{"id":4767,"date":"2016-05-22T22:03:27","date_gmt":"2016-05-22T20:03:27","guid":{"rendered":"http:\/\/kerygma.org.mt\/?p=4767"},"modified":"2016-05-22T22:11:34","modified_gmt":"2016-05-22T20:11:34","slug":"jiena-nemmen-falla-prayer-cafe-20-ta-mejju-2016","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/jiena-nemmen-falla-prayer-cafe-20-ta-mejju-2016\/","title":{"rendered":"Jiena nemmen f&#8217;Alla&#8230;? &#8211; Prayer Caf\u00e8 \u2013 20 ta` Mejju 2016"},"content":{"rendered":"<p style=\"text-align: justify;\">Waqt il-laqg\u0127a \u2018Prayer Cafe\u2019 tal-20 ta\u2019 Mejju, trattajna s-su\u0121\u0121ett tat-Trinita Mqaddsa. Wara li ntqalet it-talba tal-Moviment Kerygma, <a href=\"http:\/\/kerygma.org.mt\/sermon\/imhabba-go-fina-it-trinita-qaddisa-22-ta-mejju-2016\/\" target=\"_blank\"><strong>nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss mehud minn \u0120w 16:12-15.<\/strong><\/a> Dawn li \u0121ejjin huma xi punti li ssemmew waqt id-diskussjoni tal-laqg\u0127a.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Kredu jibda\u2019 \u201c<em>Jiena nemmen f\u2019Alla,&#8230;..\u201d<\/em> u wara Alla hemm komma, meta jg\u0127id Alla, \u201cAlla\u201d jinkludi l-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu. Il-Missier huwa l-ewwel persuna tat-Trinita. Il-Kredu huwa stqarrija tal-fidi. Nistqarru pubblikament li dawn huma l-affarijiet li nemmnu fihom. Il-Kredu huwa l-pedament ta\u2019 dak kollu li a\u0127na nemmnu fih. Jew ha temmen f\u2019kollox jew ma temminx, ma tistax temmen f\u2019\u0120esu u ma temminx fil-Knisja. G\u0127alkemm ikollna d-dubji ma nistg\u0127ux nippruvaw l-esitenza t\u2019Alla bix-xjenza, i\u017cda rridu r-rivelazzjoni t\u2019Alla. Il-Knisja tg\u0127allimna li ma nistg\u0127ux niskopru lil Alla bil-kapa\u010bita tag\u0127na biss. Naslu g\u0127all-kun\u010bett li je\u017cisti xi \u0127add li hu qawwi iktar minna u li \u0127alaq l-univers, i\u017cda ma nistg\u0127ux nispjegawh xjentifikament.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dak li nafu dwar Alla hu dak li Alla nnifsu g\u0127o\u0121bu jirrevelalna.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Iktar nafu x\u2019mhuwiex:<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Mhux kreatura b\u0127alna<\/li>\n<li>M\u2019g\u0127andux bidu u tmiem<\/li>\n<li>Mhux su\u0121\u0121ett g\u0127a\u017c-\u017cmien \/qatt ma jixjieh<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Alla kien u baqa\u2019 misteru kbir.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">X\u2019nafu dwar Alla?<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-Trinita hija l-g\u0127aqda bejn it-tlett persuni: l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Fejn jid\u0127ol Alla wie\u0127ed, fejn jid\u0127lu t-tlett persuni? Jekk ji\u017cdiedu l-Allat jew il-persuni hemmhekk ikun hemm zball. It-twemmin f\u2019Alla wie\u0127ed \u0121ej mil-Lhud. Kellhom talba li tispikka fi \u017cmien fejn il-politejizmu (twemmin f\u2019\u0127afna allat) kien prattika normali.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201c<em>Isma, o Izrael: Alla tag\u0127na l-Mulej wa\u0127du. \u0126obb, mela lill-Mulej, Alla tieg\u0127ek, b\u2019qalbek kollha, b\u2019ru\u0127ek kollha u b\u2019sa\u0127\u0127tek kollha<\/em>\u201d (Dewt 6: 4-5).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Ir-Rivelazzjoni dwar it-Trinita<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>\u0120esu stess irrevela t-Trinita u \u010b\u010bara t-tag\u0127lim li di\u0121a kien hemm dwar il-Missier.<\/li>\n<li>L-Appostli fehmu li Kristu huwa Alla. \u201cLil Alla g\u0127adu \u0127add ma rah; imma g\u0127arrafulna l-Iben il-wa\u0127dieni t\u2019Alla, li hu fi \u0127dan il-Missier\u201d (\u0120w 1:18)<\/li>\n<li>\u0120esu g\u0127allimna dwar il-Missier g\u0127ax Hu l-Iben, wie\u0127ed mit-tlitt Persuni tat-Trinita.