lil \u0120es\u00f9 u stqarr lil Pietru: \u2018il-Mulej dan\u2019.\u00a0 Il-Fidi tag\u0127na fil-Mulej irridu naqsmuha mal-o\u0127rajn inkella ma tkunx kompluta u ma tag\u0127mel l-ebda frott.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan wassal lil Pietru biex jilbes u jaqbe\u017c mid-dg\u0127ajsa biex jiltaqa\u2019 malajr ma\u2019 \u0120es\u00f9. (Dan l-att ifakkarna fil-mag\u0127mudija li fiha nilbsu l-libsa ta\u2019 Kristu li ttina l-karattru \u0121did ta\u2019 membri fil-Knisja ta\u2019 \u0120es\u00f9 u tag\u0127milna bnedmin \u0121odda.)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Napprezzaw li Pietru \u0127ataf il-mument tal-laqg\u0127a tieg\u0127u ma\u2019 \u0120es\u00f9 u rreja\u0121ixxa mill-ewwel u ming\u0127ajr telfien.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Nistg\u0127u naraw ix-xebh bejn Pietru u dawn il-persona\u0121\u0121i:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">lill-armla li tat il-flus tag\u0127ha kollha fit-tempju,<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">lill-imxajtan ta\u2019 Gerasa li \u0121era lejn \u0120es\u00f9 u nxte\u0127et f\u2019ri\u0121lejh,<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-mara li fieqet min-nixxieg\u0127a tad-demm.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-g\u0127axar im\u0121iddma li marru quddiem \u0120es\u00f9.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120es\u00f9 stess li mar quddiem il-Missier u talab: Mk 14,35.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Kemm qieg\u0127ed nintelaq f\u2019dan il-ba\u0127ar ta\u2019 \u0127niena tal-Mulej? Kemm qieg\u0127ed inkun b\u0127all-Iben il-\u0126ali li jmur lura g\u0127and il-Missier u l-Missier ji\u0121ri lejja? <strong><u>Luqa 15, 18.20.<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Pietru hawn qieg\u0127ed jitfa\u2019 fuqu d-drapp, l-istess kif \u0120es\u00f9 libes fardal biex ja\u0127sel saqajn l-appostli. Huwa l-libsa tal-umilt\u00e0, ta\u2019 serv li jag\u0127ti \u0127ajtu g\u0127al persuna o\u0127ra, drapp li jg\u0127atti l-g\u0127era li huma d-difetti u l-limitazzjonijiet tag\u0127na b\u0127ala bnedmin. Din il-libsa tag\u0127tina \u0127ajja u karattru \u0121did, insiru Kristu ie\u0127or.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:9] Kif ni\u017clu l-art, raw li kien hemm xi fa\u0127am jaqbad, bil-\u0127ut fuqu, u xi ftit \u0127ob\u017c. <\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:10] Qalilhom \u0120es\u00f9: &#8220;Newwlu &#8216;l hawn xi \u0127utiet minn dawk li g\u0127adkom kemm qbadtu.&#8221;<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Insibu lil \u0120es\u00f9 fuq ix-xatt: hawnhekk hu jg\u0127aqqad il-\u0127ob\u017c li kellu hu mal-\u0127ut tas-sajjieda. Il-\u0127ajja u r-rigal tieg\u0127u isiru \u0127a\u0121a wa\u0127da mal-\u0127ajja u r-rigal tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din hija l-qawwa tal-Kelma li saret La\u0127am. (Verbum Dei Caro Factum Est). Huwa l-miraklu li jse\u0127\u0127 kuljum fl-Ewkaristija meta l-\u0127ob\u017c u l-inbid, frott il-bniedem isiru l-\u0121isem u d-demm ta\u2019 dan \u0120es\u00f9.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0127ut huma n-nies li \u0120es\u00f9 jixtieq isalva permezz tag\u0127na u l-isforzi tag\u0127na. Ma nistax immur g\u0127and \u0120es\u00f9 wa\u0127di.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>[\u0120w:21:11] Xmun Pietru tala&#8217; fid-dg\u0127ajsa u \u0121ibed l-art ix-xibka mimlija b&#8217;mija u tlieta u \u0127amsin \u0127uta kbira; u minkejja daqshekk \u0127ut, ix-xibka ma nqasmitx.<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fix-xibka li hija l-Knisja hemm post g\u0127al kull\u0127add u kull\u0127add huwa mportanti: \u017cew\u0121 spjegazzjonijiet fost o\u0127rajn g\u0127all-153 \u0127uta huma: 153 spe\u010bi ta\u2019 \u0127ut mag\u0127rufa, is-17 \u2013il numru triangulari: 10 g\u0127al-li\u0121i u 7 numru perfett.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>\u00a0<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong><u>Vrus 15-17:<\/u><\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawn insibu l-konver\u017cazzjoni bejn Pietru u \u0120es\u00f9, kliem ta\u2019 \u017cew\u0121 persuni qrib xulxin b\u0127al donnhom jie\u0127du gost bil-pre\u017cenza ta\u2019 xulxin u li jridu l-konferma tar-relazzjoni li hemm bejniethom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dan il-kliem qieg\u0127ed ukoll jg\u0127idu lilna \u0120es\u00f9 f\u2019dan il-mument. Huma kliem ta\u2019 stqarrija tal-im\u0127abba tag\u0127na lejn Alla quddiem ix-xhieda ta\u2019 madwarna. (Fl-ewwel mistoqsija din l-im\u0127abba ti\u0121i mqabbla ma\u2019 tal-o\u0127rajn: g\u0127aliex l-im\u0127abba tag\u0127na g\u0127andha tkun xhieda quddiem l-o\u0127rajn).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-istedina ta\u2019 \u0120es\u00f9 g\u0127al Pietru u g\u0127alina llum hija: \u2018EJJA U IMXI WARAJJA\u2019.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Evan\u0121elju tat-3 \u0126add tal-G\u0127id (Sena \u010a): \u0120w 21, 1-19 [\u0120w:21:1] Wara dan, \u0120es\u00f9 ra\u0121a&#8217; deher lid-dixxipli \u0127dejn il-ba\u0127ar ta&#8217; Tiberija. Dehrilhom hekk: Bil-verb \u2018deher\u2019 l-Evan\u0121elista \u0120wanni juri li kien se <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4709,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,59,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4704"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4704"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4704\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4710,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4704\/revisions\/4710"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4709"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4704"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4704"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4704"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}