{"id":4735,"date":"2016-05-03T23:29:22","date_gmt":"2016-05-03T21:29:22","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4735"},"modified":"2016-05-03T23:32:55","modified_gmt":"2016-05-03T21:32:55","slug":"tithawdux-u-tibzghux-prayer-cafe-29-tapril-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/tithawdux-u-tibzghux-prayer-cafe-29-tapril-2016\/","title":{"rendered":"TIT\u0126AWDUX U TIB\u017bG\u0126UX &#8211; Prayer Caf\u00e8 &#8211; 29 t\u2019April 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: center;\"><strong>TIT\u0126AWDUX U TIB<\/strong><strong>\u017b<\/strong><strong>G\u0126UX<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: center;\"><strong>Is-Sitt \u0126add tal-G\u0127id <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a bdiet bit-talba tal-Moviment. Imbag\u0127ad inqara&#8217; l-Van\u0121elu minn San \u0120wann, kapitlu 14, versi 23 \u2013 29.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cIl-Missier hu akbar minni\u201d.\u00a0 Din hi stqarrija li tqajjem \u0127afna kritika u t\u0127assib.\u00a0 A\u0127na nitg\u0127allmu li fit-Trinita&#8217;, it-Tliet Persuni huma ndaqs.\u00a0 Mela g\u0127alfejn \u0120es\u00f9 qal hekk?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Trinita&#8217; fil-fatt hemm tnejn \u2013 it-Trinita&#8217; tas-Sema, meta g\u0127andek Alla, fil-persuna tal-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu fis-sema, u hemm it-Trinita&#8217; fid-dinja \u2013 meta \u0120es\u00f9 ha l-libsa tag\u0127na ta&#8217; bniedem , u ne\u017ca l-libsa ta&#8217; Alla.\u00a0 Allura sar inqas mill-Missier.\u00a0 Fit-Trinita&#8217; tas-Sema, kif kien mill-bidu, \u0120es\u00f9 la g\u0127andu bidu u l-anqas tmiem.\u00a0 \u0120es\u00f9 g\u0127andu bidu biss b\u0127ala bniedem.\u00a0 B\u0127ala Alla m&#8217;g\u0127andux bidu. \u00a0Meta \u0120es\u00f9 jg\u0127id \u201cIl-Missier hu akbar minni\u201d qed jg\u0127id hekk g\u0127ax \u0120es\u00f9 huwa bniedem.\u00a0 \u0120es\u00f9 sar bniedem biex imut g\u0127alina, g\u0127ax b\u0127ala Alla ma jistg\u0127ax imut.\u00a0 Biex jirba\u0127 il-mewt, kellu jmut u jerga&#8217; jqum.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Van\u0121elu ta&#8217; San \u0120wann jibda bil-kelma \u201cil-Verb\u201d.\u00a0 Hu, mill-bidu, jrid juri li \u0120es\u00f9 hu l-Iben t&#8217;Alla.\u00a0 Filwaqt li t-tliet evan\u0121elisti l-o\u0127ra jitrattaw \u0127afna fuq is-Saltan t&#8217;Alla u d-dixxipulat, San \u0120wann jiffoka l-iktar fuq il-\u0127ajja eterna.\u00a0 Insibu lil \u0120es\u00f9 jirrelata l-hin kollu mal-Missier.\u00a0 Isemmi li \u0120es\u00f9 mibg\u0127ut mill-Missier sittin darba.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Biex a\u0127na nsalvaw, \u0120es\u00f9 g\u0127alina jrid ikun it-Triq tan-nofs.\u00a0 \u0120es\u00f9 tana l-quddiesa biex nissie\u0127bu mieg\u0127u fl-offerta lill-Missier.\u00a0 Il-quddiesa u l-kelma t&#8217;Alla \u2013 il-Bibbja \u2013 huma \u0127aga wa\u0127da.\u00a0 Fil-Bibbja a\u0127na nsibu risposta g\u0127al dak kollu li niltaqg\u0127u mieg\u0127u fil-\u0127ajja llum, per e\u017cempju, il-\u0121rajja ta&#8217; meta Mose&#8217; feraq l-ilma tg\u0127allimna li g\u0127al Alla xejn ma hu mpossibli.\u00a0 Fl-istorja ta&#8217; \u0120ob insibu risposta g\u0127at-tbatija.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-twemmin fil-\u0127ajja eterna beda mill-Ktieb ta&#8217; Danjel u la\u0127aq il-milja tieg\u0127u f&#8217;\u0120es\u00f9.\u00a0 Il-bniedem veru, li jipprova jg\u0127ix tajjeb u j\u0127obb, ma jmutx, imma jag\u0127laq g\u0127ajnejh g\u0127al din il-\u0127ajja u jifta\u0127hom g\u0127all-\u0127ajja eterna.