<\/li>\n<li>L-Appostli fehmu wkoll li l-Ispirtu s-Santu hu t-tielet Persuna tat-Trinita, meta \u0120esu weg\u0127dhom li se jibg\u0127atu fuqhom wara li jitla\u2019 s-sema.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Pentekoste<em>: \u201cMeta ji\u0121i d-Difensur, li se nibg\u0127atilkom ming\u0127and il-Missier, l-Ispirtu tal-verita, li \u0121ej mill-Missier, huwa jixhed g\u0127alija. U intom ukoll tixhdu, g\u0127ax intom kontu mieg\u0127i sa mill-bidu.\u201d<\/em> (\u0120w 15:26-27)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-Trinita Mqaddsa huma tliet \u2018Persuni\u2019 distinti bi rwoli differenti.<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li>Il-Missier hu l-\u0126allieq<\/li>\n<li>L-Iben hu s-Salvatur<\/li>\n<li>L-Ispirtu s-Santu hu dak li jigwida u jqaddes. Hu dak li jigwidana nsiru qaddisin.<\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-Trinita hija l-G\u0126AQDA bejn dawn it-Tlett Persuni. Fil-bidu meta Alla \u0127alaq id-dinja, l-Ispirtu s-Santu kien itir fuq il-ba\u0127ar. \u201c<em>U l-Ispirtu t\u2019Alla kien jitajjar fuq wi\u010b\u010b l-ilma.<\/em>\u201d (\u0120en 1:2). Fil-mag\u0127mudija ta\u2019 \u0120esu, it-tlett persuni tat-Trinita \u0127admu flimkien. Meta tg\u0127ammed \u0120esu beda l-\u0127ajja pubblika tieg\u0127u. Fil-mag\u0127mudija instema l-vu\u010bi t\u2019Alla \u201c<em>dan hu Ibni l-g\u0127aziz, fih insib il-g\u0127axqa tieg\u0127i<\/em>\u201d u ni\u017cel l-Ispirtu s-Santu forma ta\u2019 \u0127ammiema. \u017bew\u0121 mumenti li juru \u010bar li waqt li xi \u0127add g\u0127addej bil-missjoni tieg\u0127u l-o\u0127rajn qeg\u0127din ja\u0127dmu f-G\u0126AQDA mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Alla hu kommunjoni \u2013 g\u0127aqda \u2013 ta\u2019 tlett persuni; li jg\u0127inu lil xulxin. A\u0127na ma\u0127luqin fuq ix-xbieha ta\u2019 Alla, mela a\u0127na wkoll ma\u0127luqin biex inkunu f\u2019kommunjoni ma\u2019 persuni o\u0127ra (relazzjonijiet onesti u twajba, kif suppost).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><strong>\u00a0<\/strong><\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\">\n<li><strong>Ir-rivelazzjoni ta\u2019 Alla b\u0127ala Missier.<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\">Huma \u0127afna ir-reli\u0121jonijiet li jsej\u0127u lil Alla \u201cMissier\u201d. Il-Lhud isejj\u0127ulu Missier g\u0127ax \u0127alaq id-dinja. \u201c<em>Mhux Missier wie\u0127ed g\u0127andna ilkoll kemm a\u0127na? Mhux Alla wie\u0127ed \u0127alaqna?<\/em>\u201d (Mal 2:10)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">G\u0127alina l-Insara, Alla mhux biss Missierna g\u0127ax \u0127alaqna, imma aktar min\u0127abba l-Patt l-\u0120did. Fih \u0121abar l-umanita kollha, g\u0127amilna kollha uliedu, u salvana permezz ta\u2019 Ibnu \u0120esu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-Kredu, a\u0127na nistqarru l-fidi fil-<strong>Missier<\/strong>. Hawn \u017cew\u0121 punti importanti:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">-Alla hu l-bidu ta\u2019 kollox<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">-Alla hu tjieba u m\u0127abba<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Alla hu l-bidu ta\u2019 kollox; Alla kien minn dejjem. Kollox \u0121ej minnu. Alla hu aqwa mill-bniedem.