{"id":4751,"date":"2016-05-16T21:43:43","date_gmt":"2016-05-16T19:43:43","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4751"},"modified":"2016-05-16T22:34:28","modified_gmt":"2016-05-16T20:34:28","slug":"l-ispirtu-jiccara-l-imhuh-prayer-cafe-13-ta-mejju-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/l-ispirtu-jiccara-l-imhuh-prayer-cafe-13-ta-mejju-2016\/","title":{"rendered":"L-Ispirtu ji\u010b\u010bara l-im\u0127u\u0127 &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 13 ta` Mejju 2016"},"content":{"rendered":"<p>Prayer Cafe ta&#8217; nhar il-\u0120img\u0127a 13 ta&#8217; Mejju bdiet billi g\u0127idna t-talba tal-Moviment u nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss mehud minn \u0120w 14: 15-16, 23b-26 li jitratta dwar l-in\u017cul tal-Ispirtu s-Santu fuq <strong><em>id-dixxipli<\/em><\/strong>. Dawn li \u0121ejjin huma xi punti li nqassmu matul il-laqg\u0127a.<\/p>\n<p>San \u010airilu, isqof ta&#8217; Lixandra f&#8217;kumment dwar l-Evan\u0121elju ta&#8217; San \u0120wann kien qal: \u201cSakemm Kristu kien jg\u0127ix fost il-fidili tieg\u0127u bil-\u0121isem b\u0127al tag\u0127na, kien jidher li hu l-protagonist; i\u017cda meta wasal i\u017c-\u017cmien li jmur g\u0127and il-Missier kien je\u0127tie\u0121 li jibqa&#8217; qrib dawk li jqimuh. Dan se\u0127\u0127 bil-wasla tal-Ispirtu s-Santu. Bil-g\u0127ajnuna u l-qawwa tieg\u0127u nistg\u0127u nag\u0127mlu g\u0127emejjel tajba.\u201d<\/p>\n<p>Hawn jid\u0127ol is-sens tat-talba tal-Moviment Kerygma:<\/p>\n<p style=\"padding-left: 30px;\"><em>Spirtu s-Santu nitolbuk tin\u017cel fina biex turina xi trid minna sabiex b&#8217;g\u0127emilna u \u0127idmitna\u00a0 inwasslu il-Bxara t-Tajba fl-ambjent ta&#8217; madwarna. Dawlilna mo\u0127\u0127na sabiex nag\u0127rfu nimpennjaw ru\u0127na b\u0127ala nsara fis-so\u010bjeta bierek l-\u0127idma tag\u0127na u ibqa&#8217; mag\u0127na sabiex a\u0127na nkunu strumenti Tal-Bxara t-Tajba.<\/em><\/p>\n<p>Spirtu s-Santu urina xi trid minna.. Kemm qed in\u0127alluh jinvadina dan il-messa\u0121\u0121? X&#8217;valuri g\u0127andu fil-\u0127ajja tag\u0127na? \u0126ajjitna hi dikotomija \u2013 \u0127ajja doppja? &#8211; N\u0121ib ru\u0127i skont is-sitwazzjoni li nkunu fiha?<\/p>\n<p>L-Ispirtu s-Santu hu dak li jmexxi l-Knisja. Hu jinsab fi qlubna. Jekk verament irridu ninbidlu hu biss l-Ispirtu s-Santu li jista&#8217; jibdilna, bil-qawwa u d-doni tieg\u0127u li r\u010bevejna l-ewwel fil-mag\u0127mudija u kkonfermajniehom meta \u201c sirna suldati ta&#8217; Kristu \u201d bil-Gri\u017cma tal-Isqof.<\/p>\n<p>Waqt korsijiet tal-parenting skills wie\u0127ed mill-pariri li jing\u0127ata lill-\u0121enituri g\u0127al trobbija a\u0127jar ta\u2019 uliedhom,\u00a0 hu li minflok ma jippontifikaw u jimponu, jag\u0127mlu mistoqsija. Mistoqsija \u0121\u0121eg\u0127elhom jibdew pro\u010bess ta\u2019 \u0127sieb. Fil-fatt din hi wa\u0127da mill-karatteristi\u010bi ta\u2019 Papa Fran\u0121isku. Hu prattikament f\u2019kull diskors jew omelija jag\u0127mel serje ta\u2019 mistoqsijiet li g\u0127andna nag\u0127mlu lilna nfusna biex nirriflettu bis-serjeta fuq dak li qed nag\u0127mlu f\u2019\u0127ajjitna fid-dawl tal-Van\u0121elu.<\/p>\n<p>L-e\u017cami tal-kuxjenza\u00a0 &#8211; ng\u0127idu li ma nafux nag\u0127mluh g\u0127ax nib\u017cg\u0127u minnu? G\u0127ax inkella jekk l-Ispirtu s-Santu jurina li je\u0127tie\u0121 nibdlu xi atte\u0121\u0121ajenti, drawwiet tag\u0127na, ma jkunx jaqblilna? ..ma jdoqqx g\u0127al widnejna?..L-Ispirtu s-Santu jibdel kollox! Qed jibdel il-Knisja radikalment mill-Kon\u010bilju Vatikan 11 \u2018l hawn! Minn nies be\u017c\u017cieg\u0127a lill-appostli g\u0127amilhom tant qalbiena li waslu jag\u0127tu \u0127ajjithom, g\u0127elbu lil min kien qed jippersegwithom. Il-persekuzzjoni g\u0127ada fostna. Kif i\u0127obb jg\u0127id Papa Fran\u0121isku, qed ng\u0127ixu fi \u017cmien ta\u2019 <strong><em>indifferenza globali\u017c\u017cata ! <\/em><\/strong>\u00a0L-a\u0127barijiet li a\u0127na bbumbardjati bihom kif in\u0127alluhom jikkundizzjonawna?<\/p>\n<p>Dan l-a\u0127\u0127ar fl-Italja g\u0127addiet il-li\u0121i dwar i\u017c-\u017cwie\u0121 bejn persuni tal-istess sess u dwar il-koabitazzjoni, il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal li g\u0127al kemm hu kattoliku \u0127a l-\u0121urament fuq il-kostituzzjoni <em>mhux fuq il-van\u0121elu<\/em>.