\u00a0 \u0120es\u00f9 kien \u010bar fuq dan meta qal \u201c\u0126ejjejtilkom post g\u0127alikom\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Hawnhekk saret riferenza g\u0127all-qawmien fl-a\u0127\u0127ar tad-dinja u t-tifsira ta&#8217; \u0121isem glorifikat \u2013 \u0121isem li m&#8217;g\u0127adux izjed ta\u0127t il-qawwa tad-dinja \u2013 qlibna g\u0127as-sopranatural.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Riferenza o\u0127ra kienet g\u0127all-parabbola tas-Sammaritan it-Tajjeb.\u00a0 Il-qassis u l-levita ma missewx lill-midrub g\u0127ax kienu sejrin it-tempju u ma riedux jitni\u0121\u0121su.\u00a0 \u0120es\u00f9 jrid jg\u0127id x&#8217;inhu l-ikar importanti, li t\u0127enn jew li tmur it-tempju?\u00a0 L-istess ried ifisser meta qal li jekk \u0127uk g\u0127andu xi \u0127aga kontrik, \u0127alli hemm l-offerta u mur irran\u0121a mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta \u0120es\u00f9 qal lil Pilatu li dik ma kenitx is-Saltna Tieg\u0127u, hu ried ifisser li dawk ma kenux il-virtujiet Tieg\u0127u.\u00a0 \u0120es\u00f9 ma \u0121iex biex jiggieled \u2013 \u0120es\u00f9 \u0121ie biex i\u0127obb biss.\u00a0 A\u0127na wkoll g\u0127andna din is-sej\u0127a.\u00a0 L-ewwel \u0127sieb tag\u0127na g\u0127andu jkun li n\u0127obbu u na\u0127fru.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu&#8217; jg\u0127id li \u0127a jibg\u0127at l-Ispirtu s-Santu, mhux biex jg\u0127allimna xi \u0127a\u0121a \u0121dida, g\u0127ax \u0120es\u00f9 g\u0127amel rivelazzjoni kompluta.\u00a0 L-Ispirtu s-Santu jg\u0127ina u jfakkarna f&#8217;dak li qal \u0120es\u00f9 u jipprofondih izjed.\u00a0 L-ispirtu s-Santu g\u0127adu kuljum jg\u0127idilna x&#8217;hemm mo\u0127bi fil-Bibbja.\u00a0 \u0120es\u00f9 telaq biex jigi l-Ispirtu s-Santu u jkun pre\u017centi f&#8217;kul\u0127add.\u00a0 \u201cM&#8217;inthomx \u0127a tibqg\u0127u ltiema\u201d.\u00a0 Qabel ma miet, \u0120es\u00f9 tahom il-Pa\u010bi g\u0127ax kien jaf li kienu ser jaqtg\u0127u qalbhom.\u00a0 Bl-Ispirtu s-Santu a\u0127na nsiru tempji Tieg\u0127u.\u00a0 Hekk kif fit-tempju \u2013 il-Knisja \u2013 insibu l-fara\u0121 \u2013 hekk ukoll a\u0127na rridu nkunu ta&#8217; fara\u0121 g\u0127all-o\u0127rajn.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a g\u0127alqet bil-\u0127sieb \u201cG\u0127andek bzonn l-Ispirtu s-Santu biex, meta tg\u0127ejja, jimbuttak Hu\u201d &#8211; mill-ktieb \u201cX&#8217;g\u0127amiltli, Mulej?\u201d ta&#8217; Patri Elija Vella OFM.<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>TIT\u0126AWDUX U TIB\u017bG\u0126UX Is-Sitt \u0126add tal-G\u0127id \u00a0 Il-laqg\u0127a bdiet bit-talba tal-Moviment. Imbag\u0127ad inqara&#8217; l-Van\u0121elu minn San \u0120wann, kapitlu 14, versi 23 \u2013 29. \u201cIl-Missier hu akbar minni\u201d.\u00a0 Din hi stqarrija <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4738,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[105,59,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4735"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4735"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4735\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4740,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4735\/revisions\/4740"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4738"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4735"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4735"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4735"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}