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Alla hu tjieba u m\u0127abba: Hu tajjeb u b\u0127ala Missier i\u0127obb lill-uliedu kollha b\u2019im\u0127abba bla qies. Xi kultant, Alla ji\u0121i mxebba\u0127 ma Omm ukoll, g\u0127ax hi l-omm li tag\u0127ti l-\u0127ajja u t\u0127obb \u0127afna. \u201c<em>B\u0127alma omm tfarra\u0121 lil binha, hekk<\/em> <em>jiena nfarra\u0121 lilkom<\/em>\u201d (Is 66:13)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Missier irrevela lilu nnifsu permezz tal-profeti. Anke \u0120esu kompla jirrevelaH. \u0120esu rrivela lil Alla b\u0127ala \u201cMissier\u201d. Dan jurina wkoll li Alla l-Missier hu l-Missier vera ta\u2019 \u0120esu, g\u0127ax \u0120esu ma kellux bniedem b\u0127ala Missieru. Infatti fil-Kredu nistqarru li hu \u201c<em>imnissel mhux mag\u0127mul<\/em>\u201d. \u0120esu hu verament l-Iben t\u2019Alla. \u201c<em>Dan hu ibni l-g\u0127a\u017ci\u017c<\/em>\u201d (Mt 3:17) Dan ifakkarna wkoll li \u0120esu kellu relazzjoni spe\u010bjali mal-Missier. <em>\u201c\u0126add ma jag\u0127raf l-Iben jekk mhux il-Missier, u \u0127add ma jag\u0127raf il-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lill-Iben irid jg\u0127arrafulu\u201d<\/em> (Mt 11:27).<\/p>\n<ol style=\"text-align: justify;\">\n<li><strong>\u0120esu b\u0127ala l-Iben t\u2019Alla<\/strong><\/li>\n<\/ol>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Appostli fehmu min kien \u0120esu u stqarrew dan dwaru:<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u201cIl-Verb li fil-bidu kien ma\u2019 Alla, u hu Alla\u201d<\/em> (\u0120w 1:1)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\"><em>\u201cX-xbieha ta\u2019 Alla li ma jidhirx<\/em>\u201d (Kol 1:15)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201c<em>Id-dinja tal-glorja ta\u2019 Alla u x-xbieha tas-sustanza tieg\u0127u<\/em>\u201d (Lh 1:3)<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Meta l-Knisja fformulat il-Kredu ta\u2019 Ni\u010bea (325WK), imxiet fuq l-istess passi tal-Appostli. Stqarret li l-Iben t\u2019Alla hu \u201ctal-istess natura\u201d mal-Missier. \u0120esu hu Alla wie\u0127ed mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fil-Kon\u010bilju Ekumeniku li sar f\u2019Kostantinopli, fis-sena 381WK, \u017cammet l-istess frazi. \u201cL-Iben Wa\u0127dieni ta\u2019 Alla, imnissel mill-Missier qabel kull \u017cmien, Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux mag\u0127mul, natura wa\u0127da mal-Missier.\u201d<\/p>\n<ul style=\"text-align: justify;\">\n<li><strong>L-Ispirtu s-Santu b\u0127ala Alla<\/strong><\/li>\n<\/ul>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Missier u l-Iben \u0121ew irrevelati mill-Ispirtu s-Santu.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Qabel miet, \u0120esu \u0127abbar li se jibg\u0127at Difensur Paraklitu li hu l-Ispirtu s-Santu li kien di\u0121a tkellem \u201cb\u2019fomm il-profeti\u201d (Kredu ta\u2019 Nicea). Issa l-Appostli se jir\u010bevuh biex ja\u0127dem fihom, jwassluhom \u201c<em>lejn il-verita kollha<\/em>.\u201d (\u0120w 16:13), u jg\u0127inhom fil-missjoni tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u0120esu rrevela lill-Ispirtu s-Santu b\u0127ala persuna divina o\u0127ra, it-Tielet Persuna tat-Trinita. F\u2019Pentekoste, l-Ispirtu s-Santu \u0121ie fuq l-Appostli, u t-Trinita dehret fil-milja tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Ispirtu s-Santu \u201cHu meqjum u mwe\u0121\u0121ah flimkien mal-Missier u ma l-Iben\u201d (Koncilju ta\u2019 Kostantinopli 381AD).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fis-sena 447, il-Papa Ljun \u017cied il-kelma <em>\u2018filoque\u2019<\/em> mal-Kredu, li tfisser li l-Ispirtu s-Santu \u201c<em>\u0121ej mill-Missier u mill-Iben<\/em>\u201d.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Din l-istqarrija ng\u0127atat b\u0127ala Domma. Dan ifisser li l-Missier u l-Iben huma natura wa\u0127da \u2013 Alla- u li l-Ispirtu s-Santu \u0121ej minnhom.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-problema kienet li dan it-tag\u0127lim li \u0127allew l-Appostli g\u0127ax ma \u0127allew xejn bil-miktub, meta telqu huma, bdew jg\u0127allmuh lill-kumplament tan-nies u hawn kien ikun hemm interpretazzjoni \u017cbaljata u in\u0127alqu l-ere\u017cijiet. Dawn bdew jag\u0127mlu l-\u0127sara, bdew ifixxklu in-nies u allura n-nies ma setg\u0127ux jie\u0127du ideja \u010bara fuq it-Trinita. Il-Knisja hawn kellha l-irwol li ti\u010b\u010bara it-tag\u0127lim interpretati \u0127a\u017cin. Din g\u0127amlitu permezz tal-Kon\u010bilji Ekumeni\u010bi, fejn \u0127afna drabi mal-Kon\u010bilji tal-Knisja \u0127ar\u0121et il-Kredu jew inkella xi domma tal-fidi.