<\/p>\n<p><a href=\"http:\/\/www.newsbook.com.mt\/artikli\/2016\/5\/12\/il-papa-se-jahtar-kummissjoni-li-tistudja-l-possibilta-ta'-djakni-nisa.45809\/\">A\u0127bar o\u0127ra li \u0127asdet lil xi u\u0127ud kienet meta l-Papa qal lis-superjuri tas-sorijiet, li se jwaqqaf kummisjoni biex tistudja dwar id-djakonat tan-nisa fl-ewwel \u017cminijiet tal-Knisja. Fi kliem ie\u0127or feta\u0127 it-triq biex in-nisa g\u0127ad jistg\u0127u jkunu ordnati djakni <\/a>.<\/p>\n<p>Kif jid\u0127ol l-Ispirtu s-Santu f\u2019dawn i\u017c-\u017cew\u0121 a\u0127barijiet? Lill-Appostli \u0120esu qalilhom: \u201cNibg\u0127atilkom l-Ispirtu s-Santu u <strong>HU <\/strong>jg\u0127allimkom kollox.\u201d\u00a0 Biex nag\u0127mlu dan irid jkollna qalbna miftu\u0127a g\u0127alih bis-serjeta, bid-do\u010bilita, bil-\u0127lewwa, bid-dispo\u017cizzjoni li dak li jg\u0127idilna nag\u0127mluh anki jekk imur kontra x-xewqat tag\u0127na. Fl-<em>Amoris Letitia<\/em>\u00a0 Papa Fran\u0121isku qal: \u201c Insibuha bi tqila li n\u0127allu l-wisa\u2019 g\u0127all-kuxjenzi tal-fidili,li spiss iwie\u0121bu g\u0127all-Evan\u0121elju bl-a\u0127jar mod li jistg\u0127u, minkejja l-limitazzjonijiet u g\u0127andhom \u0127ila jag\u0127mlu dixxerniment f\u2019sitwazzjonijiet kumplikati. A\u0127na konna msej\u0127in biex niffurmaw il-kuxjenzi mhux biex ne\u0127dulhom posthom\u201d (AL 37).<\/p>\n<p>Hawn hi r-rabta bejn l-a\u0127barijiet pre\u010bedenti u l-\u0127ajja tag\u0127na b\u0127ala nsara. Jekk verament irridu ninbidlu hu <em>biss l-Ispirtu<\/em> <em>s-Santu <\/em>li jista\u2019 jibdilna, bil-qawwa u d-doni tieg\u0127u.\u00a0 Papa Fran\u0121isku fl-omelija tieg\u0127u tat-12 ta\u2019 Mejju qal: \u201cKif tista\u2019 d-dinja temmen meta tara lilna ni\u0121\u0121ieldu bejnietna, nisparlaw fuq xulxin minn wara dahar xulxin? Min irid jg\u0127ix kif jqabillu mhux dejjem qed jara e\u017cempju tajjeb minna g\u0127ax wa\u0127da mill-karatteristi\u010bi li jtina l-Ispirtu s-Santu hi l-pa\u010benzja li donnha g\u0127ebet g\u0127al kollox mill-\u0127ajja tag\u0127na.\u201d<\/p>\n<p>Fl-Evan\u0121elu li qrajna llum interessanti li \u0120wanni ma jsemmix lill-appostli imma <strong><em>lid-dixxipli <\/em><\/strong>\u00a0, kelma importanti fil-kuntest tal-Van\u0121elu ta\u2019 San \u0120wann g\u0127ax l-kelma dixxipli ti\u0121bor fiha lil kull min jimxi fit-triq ta\u2019 \u0120esu, alias, a\u0127na lkoll, llum. L-Ispirtu \u010b\u010bara l-im\u0127u\u0127. Fl-istess nifs \u017cied \u201c Id-dnubiet ta\u2019 dawk li intom ta\u0127fruhomlhom ikunu ma\u0127fura, ta\u2019 dawk li \u017c\u017commuhom ikunu mi\u017cmuma.\u201d Mela fl-in\u017cul tal-Ispirtu s-Santu \u0120esu waqqaf ukoll is-Sagrament tar-Rikon\u010biljazzjoni, il-\u0127niena, il-ma\u0127fra bla tarf li l-Missier biss g\u0127andu.<\/p>\n<p>Il-laqg\u0127a tkompliet billi rre\u010bitajna talb lill-Ispirtu s-Santu u l-Missierna flimkien.<\/p>\n<h6 style=\"text-align: center;\"><em>Spirtu s-Santu dawl g\u0127atina u kun inti li tmexxina.<\/em><\/h6>\n<h6 style=\"text-align: center;\"><em>Spirtu s-Santu qawwa tag\u0127na titlaqniex u ibqa mag\u0127na.<\/em><\/h6>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Prayer Cafe ta&#8217; nhar il-\u0120img\u0127a 13 ta&#8217; Mejju bdiet billi g\u0127idna t-talba tal-Moviment u nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss mehud minn \u0120w 14: 15-16, 23b-26 li jitratta dwar l-in\u017cul tal-Ispirtu <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4738,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[156,59,141],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4751"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4751"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4751\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4765,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4751\/revisions\/4765"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4738"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4751"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4751"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4751"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}