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Te\u017cisti talba Ewkaristika li tag\u0127hilna San Pawl u din turi li mill-bidunett kien hemm it-twemmin fit-Trinita. \u201c<em>Il-Grazzja ta\u2019 Sidna \u0120esu Kristu, l-Im\u0127abba t\u2019Alla u l-G\u0127aqda fl-Ispirtu s-Santu tkun mag\u0127kom ilkoll<\/em>\u201d (Kor 13:13).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-Trinita hi wa\u0127da, a\u0127na ma nemmnux fi tlett allat imma f\u2019Alla wie\u0127ed li fih tlett Persuni. It-tieni Kon\u010bilju ta\u2019 Konstantinopli isej\u0127ila \u2018It-Trinita Konsustanzjali\u2019 ( Kon\u010b ta\u2019 Kostantinopli II 553 AD). Kull persuna tat-Trinita g\u0127andha l-istess natura u huma Alla kollha kemm huma.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cIl-Missier hu dak l-istess li hu l-Iben dak l-istess li hu l-Missier, il-Missier u l-Iben dak l-istess li hu l-Ispirtu s-Santu, ji\u0121ifieri Alla wie\u0127ed fin-natura tieg\u0127u\u201d (Kon\u010b Lateran IV 1215WK ).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-Tliet Persuni tat-Trinita huma distinti minn xulxin. Il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu huma mag\u0127\u017culin minn xulxin. \u00a0\u201cDak li hu l-iben mhux il-Missier u dak li hu l-Missier mhux l-Iben, u dak li hu l-Ispirtu s-Santu mhuwiex dak li hu l-Missier jew l-Iben.\u201d (Kon\u010b ta\u2019 Toledo XI, 675 WK).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Missier \u2013 \u0126allieq<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">l-Iben \u2013 Feddej<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Ispirtu s-Santu \u2013 Gwida<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cHu l-Missier li jnissel, hu l-Iben li jitnissel, u hu l-Ispirtu s-Santu li ji\u0121i\u201d (Kon\u010b Latern IV, 1215WK).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Missier \u2013 li nissel lil \u0120esu<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Iben \u2013 dak li \u0121ie mnissel<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">L-Ispirtu s-Santu \u2013 dak li jigwida.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">It-tliet Persuni ma jaqsmux lil Alla wie\u0127ed fi tlieta. San Girgor Nazjan\u017cenu jg\u0127id: \u201cAlla wie\u0127ed, setg\u0127a wa\u0127da, Alla wie\u0127ed fi Tliet Persuni, Tlieta mag\u0127\u017culin minn xulxin, Divinita ming\u0127ajr naturi jew sustanzi mhux indaqs, ming\u0127ajr xi \u017cjieda li tkabbar jew nuqqas li j\u010bekken&#8230;Hi l-unita infinita ta\u2019 Tliet Infiniti: Alla kollu kemm hu kull wie\u0127ed fih innifsu, imma Alla wie\u0127ed fi tliet Persuni meqjusin flimkien\u201d (San Girgor Nazjanzenu, Orationes).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Dak kollu li \u0127alaq Alla \u0121ej tat-Tliet Persuni flimkien. G\u0127ax f\u2019Alla m\u2019hemmx \u0127lief natura wa\u0127da: it-Trinita m\u2019g\u0127andhiex l-istess \u0127idma wa\u0127da.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu mhumiex tliet prin\u010bipji tal-\u0127lejjaq, imma prin\u010bipju jew bidu wie\u0127ed\u201d.(Kon\u010b ta\u2019 Firenze, 1442).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">\u201cAlla hu Missier li minnu \u0121ej kollox, Mulej \u0120esu li permezz tieg\u0127u sar kollox, u Spirtu s-Santu li fih hemm kollox\u201d (Kon\u010b ta\u2019 Kostantinopli II, 553).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-\u0127ajja nisranija g\u0127andha tkun f\u2019g\u0127aqda ma\u2019 kull wa\u0127da mit-Tliet Persuni divini, ming\u0127ajr ma tifridhom b\u2019ebda mod minn xulxin. Kull min jag\u0127ti glorja lill-Missier, jag\u0127tiha bl-Iben u fl-Ispirtu s-Santu; min jimxi wara Kristu, jag\u0127mel dan g\u0127ax ji\u0121bdu l-Missier. <em>\u201c\u0126add ma jista\u2019 ji\u0121i g\u0127andi jekk il-Missier li bag\u0127atni ma ji\u0121bdux lejja <\/em>(\u0120w 6:44).<em> \u201cDawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu s-Santu ta\u2019 Alla huma wlied Alla <\/em>(Rum 8:14).<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Mod kif nistg\u0127u nifhmu t-Trinita Mqaddsa hu li nimma\u0121inaw fjura bi tlett petali \u2013 meta jinfet\u0127u kollha flimkien jo\u0127or\u0121u s-sbu\u0127ija ta\u2019 dik il-fjura. It-tlett petali qeg\u0127din ja\u0127dmu flimkien. L-istess kif fit-Trinita nsibu lil Alla l-<em>Missier <\/em>li \u0127alaq id-dinja,nissel il-bniedem i\u017cda dan \u0127adha kontra Alla u da\u0127\u0127al id-dnub \u2013 Alla ried isalva lill-bniedem akkost ta\u2019 kollox u bag\u0127at lil <em>Ibnu<\/em>, li xog\u0127lu kien dak li jg\u0127allem u jifdi l-bniedem i\u017cda d-dinja ma a\u010b\u010bettatux ( infatti da\u0127al fuq maxtura u spi\u010b\u010ba msallab fuq salib) imbag\u0127ad \u0121ie mibg\u0127ut l-<em>Ispirtu s-Santu <\/em>\u00a0biex jissi\u0121illa dak li g\u0127allem l-Iben. It-Tlett persuni huma kumplimentari g\u0127al xulxin \u2013 Alla li ja\u0127laq \u2013 l-Iben li jifdi u jg\u0127allem lil bniedem \u2013 l-Ispirtu s-Santu li jdawwal dak li g\u0127allem \u0120esu. U hawn jibdew il-problemi \u2013 mhux g\u0127ax ma nafux il-misteri \u2013 l-problema hi li ma ni\u010b\u010baqqalqux. Kemm nu\u017cawh lill-Ispirtu s-Santu f\u2019\u0127ajjitna? Hu se jg\u0127ina nifhmu l-Kelma t\u2019Alla, kul\u0127add b\u2019mod differenti. Is-sagramenti kollha jitbierku bit-Trinita. Mela a\u0127na li r\u010bevejna s-sagramenti g\u0127andna qawwa kbira ta\u0127dem \u0121ewwa fina. A\u0127na pero kultant ng\u0127a\u017clu li ma nifhmuhiex. Alla tag\u0127na mhux Alla astratt imma Alla li kellimna bl-g\u0127emil u bil-kliem. Hija importanti l-\u0127tie\u0121a tat-talb u tal-formazzjoni fil-\u0127ajja tan-nisrani. Dan kien il-g\u0127an li twaqqaf il-Moviment Kerygma. Biex permezz ta\u2019 dawn il-laqg\u0127at nkabbru l-formazzjoni nisranija tag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Fl-a\u0127\u0127ar tal-laqg\u0127a nqrat il-kwot : <strong>You may not understand something right now, but one day you will. <\/strong><\/p>\n<p style=\"text-align: justify;\">Il-laqg\u0127a spi\u010b\u010bat billi g\u0127idna t-talba tal-Missierna flimkien.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n ","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Waqt il-laqg\u0127a \u2018Prayer Cafe\u2019 tal-20 ta\u2019 Mejju, trattajna s-su\u0121\u0121ett tat-Trinita Mqaddsa. Wara li ntqalet it-talba tal-Moviment Kerygma, nqara l-van\u0121elu tal-\u0126add li jmiss mehud minn \u0120w 16:12-15. Dawn li \u0121ejjin huma <\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4771,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"footnotes":""},"categories":[59,141,110],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4767"}],"collection":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4767"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4767\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4772,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/4767\/revisions\/4772"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4771"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4767"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=4767"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/kerygma.org.mt\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=4767"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}